Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta Il-ħniena divina hija dawl kbir ta' mħabba u tenerezza, hija t-tmellisa ta' Alla fuq il-feriti ta' dnubietna. It-Tnejn, 7 ta' April 2014
Il-ħniena divina hija dawl kbir ta' mħabba u tenerezza, hija t-tmellisa ta' Alla fuq il-feriti ta' dnubietna: din kienet l-affermazzjoni li għamel il-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta.
Il-Vanġelu tal-mara adultera li nħafrulha dnubietha tat spunt lill-Papa biex ifisser x'inhi l-ħniena t'Alla. L-episodju hu magħruf: l-iskribi u l-fariżej iressqu quddiem Ġesù, mara li nqabdet f'adulterju u jistqasuh x'għandhom jagħmlu, peress li l-liġi ta' Mosè kienet tgħid li din għandha titħaġġar għax dnubha kien meqjus gravi ħafna.
Iż-żwieġ, afferma l-Papa, huwa simbolu u anki realtà umana tar-relazzjoni fidila ta' Alla mal-poplu tiegħu. U meta ż-żwieġ jirvina ruħu minħabba l-adulterju, din ir-relazzjoni bejn Alla u l-poplu tiegħu, titħammeġ. Imma l-iskribi u l-fariżej jagħmlulu l-mistoqsija biex ikollhom raġuni għalfejn jakkużawh: kieku Ġesù qalilhom “Iva, ħaġġruha” kienu jgħidu lin-nies ... Dan hu l-Imgħallem tant twajjeb tagħkom?...... Ara x'għamlilha lil din l-imsejkna mara!
U kieku Ġesù weġibhom: “Le, miskina, aħfrulha!”, kienu jgħidu li qed jikser il-liġi! Huma ma kienx jimpurtahom mill-mara, ma kienx jimpurtahom mill-adulteri, forsi anki xi wieħed minnhom kien adulteru!!! Ma kienx jimpurtahom minn dan! Kull ma' kien jimpurtahom kien li jonsbu lil Ġesù!
Minn hawn toħroġ it-tweġiba tal-Mulej: “Min minnkom hu bla ħtija, jitfgħalha l-ewwel ġebla! B'ċerta ironija, l-Vanġelu jgħid li dawk li kienu qed jixluha telqu wieħed wieħed, ibda' mill-anzjani.
Jidher,
osserva l-Papa, li fil-bank tas-sema, il-kont tagħhom kien bid-dejn.
U Ġesù
Il-mara twieġeb: “Ħadd, Mulej”. Imma ma tgħidx “kienet akkuża falza, jien m'għamiltx adulterju!” Tagħraf id-dnub tagħha. U Ġesù jafferma: “Lanqas jien ma nikkundannak! Mur u tidnibx iżjed biex ma terġax tgħaddi minn waqt ikraħ bħal dan, biex ma jkollokx għalfejn tistħi, biex ma toffendix 'l Alla, biex ma ttebbgħax ir-relazzjoni tiegħek bejn Alla u l-poplu tiegħu. Ġesù jaħfer, afferma l-Papa. Imma hawn, hawn xi ħaġa li hi akbar mill-maħfra, żied jgħid.
Ġesù jmur 'l hinn mill-liġi. Ma jgħidilhiex li l-adulterju mhux dnub. Ma jgħidx hekk! Imma lanqas jikkundannaha bil-liġi. Dan hu l-misteru tal-ħniena. Dan hu l-misteru tal-ħniena ta' Ġesù. Il-ħniena, kompla jgħid Franġisku, hi xi ħaġa li diffiċli tifhimha.
“Imma, padre, il-ħniena tħassar id-dnubiet?” “Le, dak li jħassar id-dnubiet hi l-maħfra t'Alla! Il-ħniena hi l-mod kif jaħfer Alla. Għax Ġesù seta' jgħid: “Jiena naħfirlek. Mur!”, kif kien qal lill-paralitku li kienu niżżlu quddiemu minn ġos-saqaf: “dnubietek maħfura”.
Hawnhekk jgħid, “Mur bis-sliem!” Ġesù jmur 'l hinn u jirrikmandalha biex ma tidnibx aktar. Hekk naraw l-atteġġjament ta' ħniena ta' Ġesù: jiddefendi lill-midneb mill-għewdewwa: jiddefendi lill-midneb minn kundanna ġusta. Anki aħna, kemm minna.... forsi nistgħu mmorru l-infern. Kemm hemm minna li jistgħu jmorru l-infern! Dik hi kundanna ġusta... imma Hu jaħfer aktar minn hekk. Kif? B'din il-ħniena.
Il-ħniena, afferma l-Papa tmur lil hinn mill-ħajja tal-persuna tant li d-dnub jiġi mwarrab fil-ġenb. Aħna nħarsu lejn is-sema u naraw tant stillel, imma meta tasal ix-xemx, b'tant dija, l-istillel ma jidhrux aktar. Hekk hi l-ħniena t'Alla: dawl kbir ta' mħabba, ta' tenerezza. Alla ma jaħfirx b'xi digriet, imma bi tmellisa, billi jmelles il-feriti ta' dnubietna. Għax Hu jinvolvi ruħu fil-maħfra, jinvolvi ruħu fis-salvazzjoni tagħna.
B'hekk Ġesù jsir konfessur: ma jumiljahiex ma jgħidhiliex “X'għamilt? Għidli?” U meta għamiltu? Kif għamiltu? Ma' min? Le, Jgħidilha: “Mur u minn issa 'l quddiem tidnibx aktar! Hija kbira l-ħniena t'Alla, hija kbra l-ħniena ta' Ġesù. Jaħfrilna bi tmellisa, spiċċa jgħid il-Papa.
Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta. |