Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Umiltą, mitezza, ġenerositą: dan hu l-istil nisrani, triq li tgħaddi mis-salib, kif għamel Ġesł, li hija triq li twassl għall-hena. 

Il-Ħamis, 6 ta' Marzu 2014

 

Umiltą, mitezza, ġenerositą: dan hu l-istil nisrani, triq li tgħaddi mis-salib, kif għamel Ġesł, li hija triq li twassl għall-hena.  Dan hu fi ftit kliem il-ħsieb tal-omelija li l-Papa Franġisku għamel waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta, dalgħodu.

 

Fil-Vanġelu li l-liturġija tipproponilna fil-jum ta' Wara Ras ir-Randan, Ġesł jgħid lid-dixxipli: min irid jimxi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu kuljum u jiġi warajja.  Dan hu, enfasiżża l-Papa, l-istil nisrani, il-mixja li Ġesł, l-ewwel wieħed, għadda minnha.
 

Aħna ma nistgħux naħsbu f'ħajja nisranija 'l barra minn dit-triq.  Dejjem hemm din il-mixja li Hu għamilha qabilna, l-ewwel wieħed: it-triq tal-umiltą, it-triq ukoll tal-umiljazzjoni, li xxejjen biex wara jqum.  Imma din hi t-triq.  L-istil nisrani, mingħajr is-salib mhux nisrani, u jekk is-salib hu wieħed mingħajr Ġesł, mhux nisrani lanqas.  L-istil nisrani jieħu fuq spallejh is-salib ta' Ġesł u jibqa' miexi.  Mhux mingħajr Ġesł, mhux mingħajr salib.
 

Ġesł ta l-eżempju, kompla jgħid il-Papa, u minkejja li kien daqs Alla, xejjen lilu nnifsu, sar qaddej għalina lkoll.
Dan hu l-istil li jsalvana, li jtina l-hena u jagħmilna għammiela, għax dil-mixja, li fiha niċħdu lilna nfusna biex nagħtu l-ħajja, hija mixja kontra dik tal-egoiżmu, li nkun marbut mal-ġid għalija waħdi biss....  Din it-triq hi miftuħa għall-oħrajn, għax it-triq li għamel Ġesł, li xxejjen, dik it-triq għamilha biex jagħti l-ħajja.  L-istil nisrani hu propju dan l-istil tal-umiltą, tal-mitezza u l-manswetudni.
 

Ġesł jtenni: min irid isalva ħajtu jitlifha, għax jekk il-qamħa ma tmutx, ma tistax tagħti frott.  Dan isir bil-ferħ, afferma l-Papa, għax il-ferħ itihulna Hu stess.  Il-mixja wara Ġesł hi mixja ta' ferħ, imma mixja bl-istil ta' Ġesł mhux bl-istil tad-dinja.  Issegwi l-istil nisrani jfisser li timxi t-triq tal-Mulej, kulħadd kif jista', biex jagħti l-ħajja lill-oħrajn, mhux biex jagħti l-ħajja lilu nnifsu.  Dan hu l-ispirtu tal-ġenerożitą.
 

L-egoiżmu tagħna jimbuttana biex nidhru aħjar quddiem l-oħrajn.  Iżda, l-ktieb tal-Imitazzjoni ta' Kristu, osserva Franġisku, jagħtina parir mill-isbaħ: Ħobb mingħajr ma tidher ħalli tkun iġġudikat li m'int xejn.  Din hi l-umiltą nisranija, dak li għamel Ġesł l-ewwel wieħed.
 

U din hi l-hena tagħna, dan hu dak li jagħmilna għammiela: li nimxu ma' Ġesł.  Ferħ xort'oħra  ma jagħtix frott għax ħafna jaħsbu, kif qal Ġesł, li se jirbħu d-dinja kollha imma jispiċċaw biex jirvinaw ħajjithom.  Fil-bidu ta' dan ir-Randan nitolbu lill-Mulej jgħallimna ftit dan l-istil ta' ħajja nisranija ta' servizz, ta' ferħ, li nxejnu lilna nfusna u nkunu għammiela miegħu, kif iridna Hu, temm il-Papa Franġisku.

 

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta.