Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Nimxu l-Avvent mal-omeliji tal-Papa Franġisku

Il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru 2014

 

Issa li l-Milied qed joqrob il-Papa Franġisku qed jinkludi, fl-omelija tal-quddiesa li jqaddes filgħodu, grazzji partikolari li l-Kattoliċi għandhom jitolbu hekk kif jippreparaw għall-Milied. Fil-kappella tar-residenza tiegħu nhar it-2 ta’ Diċembru, il-Papa Franġisku għalaq l-omelija tiegħu billi qal lill-kongregazzjoni żgħira miġbura, “Ejja nitolbu ‘l-Mulej matul dan l-Avvent biex jiġbidna aktar lejh, aktar lejn il-misteru tiegħu u biex jagħmel hekk fuq il-mogħdija li jixtieq minna: il-mogħdija tal-umilta`, il-mogħdija tal-manswetudini, il-mogħdija tal-poverta`, il-mogħdija tal-għarfien li aħna midibin.”

Hekk kif kien qiegħed jipprietka jumejn wara huwa qal, “Ejja nitolbu ‘l-Mulej biex jgħinna nkunu fis-sod fuq il-blata li hu; it-tama tagħna fih. Aħna lkoll midinba, ilkoll dgħajfa, imma jekk nitfgħu t-tama tagħna fih nimxu ‘l quddiem.” B’dawn is-siltiet mill-omelijii tal-quddiesa online u fuq ir-Radju Vatikan, miljuni ta’ nies qegħdin jużaw l-omeliji tal-Papa Franġisku bħala gwida matul is-sena liturġika tal-knisja.

 

Mill-ewwel Ħadd tal-Avvent, it-30 ta’ Novembru, beda l-qari l-ġdid tal-quddiesa, kalendarju sħiħ ta’  staġuni u festi. Filwaqt li kull quddiesa hija kommemorazzjoni tal-ħajja, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu`, il-kalendarju liturġiku tal-knisja huwa maħsub biex jgħin lill-Kattoliċi jiffukaw fuq avvenimenti speċifiċi filwaqt li jagħmlu progress matul is-sena u ż-żmien.

 

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta.