Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

It-talb hu taqbida ma' Alla u għandu jsir bil-libertą u bl-insistenza bħala djalogu sinċier ma' ħabib. 

Il-Ħamis, 3 ta' April 2014

 

It-talb hu taqbida ma' Alla u għandu jsir bil-libertą u bl-insistenza bħala djalogu sinċier ma' ħabib.  Din il-kwalitą ta' talb jibdlilna qlubna għax jgħinna nagħrfu aħjar kif inhu relament Alla.  Dan hu fi ftit kliem dak li qal il-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta.

 

Id-djalogu ta' Mosč ma' Alla fuq il-muntanja Sinaji kien il-qofol tal-omelija tal-Papa Franġisku.  Alla jrid jikkastiga lill-poplu tiegħu għax dan għamel idolu, l-għoġol tad-deheb.  Mosč jitlob bil-forza lill-Mulej biex jerġa' lura minn dal-ħsieb: din it-talba hija verament taqbida ma' Alla.  Taqbida tal-mexxej tal-poplu biex isalva lill-poplu tiegħu li hu l-poplu t'Alla.

 

Mosč jitkellem liberament quddiem il-Mulej u jgħallimna kif nitolbu, mingħajr biża', liberament u anki b'insistenza.  Mosč jinsisti, hu kuraġġuż.  It-talb għandu jkun ukoll “negozjar ma' Alla” fejn wieħed iġib ukoll l-argumenti tiegħu.  Fl-aħħar Mosč jikkonvinċi lil Alla u l-qari jgħidilna li l-Mulej sogħob bih għal dak li kien se jagħmel.  Imma, staqsa l-Papa, min inbidel hawn?  Il-Mulej inbidel?Jien naħseb li le, żied Franġisku.

 

Kien inbidel Mosč għax Mosč kien jemmen li l-Mulej kien se jagħmel dak li ħaseb, li l-Mulej kien se jeqred lill-poplu tiegħu, bħalma kien ħarġu mill-iskjavitł tal-Eġittu u mexxih bil-wegħda.  B'dawn l-argumenti, jipprova jikkonvinċi lil Alla imma waqt li kien qed jagħmel hekk hu jsib mill-ġdid il-memorja tal-poplu tiegħu, u jsib ukoll il-ħniena t'Alla.  Dan Mosč li kien qed jibża' li Alla kien se jagħmel dan, jinżel minn fuq il-muntanja b'xi ħaġa kbira ħafna f'qalbu:  Alla tagħna hu Alla tal-ħniena.  Jaf jaħfer.  Jibdielu mid-deċiżjonijiet tiegħu.  Hu Missier.
Dan kollu, osserva l-Papa Franġisku, Mosč kien jafu imma kien jafu ftit jew wisq imċajpar u skoprih bit-talb.  Dan jagħmel it-talb fina: jibdlilna qalbna.

 

It-talb jibdlilna qlubna u jurina aktar ċar kif inhu Alla tagħna.  Għalhekk hu importanti li nitkellmu mal-Mulej, mhux bi kliem fieragħ kif jgħid Ġesł: bħall-pagani.  Le u le, nitkellmu bir-realtą: Ara Mulej, għandi dil-problema fil-familja, ma' ibni, ma' dak, mal-ieħor.... x'nista' nagħmel?  Ara Int, Mulej, ma tistax tħallini hekk.  Dan hu t-talb.  U kemm jieħu żmien talb bħal dan?  Iva, jieħu ż-żmien.
Iż-żmien meħtieġ biex inkunu nafu aħjar lil Alla, kif nagħmlu ma' ħabib, għax Mosč – tgħidina l-Bibbja - kien jitkellem mal-Mulej bħala ħabib, ħabib ma' ieħor.  Għalhekk hekk għandu jkun it-talb: liberu, insistenti, bl-argumentazzjoni.  U forsi anki b'xi ċanfira żgħira lill-Mulej:  Imma int wegħedtni dan u m'għamiltux... hekk kif wieħed jitkellem ma' ħabib.
 

B'qalb miftuħa għal talb bħal dan.  Mosč niżel minn fuq il-muntaja aktar imħeġġeġ: Sirt naf lill-Mulej aħjar.  U bil-qawwa li tah dak it-talb jerġa' jibda mill-ġdid imexxi lill-poplu lejn l-Art imwiegħda.  Għax it-talb jagħti l-enerġija.  Jalla l-Mulej itina lkoll din il-grazzja, għax it-talb huwa grazzja.
 

F'kull ma nitolbu, fakkar il-Papa, hemm l-Ispirtu s-Santu.  Ma nistgħux nitolbu mingħajr l-Ispirtu s-Santu.  Huwa Hu li jitlob fina, huwa Hu li jibdel il-qlub, huwa Hu lil jsejjaħ lil Alla “Missier”.  Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu – temm il-Papa – biex jgħallimna nitolbu, iva, kif talab Mosč, ninnegozjaw ma' Alla bi spirtu ħieles, bil-kuraġġ.  U l-Ispirtu s-Santu, li hu dejjem preżenti fit-talb tagħna, jmexxina f'din it-triq.
 

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta.