Papa Franġisku, Omelija f’Dar Santa Marta

Le għax- “xogħol skjav”, L-Erbgħa, l-1 ta’ Mejju 2013

 

L-ewwel u fuq kollox il-bniedem u d-dinjità tiegħu. Dan sostnieh il-Papa Franġisku fl-omelija tal-quddiesa ppreseduta l-Erbgħa filgħodu l-ewwel ta’ Mejju, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae.

Il-Papa, ħataf l-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, billi ddedika r-riflessjoni tiegħu lit-tema tax-xogħol. L-ispunt kien offrut lilu mill-qari tal-jum, tal-ewwel meħud mill-ktieb tal-Ġenesi  (1, 26-2, 3) u tat-tieni mill-vanġelu ta’ Mattew (13, 54-58), li jipproponu lil Alla ħallieq, “li ħadem biex joħloq id-dinja,” u l-figura ta’ San Ġużepp, il-mastrudaxxa “missier addottiv ta’ Ġesù” u li mingħandu “Ġesù tgħallem jaħdem.”  

“Illum — qal — qegħdin imbierku lil San Ġużepp bħala ħaddiem: imma din it-tifkira ta’ San Ġużepp tibgħatna għand d Ġesù ħaddiem. U din tax-xogħol hija tema ħafna, ħafna, ħafna evanġelika. ‘Mulej - jgħid Adam - bix-xogħol naqlà biex ngħix.’ Imma huwa iktar. Għaliex din l-ewwel ikona ta’ Alla ħaddiem tgħidilna li x-xogħol huwa xi ħaġa iktar milli taqlà x’tiekol: ix-xogħol jagħtina d-dinjità! Jaħdem huwa dehen, għandu dinjità speċjali, dinjità ta’ persuna: ir-raġel u l-mara li jaħdmu huma denji.”

Min ma jaħdimx, għalhekk, m’għandux din id-dinjità. Imma hemm tant bnedmin “li jixtiequ jaħdmu u ma jistgħux.” U dan “huwa piż għall-kuxjenza tagħna, għaliex meta s-soċjetà hija organizzata b’tali mod” u “mhux kulħadd għandu l-possibiltà li jaħdem, li jkunu ‘midlukin’ mid-dinjità tax-xogħol, dik is-soċjetà ma tmurx tajjeb: mhix ġusta! Tmur kontra l-istess Alla, li ried li d-dinjità tagħna tibda minn hawn.”

“Ukoll Ġesù — kompla l-Papa — fuq l-art ħadem tant, fil-ħanut ta’ San Ġużepp. Imma ħadem ukoll sas-Salib. Għamel dak li l-Missier kien amarlu jagħmel. Illum jien naħseb dwar dawk it-tant persuni li jaħdmu u jġorru din id-dinjità.... Niżżu ħajr lill-Mulej! U nkunu konxji li d-dinjità ma jtuhielniex il-poter, il-flus, il-kultura, le!... Id-dinjità jagħtihielna x-xogħol,” ukoll jakk is-soċjetà ma tippermettix li kulħadd jaħdem.

Il-Papa imbagħad irrifera għal dawk is-sistemi soċjali, politiċi u ekonomiċi li fid-diversi partijiet tad-dinja ibbażaw l-organizzazzjoni tagħhom fuq l-isfruttament. Dawn għażlu, jiġifieri, li “ma jħallsux il-ġust” u li jfittxu li jiksbu l-profitt massimu a kwalunkwè kost, billi japprofittaw mix-xogħol tal-oħrajn, mingħajr ma jagħtu linqas każ tad-dinjità tagħhom. Dan “imur kontra Alla!!” saħaq il-Papa waqt li rrifera għad-drammatiċità ta’ sitwazzjonijiet li jirrepetu ruħhom fid-dinja u li d-denunċja tagħhom - qal - tant drabi qrajniha fl-Osservatore Romano.”  A propożitu ta’ dan il-Qdusija Tiegħu kkwota t-titolu ta’ artikolu li deher fuq l-ewwel paġna tal-edizzjoni tal-Ħadd 28 ta’ April u ddedikat għall-waqgħa ta’ fabbrika ġo Dacca, fejn mietu mijiet ta’ ħaddiema li kienu jaħdmu taħt kundizzjonijiet ta’ sfruttament u ta’ nuqqas ta’ sikurezza: “Titolu - ikkummenta - li laqatni tant fil-jum tat-traġedja tal-Bangladesh: ‘Kif tmut għal 38 ewro fix-xahar’.” U dan - kienet l-espliċita denunzja tal-Papa - huwa ‘xogħol skjav’,” li jisfrutta “l-isbaħ rigal li Alla ta lill-bniedem: il-ħila li joħloq, li jaħdem, li jagħmel il-propja dinjità. Kemm ħutna rġiel u nisa fid-dinja jinsabu f’din is-sitwazzjoni minħabba dawn l-atteġġjamenti ekonomiċi, soċjali u politiċi!”

Il-Papa mbagħad għamel referenza għat-teżori tal-għerf Ebrajk biex isostni kif id-dinjità tal-persuna umana tkun valur magħruf b’mod universali u li allura għandu jiġi protett u konservat. “Niftakar - qal - rakkont sabiħ Ebrajk medjevali. Wieħed rabbin kien qed ikellem lill-fidili tiegħu dwar il-bini tat-torri ta’ Babel. F’dak iż-żmien kienu jibnu bil-brikks. Imma biex tagħmel il-brikk, kien jeħtieglek bosta xogħol, le?: tiġbor it-tafal, tagħmel it-tajn, taqbad it-tiben, tħitu. U brikk waħda kienet tassew ħaġa prezzjuża. Kienu jġorru kull brikk s’hemm fuq fil-għoli, biex jibnu t-torri ta’ Babel. Meta brikk, bi żball kienet taqà, kienet problema tremenda, skandlu: ‘Imma ara x’għamilt!’ Imma jekk kien jaqà xi wieħed minn dawk li kienu jibnu t-torri kienu jgħidu biss ‘jistrieħ fil-paċi!’ u nħalluh fis-sliem. Kienet iktar importanti l-brikk milli l-persuna! Dan li kien qed jirrakkonta r-rabbin tal-medjuevu u dan qed iseħħ issa! Il-persuni huma inqas importanti mill-affarijiet li jħallu profitt għal dawk li għandhom il-poter politiku, soċjali u ekonomiku.” Wasalna fil-punt li anqas biss nafu “dwar din id-dinjità tal-persuna; dwar din in-dinjità tax-xogħol. Imma llum il-figura ta’ San Ġużepp, ta’ Ġesta’ Alla li jaħdmu tgħallimna t-triq biex nimxu lejn id-dinjità.”

Waqt li temm l-omelija tiegħu l-Papa Franġisku ħeġġeġ biex nitolbu “lil San Ġużepp il-grazzja li nagħrfu li fix-xogħol biss għandna d-dinjità.” U ssuġerixxa l-atteġġjament li għandna nieħdu fil-konfront ta’ dawk li m’għandhomx xogħol: “min ma jaħdimx, ma jikolx,” imma “min ma jaħdimx, tilef id-dinjità!” u meta nsibu ruħna quddiem min “ma jaħdimx għaliex ma jsibx il-possibiltà li jaħdem,” ngħidu: “is-soċjetà neżżgħet lil din il-persuna mid-dinjità!”

 

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb