GREG BURKE:

Santità, irridu ngħidulek grazzi, grazzi fuq kollox ta’ dan il-privileġġ li tajtna li nivvjaġġaw miegħek. Lilek li dejjem tgħidilna ngħidu “grazzi”, “skużani”, “jekk jogħġbok”, nitolbuk taħfrilna għall-ħin li qed nisirqulek; imma Mons. Maurizio Rueda qed jgħidli li mhux ħa jkun ħin twil, u dan ngħidu anki lill-ġurnalisti: li hi biss tislima, mhux il-waqt li nagħmlu intervisti, imma l-Papa se jgħaddi jsellem lil kulħadd. Grazzi ta’ dan il-vjaġġ hekk importanti.

 

IL-PAPA:

Grazzi lilkom. Nirringrazzjakom tal-kumpanija u tal-ħidma tagħkom, li ħa tkun ħidma biex tgħinu ħafna nies jifhmu l-vjaġġ, isiru jafu x’ġara, x’ġie mitkellem, tant ħwejjeġ… in-nies qed issegwina.

 

Dan il-vjaġġ għandu aspettattiva soċjali għax hu vjaġġ li qed nagħmel fuq stedina tal-President tar-Repubblika, tal-Papa Tawadros II, Patrijarka ta’ Lixandra tal-Kopti, tal-Patrijarka Kopt Kattoliku u tal-Imam il-Kbir ta’ Al-Azhar. L-erbgħa li huma stednuni nagħmel dan il-vjaġġ. Hu vjaġġ ta’ għaqda, ta’ fratellanza. Nirringrazzjakom tal-ħidma tagħkom li f’dawn l-inqas minn jumejn sa tkun pjuttost, pjuttost intensa! Grazzi.

 

 

miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard