VJAĠĠ APOSTOLIKU RIO DE JANEIRO

F' OKKAZJONI TAL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Laqgħa maż-żgħażagħ Arġentini fil-Katidral ta' San Sebastjan

Kliem tal-Papa Franġisku

Il-Ħamis 25 ta' Lulju 2013.

 

Grazzi..., grazzi għaliex qiegħed hawn, grazzi talli ġejtu... Grazzi lil dawk li qegħdin ġewwa u grazzi ħafna ukoll lil dawk li baqgħu barra. Għat-tletin elf li qegħdin barra. Insellmilhom minn hawn. Qegħdin fix-xita... grazzi talli ġejtu qrib, grazzi li ġejtu għal Jum iż-żgħażagħ. Kont issuġerejt lil Dr Gasbarri, li huwa l-persuna li jieħu ħsieb, li jorganizza l-vjaġġ, biex jsib xi post fejn nista' niltagħa magħkom, u f' nofs ta' nhar irranġa kollox. Nixtieq nirringrazzja publikment lil Dr Gasbarri għal dak li rnexxielu jagħmel illum.

Nixtieq nistqarr magħkom dak li qiegħed nittama bħala konsegwenza ta' Jum iż-żgħażagħ: nittama li jkun hawn kjass. Hawnhekk ser jkun hawn kjass, kjass ser jkun hawn. Ser jkun hawn f'Rio kjass sħiħ. Pero' jiena nixtieq li dan tagħmluh jinstema fid-djoċesijiet, irrid li joħroġ barra, nixtieq li l-Knisja toħroġ fit-toroq, nixtieq li niddefendu rwieħna minn dak li hu tad-dinja, minn dak li ma jiċaċlaqniex, minn dak li nħossuh bħala komdu, minn dak li hu klerikali, minn dak li jħallina magħluqa fina nfusna. Il-parroċċi, l-iskejjel, l-istituzzjonijiet qedin hemm biex noħorġu l-barra..., jekk ma jsirux hekk jsiru NGOs u l-Knisja ma tistgħax issir NGO. Nitlob li jaħfruli l-isfijiet u s-saċerdoti, jekk noħloq xi konfusjoni. Huwa parir. Grazzi għal dak li tistgħu tagħmlu.

Ħarsu ftit, jien naħseb li f' dan il-mument, din iċ-ċivilta' dinija marret oltre il-limiti, qabżet il-limiti għaliex ħolqot tip ta' kult dak ta' Alla flus, qedin fil-presenza ta' filosofija u il-mod ta' ħajja li tħalli barra iż-żewġ naħat tal-ħajja li jġibu fil popli. Ovvjament li nħallu barra l-anżjani. Wieħed jista' jaħseb li hemm xi tip ta' ewtanasija moħbija, dik li ma tieħux ħsieb l-anżjani; imma hemm ukoll ewtanasija kulturali, li ma tħalliniex nitkellmu, ma tħalliniex nagħmlu xi ħaġa. U li nħallu barra liż-żgħażagħ. Il-perċentwal ta' żgħażagħ li qedin bla xogħol, bla impjieġ, hija għolja ħafna u għandha ġenerazzjoni li ma għandiex esperjenza tad-dinjita' li tiġi mix-xogħol. Din iċ-ċivilta', waslitna biex neskludu dawk l-affarijiet li huma l-futur tagħna. Allura jeħtieġ li iż-żgħażagħ joħorġu, juru li jiswew; iż-żgħażagħ iridu joħorġu biex jiġġieldu għal valuri, jiġġieldu għal dawn il-valuri; u l-anżjani jridu jiftħu ħalqhom, jridu jiftħu ħalqhom u jgħalmuna! Wasslulna l-għaqal tal-popli!

Lill-poplu Arġentin, jiena nitlob, minn qalbi, lil anżjani: tħossukomx minn tal-inqas, fir-riserva kulturali tal-poplu tagħna, riserva li titrazmetti l-ġustizzja, titrazmetti l-istorja, titrazmetti l-valuri, titrazmetti l-memorja tal-poplu. U intom, jekk jogħġobkom, tieħduhiex kontra l-anżjani: ħalluhom jitkellmu, isimawhom u imxu l-quddiem. Imma intom tafu li f' dan il-mument intom iż-żgħażagħ, u l-anżjani, intom ikkundannati għall-istess destin: dak li tkunu eskluzi. Tħallux li tibqgħu eskluzi. Ċari! Għalhekk jien nemmen li rridu naħdmu. Il-fidi f' Ġesu' Kristu mhiex ċajta, hija xi ħaġa serja. Huwa skandlu li Alla ġie biex jkun wieħed minna. Huwa skandlu li miet fuq is-salib. Huwa skandlu: l-iskandlu tas-salib. Is-salib jkompli jagħtina skandlu. Imma l-unika mixja li hija sgura: dik tas-salib, dik ta' Ġesu', dik tal-inkarnazzjoni ta' Ġesu'. Jekk jogħġobkom "tħalltux" il-fidi f' Ġesu' Kristu. Hemm it-taħlita' tal-larinġ, hemm it-taħlita tat-tuffieħ, hemm it-taħlita tal-banana, imma jekk jogħġobkom tixorbux "it-taħlita" tal-fidi. Il-fidi hija sħiħa, ma titħallatx. Hija l-fidi f' Ġesu'. Hija l-fidi fl-Iben ta' Alla magħmul bniedem, li ħabbni u miet għalija. Allura semmgħu leħinkom; ħudu ħsieb l-estremitajiet kollha tal-popolazzjoni, li huma l-anżjani u ż-żgħażagħ; tħallux min jeskludikom u li jeskludu l-anżjani. It-tieni: "tħalltux" il-fidi f' Ġesu' Kristu. Il-Beatudnijiet. X' irridu nagħmlu Father? Ara, aqra l-Beatudnijiet, li jagħmlulek tajjeb. Jekk trid tkun taf xi trid tagħmel konkretament aqra Mettew kapitlu 25, li huwa l-protokoll fuq x' hiex aħna ser niġu ġġudikati. Fuq dawn iż-żewġ affarijiet għandkom il-pjan xi tridu tagħmlu: il-Beatudnijiet u Mattew 25. Ma għandkomx bżonn li taqraw xi ħaġa oħra. Qiegħed ngħidilkom minn qalbi. Kollox sew; nirringrazzjakom li intom daqshekk qrib tiegħi. Jiddispjaċini li qiegħdin marsusin, pero' ngħidilkom din. Jien, xi kultant, nagħmilha: hija xi ħaġa kera li tkun marsus. Qiegħed ngħidilkom bil-qalb kollha, imma issa naraw... nifhimkom. Għalija kien ikun isbaħ li kieku qiegħed aktar viċin tagħkom, imma nifhimha, minħabba raġuni ta' sigurta' ma tistax. Grazzi li ġejtu, grazzi li titolbu għalija; qiegħed ngħidilkom minn qalbi, għandi bżonn. Għandi bżonn it-talb tagħkom, għandi bżonn ħafna. Grazzi għal dan. U issa nixtieq nagħtikom il-Barka u imbagħad imbirku x-xbieha tal-Verġni Marija li ser ddur r-Repubblika kollha... u s-salib ta' San Franġisk li ser jivvjaġġaw missjonarment. Tinsewx: semmu leħinkom; ħudu ħsieb iż-żewġ estremi tal-ħajja, iż-żewġ estremi tal-istorja tal-popli, li huma l-anżjani u ż-żgħażagħ; u tħalltux il-fidi. U issa nitolbu biex imbierku x-xbieha tal-Verġni Marija u wara nagħtikom il-Barka.

 

Inqumu bil-wieqfa għal Barka, iżda l-ewwel irrid nirringrazzja għal dak li qal Mons. Aracedo, għaliex jien b' mod maledukat awtentiku, ma rringrazzjajtux. Għalhekk grazzi tal-kelmiet tiegħek.

 

TALBA

 Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Sliem għalik Marija...

Mulej, Int ħallejtilna lil Ommok biex hija takkumpanjana.

Li hija tieħu ħsiebna u tipproteġina fil-mixja, fil-qalb, fil-fidi tagħna.

Li tgħamel minna dixxipli bħalha, missjunarji bħalma kienet hi.

Li tgħallimna noħorġu mit-triqat tagħna.

Li tgħallimna noħorġu minna nfusna.

Imbierku Mulej, din ix-xbieha,  li ser ddur l-Pajiż.

Li hi, bil-umilta' mansweta tagħha, bil-paċi tagħha, turina il-mixja.

Mulej. Int skandlu, Inti huwa skandlu: l-iskandlu tas-salib. Is-salib li huwa umilta', manswetudini; huwa salib li jitkellem dwar Alla li qiegħed fil-qrib. Imbierku din ix-xbieha tas-salib li ser ddur fil-Pajjiż.

Grazzi ħafna, narakom f' dawn il-ġranet. Alla jberikkom. Itolbu għalija. Tinsewiex!

 

Miġjub għall-Malti minn Fr Charles Cini.