Talba tal-Papa Franġisku waqt it-tberik tax-xbieha tal-Verġni Marija, Katidral San Sebastjan, Rio, 25/07/2013.
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Sliem għalik Marija... Mulej, Int ħallejtilna lil Ommok biex hija takkumpanjana. Li hija tieħu ħsiebna u tipproteġina fil-mixja, fil-qalb, fil-fidi tagħna. Li tgħamel minna dixxipli bħalha, missjunarji bħalma kienet hi. Li tgħallimna noħorġu mit-triqat tagħna. Li tgħallimna noħorġu minna nfusna. Imbierku Mulej, din ix-xbieha, li ser ddur l-Pajiż. Li hi, bil-umilta' mansweta tagħha, bil-paċi tagħha, turina il-mixja. Mulej. Int skandlu, Inti huwa skandlu: l-iskandlu tas-salib. Is-salib li huwa umilta', manswetudini; huwa salib li jitkellem dwar Alla li qiegħed fil-qrib. Imbierku din ix-xbieha tas-salib li ser ddur fil-Pajjiż.
|