VIŻITA LILL-KOMUNITA’ TA’ VARGINHA (MANGUINHOS)

DISKORS TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU

Rio de Janeiro
Il-Ħamis, 25 ta’ Lulju 2013

 

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Hija ħaġa sabiħa li ninsab hawn magħkom! Hija ħaġa sabiha! Sa mill-bidu, fl-ipprogrammar tal-vista fil-Brazil, ix-xewqa tiegħu kienet li nkun nistà nżur id-distretti kollha ta’ dan in-Nazzjon. Xtaqt li nħabbat fuq kull bieb, ngħid ‘l-għodwa t-tajba’ nitlob tazza ilma friska, nieħu ‘cafezinho’ - mhux tazza grappa! - nitkellem bħal ma ħbieb tal-qalb, nismà l-qalb ta’ kull wieħed mill-ġenituri, tal-ulied, tan-nanniet.... Imma l-razil huwa hekk kbir! U mhux possibbli li tħabbat fuq kull bieb! Allura għażilt li niġi hawn, li nżur lil din il-komunità li llum tirrapreżenta d-distretti kollha tal-Brazil. Kemm hi ħaġa sabiħa li tintlaqà bl-imħabba, bil-ġenerożità, bil-ferħ! Biżżejjed tara kif żejjintu t-toroq tal-komunità; ukoll dan huwa sinjal ta’ mħabba, li jitwieled minn qalbkom, mill-qalb tal-Brażiljani, li tinsab f’festa! Grazzi bil-kbir lil kull wieħed u waħda minnkom tal-laqgħa sabiħa! Niżżi ħajr lill-għareajjes Rangler u Joann għall kliem tassew sbieħ.

1. Sa minn l-ewwel mument li fih missejt l-art Brażiljana u wkoll hawn f’nofskom, inħossni milqugħ. U huwa mportanti li tkun taf tilqà; u huwa isbaħ minn kwalunjkwè tiżjin jew dekorazzjoni. Qed ngħidu għaliex meta nkunu ġenerużi fl-ilqigħ ta’ persuna u naqsmu xi ħaġa magħha - ftit ikel, post f’darna, il-ħin tagħna - mhux biss ma nibqgħux ifqar imma nistagħnew. Naf tajjeb li meta xi ħadd li għandu bżonn jiekol iħabbat fuq biebkom, intom dejjem issibu mezz li taqsmu l-ikel; bħal ma jgħid il-proverbju, dejjem tistà ‘iżżid iktar ilma u fażola!’ Tistà żzid iktar ilma u fażola.....? Dejjem....? U intom tagħmluh b’imħabba, waqt li turu li l-vera għana mhix fl-affarijiet, imma fil-qalb!

U l-poplu Brażiljan, b’mod partikulari il-persuni l-iktar sempliċi, jistà joffri lid-dinja lezzjoni prezzjuża ta’ solidarjetà, kelma waħda - din il-kelma solidarjetà - spiss minsija jew imsikkta, giex skomda. Kważi tidher kelma kerha .... solidarjetà. Nixtieq nagħmel appell lil min jippossiedi r-riżorsi, lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba impenjati għall-ġustizzja soċjali: la tgħejjewx taħdmu għal dinja iktar ġusta u iktar solidali! Ħadd m’għandu jibqà insensibbli gHad-diżugwaljanzi li għad hawn fid-dinja! Kull wieħed, skont il-possibbiltajiet propji u bir-responsabbiltà, jaf joffri l-kontribut tiegħu biex itemm tant inġustizzji soċjali. Mhix, mhix il-kultura tal-egoiżmu, tal-individwaliżmu, li spiss tirregola s-soċjetà tagħna, dik li tibni u twassal għal dinja iktar abitabbli, mhix din, imma l-kultura tas-solidarjetà; il-kultura tas-solidarjetà hija li tara fl-ieħor mhux konkurrent jew numru, imma ħuk. U aħna lkoll aħwa!

Nixtieq ninkuragġixxi l-isforzi li s-soċjetà Brażiljana qiegħda tagħmel biex tintegra l-partijiet kollha tal-korp tagħha, ukoll l-iktar batuti u fil-bżonn, permezz tal-ġlieda kontra l-ġuħ u l-miżerja. Ebda sforz ta’ ‘paċifikazzjoni’ ma jkun dejjiemi, ma jkunx hemm armonija u feliċità għal soċjetà li tinjora, li tpoġġi fil-ġemb u li tabbanduna fil-periferija parti minnha nfisha Tali soċjetà sempliċement tfaqqar lilha nfisha, anzi titlef xi ħaġa essenzjali għaliha nfisha. Ma nħallux, ma nħallux tidħol f’qalbna l-kultura tal-l-iskartar! Ma nħallux tidħol f’qalbna l-kultura tal-iskartar, għaliex aħna aħwa. Ħadd mhu hawn biex jiġi skartat. Niftakru dejjem: huwa biss meta nkunu kapaċi naqsmu li nistagħnew tassew; dak kollu li naqsmu jimmultiplika! Naħsbu dwar il-multiplikazzjoni tal-ħobż ta’ Ġesù! Il-kejl tal-kobor ta’ soċjetà huwa mogħti mill-mod li bih hija tittratta lil dawk li huma l-iktar fil-bżonn, lil dawk li m’ghandhom xejn iktar għajr il-faqar!

2. Irrid ukoll ngħidilkom li l-Knisja, ‘avukata tal-ġustizzja u difensur tal-foqra kontra d-diżugwaljanzai socali u ekonomiċi ntollerabbli li jgħajtu lis-sema’ (Documento di Aparecida, 395),  tixtieq toffri l-kollaborazzjoni tagħha lil kull inizjattiva li tistà tfisser żvilupp veru ta’ kull bniedem u tal-bniedem kollu. Għeżież ħbieb, huwa żgur neċessarju li tagħti l-hobż lil kull min għandu l-ġuħ; dan huwa att ta’ ġustizzja. Imma hemm ukoll ġuħ iktar profond, il-ġuħ ta’ feliċità li Alla biss jistà jtaffi. Ġuħ ta’ dinjità. Mhemmx tassew promozzjoni tal-ġid komuni, anqas żvilupp tal-bniedem, meta jinjoraw il-pilastri fondamentali li jrieġu Nazzjon. Il-ġid immaterjali tiegħu: il-ħajja, li hija rigal ta’ Alla, valur li rridu nieħdu ħsiebu u li nippromwovo dejjem; il-familja, fondament tal-konvivenza u rimedju kontra l-isfaldamebt soċjali: l-edukazzjoni ntegrali, li ma tirriduċix ruħha għal sempliċi trasmissjoni t’informazzjoni bl-iskop li tipproduċi profitt; is-saħħa, li hemm bżonn tfittex il-ġid integrali tal-persuna, ukoll tad-dimensjoni spiritwali, essenzjali għall-ekwilibriju uman u għal konvivenza b’saħħitha; is-sikurezza, fil-konvinzjoni li l-vjolenza tistà tkun mirbuħa biss billi tibda mill-bidla tal-qalb umana.

3. Irrid ngħid ħaġa tal-aħħar, ħaġa aħħarija. Hawn bħal fil-Brażil kollu, hawn tant żgħażagħ. Eh żgħażagħ! Intom, għeżież żgħażagħ, għandkom sensibiltà partikulari kontra l-inġustizzja, imma spiss tkunu diżillużi b’fatti li jitkellmu dwar korruzzjoni, minn persuni li, minflok ifittxu l-ġid komuni, ifittxu l-interessi personali tagħhom. Lilkom ukoll u lil kulħadd nirrepeti: la taqtgħu qalbkom qatt, titilfux il-fiduċja, la tħallux li tintefa t-tama. Ir-realtà tistà tinbidel, il-0bniedem jistà jinbidel. Fittxu intom l-ewwel li twasslu l-ġid, li ma tadattawx ruħkom għall-ħażin, imma li tirbħuh bit-tajjeb. Il-Knisja takkumpanjakom, twasslilkom it-tajjeb prezzjuż tal-fidi, ta’ Ġesù Kristu, li “ġie biex ikollna l-ħajja u li jkollna bl-abbundanza” (Ġw 10, 10)

Illum, lilkom ilkoll, b’mod partikulari l-abitanti ta’ din il-Komunità ta’ Varginha ngħid: m’intomx weħedkom, il-Knisja hija magħkom, il-Papa huwa magħkom. Inġorr lil kull wieħed u waħda minnkom f’qalbi u nagħmel tiegħi l-intenzjonijiet li għandkom fl-intimu tagħkom: ir-ringrazzjamenti għall-ferħ, it-talbiet ta’ għajnuna fid-diffikultajiet, ix-xewqa ta’ konsolazzjoni fil-waqtiet tan-niket u tat-tbatija. Kollox nafda fl-interċessjoni tas-Sinjura Tagħna ta’ Aperecida, Omm il-foqra kollha tal-Brażil, u bl-ikbar imħabba nagħtikom il-Barka tiegħi. Grazzi!

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb