VJAĠĠ APPOSTOLIKU TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
FIR-RUMANUJA
[31 TA’ MEJJU - 2 TA’ ĠUNJU, 2019]
REGINA COELI
Campo
della Libertà
fi
Blaj
Il-Ħadd,
2
ta’ Ġunju,
2019
Għeżież ħuti,
qabel ma ntemm din il-Liturġija Divina nixtieq għal darb’oħra nsellem lilkom hawn preżenti u lil kull min iltqajt miegħu tul dawn il-jiem, u rrodd ħajr lil kulħadd tal-akkoljenza kordjali. Insellem bil-qima lill-President tar-Repubblika u lill-Awtoritajiet l-oħrajn kollha, waqt li nesprimi rikonoxximent sinċier għall-kollaborazzjoni li tat il-frott tagħha bit-tħejjija u b’dak li seħħ matul iż-żjara tiegħi. Jien grat lejn il-Beatitudni Tiegħu, il-Patrijarka Danjel, is-Santu Sinodu, il-kleru u l-fidili tal-Knisja Ortodossa tar-Rumanija, li laqgħuni fraternament! Il-Mulej ibierek din il-Knisja illustri u antika u jsostnieha fil-missjoni tagħha. (Applaws). Applaws fraterna lilhom ilkoll!.
Nagħti tislima mimlija mħabba u rikonoxxenza lill-Beatitudni Tiegħu l-Kardinal Lucian Muresan. Insellem lill-fidili tal-Knisja Kattolika, lill-Isqfijiet, lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa u lill-fidili lajċi ta’ Bucarest u ta’ Iasi, kif ukoll lill-għadd kbir ta’ pellegrini minn Smuleu Ciuc. Niżżi ħajr lill-Mulej li tani l-possibbiltà li nitlob magħkom u li ninkoraġġixxi l-impenn ta’ evanġelizzazzjoni tagħkom u x-xhieda ta’ karità Hawnhekk fi Blaj, art tal-martirju, libertà u ħniena, nagħti ġieħ lilkom, ulied il-Knisja Greco/Kattolika li minn tliet sekli ‘l hawn ilkom tagħtu xhieda, b’ħeġġa appostolika, tal-fidi tagħkom.
Il-Verġni Marija tifrex il-protezzjoni materna tagħha fuq iċ-ċittadini kollha tar-Rumanija, li tul il-mixja tak-istorja dejjem afdaw ruħhom fl-interċessjoni tagħha. Nafdala f’idejha lilkom ilkoll u nitlobha tmexxikom fil-mixja tal-fidi, ħalli tersqu lejn ġejjieni ta’ progress awtentiku u ta’ paċi u tagħtu sehemkom fil-bini ta’ patrija dejjem aktar ġusta, armonjuża u fraterna.
Regina Coeli......
Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber