Burke:

Santità, grazzi tal-preżenza tiegħek fostna. Fuq kollox irrid nirringrazzjak tad-disponibbiltà, tal-paċenzja tegħek. Rajna l-aħħar darba kif bqajt issellem lil erba’ mitt ġurnalist, wieħed wieħed… Paċenzja kbira! Imma nittamaw li llum ma nippruvawx iżżejjed il-paċenzja tiegħek. Issa l-Papa se jsellem lil kulħadd, u mbagħad il-konferenza stampa ssir wara, fit-titjira lura, mhux dalgħodu.

 

Il-Papa Franġisku:

L-għodwa t-tajba! Nagħtikom ilkoll merħba. Grazzi tal-kumpanija. U barra minn hekk nagħti merħba lil Greg [Burke] fl-ewwel vjaġġ tiegħu.

 

Burke:

Grazzi.

 

Il-Papa Franġisku:

Grazzi tal-għajnuna, grazzi tal-ħidma tagħkom. Dan sa jkun vjaġġ qasir, għall-grazzja ta’ Alla: fi żmien tlitt ijiem oħra nerġgħu lura d-dar. Grazzi ħafna, u nsellmilkom.

 

 

miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard