L-għodwa t-tajba!  Nistedinkom titolbu miegħi s-Sliema…

 

Issa sejjer niċċelebra l-Quddiesa u se nġorrkom ilkoll f’qalbi!  Se nitlob għal kull wieħed u waħda minnkom, u lill-Mulej ngħidlu: “Inti tafu isem dawk li kien hemm hemm”.  Nitlob lil Ġesù tant ħniena għal kull wieħed u waħda minnkom: biex jimliekom bil-ħniena tiegħu, biex jieħu ħsiebkom.  U lill-Verġni Mbierka nitlobha biex tieqaf dejjem magħkom.

 

U issa, qabel immur, għax ninsab fi triqti – għall-Quddiesa qed jgħidli l-Arċisqof, għax il-ħin itir – nagħtikom il-barka tiegħi, imma… le, ma nitlobkom xejn… ħlief, jekk jogħġobkom, li titolbu għalija.  Twegħduni?

 

Iberikkom Alla li jista’ kollox, il-Missier, u l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu.  Grazzi tax-xhieda Nisranija tagħkom.

 

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard