VJAĠĠ APPOSTOLIKU TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
FIL-BULGARIJA U L-MAĊEDONJA TAT-TRAMUNTANA
[5-7 ta’ MEJJU, 2019]
Kamp tar-rifuġjati
“Vrazhdebna” (Sofja)
It-Tnejn,
6
ta’ Mejju,
2019
KLIEM IL-QDUSIJA TIEGĦU
Grazzi ħafna tal-akkoljenza tagħkom. Grazzi lit-tfal għall-kant sabiħ tagħhom. Huma jnisslu l-ferh fil-mixja tagħkom. Mixjitkom mhux dejjem sabiħa, minbarra n-niket li ħallejtu l-patrija biex tfittxu li ssiru parti minn oħra...... dejjem hemm it-tama.... Illum id-dinja tal-migranti u r-rifuġjati hi ftit jew wisq salib, is-salib tal-umanità, is-salib li qed iġorru bosta nies... Nirringrazzja lilkom, lir-rieda tajba tagħkom u nawgura l-aħjar lilkom u lill-konċittadini tagħkom li ħallejtu fil-patrija tagħkom. Alla jberikkom u itolbu għalija.
Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber