IL-KRIŻI TAR-REFUĠJATI U L-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA

Kull parroċċa tal-Ewropa għandha tilqa’ familja ta’ refuġjati

 

Għeżież ħuti Il-ħniena t’Alla tingħaraf mill-opri li nwettqu, kif kienet tat xhieda l-ħajja tal-Beata Madre Tereża ta’ Calcutta, li lbieraħ fakkarna l-anniversarju tal-mewt tagħha.

Quddiem it-traġedja tal-għexieren ta’ eluf ta’ rifuġjati li qed jaħarbu mill-mewt minħabba l-gwerra jew il-ġuħ, u jinsabu mexjin lejn tama ta’ ħajja, l-Evanġelju jsejħilna, jitlob minna li nkunu “proxxmu” tal-iżgħar u tal-abbandunati. Biex nagħtuhom tama konkreta.  Mhux biss ngħidulhom: “Kuraġġ, paċenzja!....”  It-tama Nisranija taf titqagħbad bir-rieda samma ta’ min miexi lejn għan ċert.

Għaldaqstant, issa li qed joqrob il-Ġublew tal-Ħniena, qed nagħmel appell lill-parroċċi, lill-komunitajiet reliġjużi, lill-monasteri u lis-santwarji tal-Ewropa kollha biex jesprimu l-Evanġelju b’mod konkret u jagħtu kenn lil familja ta’ rifuġjati.  Ġest konkret bi tħejjija għas-sena Mqaddsa tal-Ħniena.

Kull parroċċa, kull komunità reliġjuża, kull monasteru, kull santwarju fl-Ewropa għandu jospita familja, ibda mid-djoċesi tiegħi ta’ Ruma.

Nappella lil ħuti l-Isqfijiet tal-Ewropa, rgħajja tabilħaqq, biex fid-djoċesijiet tagħhom itennu dan l-appell tiegħi, billi jiftakru li l-Ħniena hija t-tieni isem tal-Imħabba: «Dak kollu li tagħmlu mal-iċken wieħed minn dawn ħuti, tkunu għamiltuh miegħi» (Mattew 25,40).

Anki ż-żewġ parroċċi tal-Vatikan, f’dawn il-ġranet se jilqgħu fihom żewġ familji ta’ rifuġjati.