IL-PAPA FRANĠISKU
ANGELUS
Pjazza San Pietru
Il-Ħadd 15 ta' Settembru, 2019
Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
L-Evanġelju tal-lum (Lq 15, 1-32) jibda' b'xi nies li jikkritkaw lil-Ġesł għax jarawh fil-kumpanija tal-pubblikani u l-midinbin u bi stmerrija jgħidu: "Dan jilqa' għandu lill-midinbin u jiekol magħhom" (v. 2). Fil-realtą, dil-frażi ssir tixbaħ aħbar meraviljuża. Ġesł jilqa' lill-midinbin u jiekol magħhom. Dan jiġri lilna f'kull quddiesa, f'kull knisja: Ġesł jifraħ meta jilqagħna għall-mejda tiegħu, fejn joffri lilu nnifsu għalina. Hi s-sentenza li nistgħu niktbu fuq il-bibien tal-knejjes tagħna: "Hawnhekk Ġesł jilqa' lill-midinbin u jistedinhom għall-mejda tiegħu". U bi tweġiba lil dawk li kienu qed jikkritikawh, Ġesł jirrakkonta tliet parabboli stupendi, li juru kemm għandu preferenza għal dawk li jħossuhom bogħod minnu. Illum ikun sabiħ kieku kull wieħed u waħda minnkom taqbdu f'idejkom l-Evanġelju ta' Luqa, kapitlu 15 u taqraw it-tliet parabboli. Huma stupendi.
Fl-ewwel parabbola jgħid: "Min minnkom ikollu mitt nagħġa u jitlef waħda, ma jitlaqx lid-disa' u disgħin l-oħra fid-deżert u jmur ifittex il-mitlufa?" (v. 4). Min minnkom? Persuna li tirraġuna tagħmel żewġ kalkoli u tissagrifika l-waħda biex issalva lid-disa' u disgħin. Iżda Alla ma jirrassenjax ruħu, Hu għandu għal qalbu lilek li għadek ma tafx kemm hi sabiħa mħabbtu, int li għadek ma lqajtx lil Ġesł fiċ-ċentru ta' ħajtek, int li mhux qed jirnexxilek tegħleb dnubek, int li forsi minħabba l-ġrajjiet koroħ li ġrawlek f'ħajtek ma temminx fl-imħabba.
Fit-tieni parabbola, inti dik il-munita ċkejkna li l-Mulej ma jirrassenjax ruħu li jkun tilifha u jibqa' jfittixha bla heda: irid jgħidlek li int prezzjuż f'għajnejh, li int uniku. Ħadd ma jista' jeħodlok postok fil-qalb ta' Alla. Int għandek post, huwa tiegħek u ħadd ma jista' jeħodlok dak il-post; u jien ukoll, lili ħadd ma jista' jeħodli posti fil-qalb ta' Alla.
U fit-tielet parabbola Alla huwa MIssier li jistenna li ibnu l-ħali jerġa' lura: Alla dejjem jistenna, ma jegħjiex, ma jaqtax qalbu. Għaliex dak l-iben imħaddan mill-ġdid huwa aħna, kull wieħed u waħda minna aħna l-munita misjuba, dik in-nagħġa mmellsa u mqegħeda mill-ġdid fuq l-ispalla. Hu jistenna li kuljum aħna nindunaw b'imħabbtu. U inti tgħid: "Imma jien qlibt id-dinja, għamilt iżżejjed!" Tibżax: Alla jħobbok, iħobbok kif int u jaf li mħabbtu biss tista' tibdillek ħajtek.
Iżda din l-imħabba infinita ta' Alla għalina midinbin, li hi l-qalba tal-Evanġelju, tista' tirroftaha. Hekk għamel l-iben il-kbir tal-parabbola. Hu ma jifhimx l-imħabba ta' dak il-ħin u f'moħħu għandu aktar lis-sid milli lill-missier. Dan hu riskju għalina wkoll: li nemmnu f'alla li hu aktar sever milli ħanin, alla li jegħleb il-ħażen bis-setgħa aktar milli bil-maħfra. Mhux hekk, Alla jsalva bl-imħabba mhux bil-forza; joffri u mhux jimponi lilu nnnifsu. Imma l-iben il-kbir jingħalaq, jagħmel żball akbar: jidhirlu li hu ġust, jidhirlu li safa ttradut u jiġġudika skont kif jifhem il-ġustizzja hu. Għalhekk jinkorla u jċanfar lil missieru: "Qtilt l-għoġol imsemmen issa li ġie lura dan ibnek" (cfr v. 30). Dan ibnek: ma jsejjaħlux ħija, imma ibnek. Iħoss li hu iben waħdieni. Aħna wkoll niżbaljaw meta naħsbu li aħna ġusti, meta jidhrilna li l-ħżiena huma l-oħrajn. Ejjew ma naħsbux li aħna tajbin, għax waħedna, mingħajr l-għajnuna t'Alla li hu tajjeb, ma nagħrfux negħlbu l-ħażen. Illum, tinsewx, aqbdu l-Evanġelju f'idejkom u aqraw it-tliet parabboli ta' Luqa, kapitlu 15. Jagħmlilkom tajjeb, ikun ta' fejda għalikom.
Kif nistgħu ngħelbu l-ħażen? Billi nilqgħu l-maħfra t'Alla u l-maħfra ta' ħutna. Jiġri dan kull darba li mmorru nqerru: hemmhekk nirċievu l-imħabba t'Alla li tegħleb id-dnub tagħna: jgħib, Alla jinsieh. Meta Alla jaħfer, jinsa dnubietna, jinsiehom. Alla hu tant twajjeb magħna! Mhux bħalna, li wara li nkunu għidna "ma ġara xejn" mal-ewwel okkażjoni niftakru kull tort li rċevejna, bl-interessi. Le, Alla jħassar il-ħażen, iġeddidna minn ġewwa u b'hekk inibbet fina l-ferħ, mhux is-swied il-qalb, mhux id-dalma tal-qalb, mhux is-suspett, imma l-ferħ.
Ħuti, kuraġġ, ma' Alla ebda dnub m'għandu l-aħħar kelma. Il-Madonna li tħoll l-għoqod tal-ħajja teħlisna mis-suppervja li jidhrilna li aħna ġusti u tgħinna nħossu l-bżonn li mmorru għand il-Mulej li dejjem jistenniena biex iħaddanna miegħu, biex jaħfrilna.
Wara l-Angelus
Għeżież ħuti,
Il-ġimgħa li għaddiet seħħ il-bdil tal-pruġunieri tant mistenni minn żmien 'l hawn, bejn il-Federazzjoni Russa u l-Ukrajna. Nifraħ mal-persuni li nħelsu u li setgħu jerġgħu jgħannqu lill-għeżież tagħhom, u nkompli nitlob sabiex il-kunflitt jintemm bla telf ta' żmien u sabiex ikun hemm paċi dejjiema fl-Ukrajna tal-lvant.
Ilbieraħ f'Forli kienet dikjarata Beata, Benedetta Bianchi Porro, li mietet fl-1964 fl-etą żgħira ta' 28 sena. Ħajjitha kollha kienet immarkata bil-mard u l-Mulej ta l-grazzja li tissaporti, anzi, li t-tbatija tibdilha f'testimonjanza mdawwla ta' fidi u mħabba.
U llum f'Limburg (il-Ġermanja) qed jiġi dikjarat Beatu parti Riccardo Henkes, saċerdot li nqatel minħabba l-mibgħeda lejn il-fidi, f'Dachau, fl-1945. L-eżempju ta' dawn iż-żewġ dixxipli kuraġġużi ta' Kristu jirfdu wkoll il-mixja tagħna lejn il-qdusija. Applaws lil-beati l-ġodda!
Insellem minn qalbi lilkom ilkoll, Rumani u pellegrini ġejjin minn diversi pajjiżi: familji, gruppi parrokkjali, assoċjazzjonijiet.
Insellem lill-fidili mill-Honduras u mill-Bolivia; liż-żgħażagħ imprendituri Afrikani impejnati biex jaħdmu flimkien - harambe - għall-ġejjieni tal-Afrika; u lill-pellegrinaġġ bil-karrozzi tal-elettriku li ġej mill-Polonja.
Insellem lill-militari miġburin biex ifakkru lill-Qaddej t'Alla Gianfranco Chiti; lis-Sorijiet Oblati tas-Santissimu Redentur; lill-fidili minn Montecchio Emilia flimkien mal-ħbieb Venezwelani; lil dawk li se jagħmlu l-Griżma minn Crotone. Insellem lill-grupp tal-UNITALSI u nbierek il-pellegrinaġġ kbir nazzjonali lejn Lourdes li se jsir fil-jiem li ġejjin.
Nawgura lil kulħadd il-Ħadd it-tajjeb. Jekk jogħġobkom tinsewx titolbu għalija. L-ikla t-tajba u arrivederci!
Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber