O Verġni Mqaddsa Marija ta Fatima,

inġeddu l-gratitudni tagħna għall-preżenza tiegħek ta omm

u leħinna jissieħeb ma dak ta kull nisel

li jsejjaħlek hienja.

 

Fik niċċelebraw l-għemejjel kbar ta Alla,

li qatt ma jegħja jitbaxxa bil-ħniena tiegħu biex jilħaq lill-ġens tal-bnedmin,

mgħakkes mill-ħażen u miġruħ mid-dnub,

biex ifejqu u jifdih.

 

Ilqa bit-tjieba tiegħek ta Omm

l-att ta affidament li l-lum qed nagħmlu bil-fiduċja,

quddiem din ix-xbieha tiegħek hekk għażiża għalina.

 

Aħna żguri li kull wieħed u waħda minna hu prezzjuż fgħajnejk

u li għalik xejn mhu barrani minn dak kollu li jgħammar fi qlubna.

 

Inħallu l-ħarsa wisq ħelwa tiegħek tilħaqna

u nilqgħu t-tmellisa kollha faraġ tat-tbissima tiegħek.

 

Ħares bdirgħajk lil ħajjitna:

bierek u qawwi kull xewqa tagħna għat-tajjeb;

ġedded u saħħaħ il-fidi tagħna;

wieżen u ixgħel it-tama;

qajjem u kebbes fina l-imħabba;

dawwal lil kulħadd fil-mixja tal-qdusija.

 

Għallimna l-istess imħabba preferenzjali tiegħek

għaċ-ċkejknin u l-foqra,

għall-imwarrbin u l-batuti,

għall-midinba u dawk ta qalbhom imbeżżgħa:

iġbor lil kulħadd taħt il-ħarsien tiegħek

u qegħidna lkoll friġlejn l-Iben maħbub tiegħek, Sidna Ġes.

 

Ammen.

 

 

Miġjub għall-Malti minn Francesco Pio Attard