JANNAR 2017

09. In-Nisrani għandu jqiegħed lil Ġesù bħala ċ-ċentru ta’ ħajtu u tal-għażliet li jagħmel kuljum.

10. Ġesù kellu l-awtorità għax kien qaddej.

12. Fi qlubna hemm dak li aħna llum, dak li jirregola ħajjitna.

13. Biex nimxu wara Ġesù jeħtieġ li niċċaqilqu biex ruħna ma tibqax ‘rieqda’.

17. Il-Papa jħeġġeġ lill-Insara biex ikunu kuraġġużi.

19. Il-ħajja tan-Nisrani hi taqbida ta’ kuljum kontra t-tentazzjonijiet.

20. L-Insara għandhom jegħelbu l-mentalità li dejjem jikkundannaw.

23. Il-meravilji tas-saċerdozju ta’ Kristu.

24. Alla japprezza li nirrabjaw miegħu għax dan juri li aħna awtentiċi.

27. Id-dnub li jipparalizza lin-Nisrani hu li jibża’ minn kollox.

30. L-akbar forza tal-Knisja tinsab fil-Knejjes żgħar li jsofru l-persekuzzjoni.

31. Ġesù jinsab dejjem qalb in-nies imma ma jfittixx il-popolarità.