L-eternità mhix se tkun ta’ dwejjaq

Il-Ġimgħa, 31 ta’ Mejju 2013

Huma tant l-insara li ma jafux il-ferħ. U wkoll meta jkunu fil-knisja biex ifaħħru lil Alla jkunu donnhom f’funeral iktar minn f’ċelebrazzjoni ferrieħa. Jekk minflok jitgħallmu joħorġu minnhom infushom u jiżżu ħajr lil Alla, “jifhmu verament x’inhu l-ferħ li jirrendina ħielsa.”

U propju l-ferħ nisrani kien it-tema taċ-ċentru tal-omelija tal-Papa Francesco, dalgħodu, il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju, festa tal-Viżitazzjoni, waqt il-quddiesa kkonċelebrata fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, fost l-oħrajn, mal-kardinal Jozef tomko. Fost dawk preżenti, grupp ta’ dipendenti tas-Servizzi tekniċi tal-Governatorat.

“Iż-żewġ qari tallum - infatti fetaħ il-Papa waqt li rrifera għaż-żewġ siltiet meħudin mill-ktieb tal-profeta Sofonija (3, 14-18) u mill-vanġelu ta’ Luqa (1, 39-56) - ikellmuna dwar il-ferħ, l-allewgrija: ifirħu, werżqu bil-ferħ,” jgħid Sofonija. Werżqu bil-ferħ. Din qawwijaà “Il-Mulej f’nofsok;” la tibżax; “la tħallix dirgħajk jitbaxxew!” Il-Mulej huwa qawwi; jifraħ għalik. Ukoll ħu jifraħ għalina. Huwa wkoll huwa ferrieħi. “Jeżulta għalik b’gjat ta’ ferħ.” Isimgħu kemm affarijiet jingħadu dwar il-ferħ.

Fir-rakkont evaġeliku il-ferħ jikkaraterizza l-viżta ta’ Marija lil Eliżabbetta. “Il-Madonna tmur iżżur lil Eliżabbetta” fakkar il-Qdusija Tiegħu. U waqt li ppreżenta l-immaġni ta’ Marija bħala omm li tmur bil-għaġġla - eżatt bħal ma kien għamel il-Ħadd ta’ qabel fil-parroċċa Rumana tal-qaddisin Eliżabbetta u Zakkarija - il-Papa Francesco waqaf fuq dik “il-qabża li kienet għamlet it-tarbija fil-ġuf ta’ Eliżabbetta” irrivelata minnha stess lil Marija: “Hekk hu, hekk kif waslet it-tislima tiegħek f’widnejja, it-tarbija qabżet bil-ferħ f’ġufi.”

“Kollox huwa ferħ. Imma aħna l-insara - innota l-isqof ta’ Ruma - m’aħniex daqstant imdorrija nitkellmu dwar il-ferħ, l-allegrija. Naħseb li bosta drabi iktar nieħdu gost bil-krib! X’inhu l-ferħ? Iċ-ċavetta biex nifhmu dan il-ferħ huwa dak li jgħid il-vanġelu: “Eliżabbetta ntliet b-Ispirtu Santu.” Dak li jagħti l-ferħ huwa l-Ispirtu Santu. Ukoll fl-ewwel talba tal-quddiesa tlabna l-grazzja tal-ħlewwa lill-Ispirtu Santu, dak li jagħtina l-ferħ.”

Il-Papa tkellem imbagħad dwar aspett ieħor tal-ferħ li jiġina mill-Ispirtu. “Naħsbu - qal - f’dak il-waqt li fih il-Madonna u San Ġużepp jieħdu lil Ġesù fit-tempju biex iwettqu l-Liġi. Il-vanġelu jgħid li huma jmorru biex jagħmlu dak li kien hemm miktub fil-Liġi. Hemm insibu wkoll żewġ abzjani; imma, innutajtu, il-vanġelu ma jgħidx li huma kienu marru hemm biex iwettqu l-Liġi, imma pjuttost għaliex imbuttati mill-“qawwa tal-Ispirtu Santu. L-Ispirtu jġibhom fit-tempju.” Tant li, quddiem Ġesù, it-tnejn “jagħġmlu talba ta’ tifħir: imma dan huywa l-Messija, imbierek il-Mulej! U wkoll iwettqu liturġija spontanja ta’ ferħ.” Hija l-fedeltà mmaturata f’tant snin ta’ stennija tal-Ispirtu Santu sabiex iseħħ li dan l-Ispirtu jiġi u jagħtihom il-ferħ.”

“Jien - fada mbagħad il-Papa Francesco - nieħu gost naħseb: iż-żgħażagħ iwettqu l-Liġi, l-anzjani għandhom il-libertà li jħallu li l-Ispirtu jmexxihom. U dan huwa tassew sabiħ! Huwa propju l-Ispirtu li jmexxihom. Huwa huwa l-awtur tal-ferħ, il-ħallieq tal-ferħ. U dan il-ferħ fl-Ispirtu jagħtina il-vera libertà nisranija. Mingħajr ferħ aħna l-insara ma nistgħux insiru liberi. Insiru skjavi  tad-dwejjaq tagħna.”

 

Imbagħad il-Papa kkwota lil “kbir Pawlu VI,” waqt li fakkar li kien jgħid “ma nistgħux immexxu l-vanġelu ‘l quddiem bi nsara mdejqin, sfiduċjati, skuraġġiti; ma jistax ikun. Dan l-atteġġjament huwa ftit jew wisq funerarju.” Mill-banda l-oħra l-ferħ nisrani jiġi propju mit-tifħir lil Alla.

“Imma xinhu dan it-tifħir lil Alla?” staqsa l-Papa. “Tfaħħru b’xejn, bħal ma b’xejn hija l-grazzja li huwa jagħtina” kienet it-tweġiba tiegħu. Imbagħad waqt li dar fuq wieħed miunn dawk preżenti għaċ-ċelebrazzjoni, qal: “Jien nistà nagħmillek il-mistoqsija li hawn hawn fil-quddiesa: Int, tfaħħar lil Alla?  Jew titlob biss lil Alla u tiużzi ħajr lil Alla? Imma tfaħħar lil Alla.” Dan, tenna hu, ifisser “noħorġu minna nfusna biex infaħħru lil Alla, nitilfu l-ħin infaħħruh.”

Hawnhekk il-Papa għamel riferenza għal waħda mill-kritiċi li spiss issir lis-saċerdoti: “Din il-quddiesa li tqaddsu hija twila.” Dażgur, spjega waqt li reġà dar lejn dawk preżenti, “la int ma tfaħħarx lil Alla u ma tafx il-gratuwità tat-telf tal-ħin tfaħhar lil Alla, dażgur li hija twila l-quddiesa! Imma jekk inti tmur għal dan l-atteġġjament tal-ferħ, tat-tifħir lil Alla, dan huwa sabiħ.” Mill-bqija, “l-eternità din se tkun: tfaħħar lil Alla. Imma dan ma jkunx ta’ dwejjaq, ikun tassew sabiħ. Dan il-ferħ jagħmilna ħielsa.”

“U rrid inżid - qal bħala konklużjoni - ħaġa tal-aħħar: hija propju hi, il-Madonna li ġgib il-ferħ. Il-Knisja ssejħilha kawża tal-ferħ tagħna, causa nostrae letitiae, Ġħaliex? Għaliex iġgibilna l-ikbar ferħ tagħna, iġġibilna lil Ġesù. U waqt li ġgib lil Ġesù hija iva tagħġmel li “din it-tarbija taqbeż fil-ġuf ta’ ommha.” Hija ġgib lil Ġesù. Hija bit-talb tagħha tagħmel iva li jidħol fin-nofs l-Ispirtu Santu. Daħal fin-nofs f’dak il-jum ta’ Pentekoste; hi kienet hemm. Hemm bżonn li nitolbu lill-Madonna sabiex waqt li ġġib lil Ġesù tagħtina l-grazzja tal-ferħ, tal-libertà; tagħtina l-grazzja li nfaħħru, li nagħmlu talba ta’ tifħir b’xejn, għaliex hu jistħoqqlu tifħir, dejjem.”

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.