Dak il-melħ li jagħti t-togħma

Il-Ħamis, 23 ta’ Mejju 2013

 

In-nisrani, skond il-metafora evanġelika ta’ Mattew (5, 13-14), huwa msejjaħ biex ikun il-melħ tal-art. Imma jekk ma jittrasmettix it-togħma li l-Mulej irregalalu, isir “melħ insipidu” u jiżviluppa f’ “nisrani tal-mużew”. Dwar dan kellem il-Papa Francesco lil dawk li ħadu sehem fil-quddiesa ċċelebrata dalgħodu, il-Ħamis 23 ta’ Mejju, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae.

Il-vanġelo tal-jum (Marku 9, 41-50) nebbaħ riflessjoni lill-Qdusija Tiegħu dwar karatteristika li tikkaratterizza l-insara: dik jiġifieri li jkunu għad-dinja dak li huwa l-melħ għall-koka u gu kull min jiggosta l-ikel u japprezza t-togħma tal-affarijiet. “Ħaġa tajba huwa l-melħ” fetaħ il-Papa. Ħaġa tajba “li ħoloq il-Mulej,” imma “jekk il-melħ isir insipidu - staqsa - biex se nagħtu t-togħma?”

Nitkellmu dwar il-melħ tal-fidi, tat-tama, u tal-karità. “Il-Mulej jagħtina dan il-melħ,” ippreċiża l-Qdusija Tiegħu li mbagħad espona l-problema ta’ kif se nagħmlu biex ma nħalluhx “isir insipidu.” “X’irridu nagħmlu sabiex il-melħ ma jitlifx il-qawwa tiegħu?” Intant it-togħma tal-melħ nisrani, spjega, titwieled fiċ-ċertezza tal-fidi, tat-tama u tal-karità li toħroġ mill-għarfien “li Ġesù qam mill-mewt għalina” u li salvana. Imma din iċ-ċertezza ma ngħatatilniex sempliċement biex nikkonservawha. Li kieku kien hekk, kienet tispiċċa bħall-melħ ikkonservat ġo flixkun: “ma jagħmel xejn, ma jiswa għal xejn.” Għall-kuntrarju il-melħ - spjega il-Papa - għandu sens meta jingħata biex jagħti t-togħma lill-affarijiet. Naħseb li l-melħ ikkonservat fil-vażett, bl-umdità jitlef qawwietu. U ma jkunx hemm bżonnu. Il-melħ li rċivejn aħna huwa biex nagħtuh; huwa biex nagħtu t-togħma, biex noffruh: inkella “jsir insipidu u ma jkun jiswagħal xejn.”

Imma l-melħ għandu wkoll partikolarità oħra: meta “jintuża tajjeb - ippuntwalizza l-Papa Francesco - wieħed ma jħossx il-gost tal-melħ.” Hekk “it-togħma tal-melħ” ma tibdilx it-togħma tal-affarijiet; anzi “tħoss it-togħma ta’ kull ikla,” li ssir iktar tajba u iktar b’togħma tajba. “u din hija l-oriġinalità nisranija: meta aħna nħabbru l-fidi, b’dan il-melħ,” min jirċeviha “jirċeviha kull wieħed fil-karatteristika tagħha, bħall-ikliet li nieklu.”

Madankollu, ippreċiża l-isqof ta’ Ruma, “l-oriġinalità nisranija mhix xi uniformità. Tieħu lil kull wieħed kif inhu, bil-personalità tiegħu, bil-karatteristiċi tiegħu, bil-kultura tiegħu,” u tħallih hekk kif issibu, “għaliex hija rikkezza; imma tagħtih xi ħaġa iktar, tagħtih it-togħma.” Jekk għall-kuntrarju tfittex l-uniformità, “allura dan ikun ifisser li lkoll kemm aġħna nkunu mmelħin bl-istess mod.” L-istess jiġri kemm-il darba nġibu ruħna “bħal meta il-mara titfà wisq melħ:” inħossu biss il-gost tal-melħ u “mhux il-gost ta’ dak l-ikel bil-melħ.”

L-oriġinalità nisranija tikkonsisti propju f’dan: kull wieħed minna jibqà dak li jkun, bid-doni li l-Mulej ikun tah. “Kull wieħed huwa differenti mill-ieħor;” mela il-melħ nisrani huwa dak li “juri propju il-kwalità ta’ kull wieħed u waħda minna. Dan huwa l-melħ li aħna rridu nagħtu” u mhux nikkonservaw. Jew talinqas mhux li nikkonservawh sakemm jirrovina ruħu.

U “sabiex il-melħ ma jirrovinax ruħu” hemm żewġ metodi li jeħtieġ li nsegwu, “li jridu jmorru flimkien.” Il-Papa spjegahom b’dan il-mod: “L-ewwelnett nagħtuh, għas-servizz tal-ikliet, għas-servizz tal-oħrajn, għas-servizz tal-persuni. Dan jgħodd għall-melħ tal-fidi, tat-tama u tal-karità: Tuh, tuh, tuh!” Il-metodu l-ieħor jimplika it-traxxendenza, jiġifieri t-tensjoni “lejn l-awtur tal-melħ, il-ħallieq, dak li jagħmel il-melħ. Il-melħ ma jikkonservax ruħu biss billi ntuh fil-predikazzjoni. Jinħtieġ ukoll it-traxxendenza l-oħra wkoll, tat-talb, tal-adorazzjoni. U hekk il-melħ jikkonserva ruħu, ma jitlifx it-togħma tiegħu. B-adorazzjoni lill-Mulej, jien nittraxxendi minni nnifsi lejn il-Mulej; u bit-tħabbir evanġeliku jien noħroġ minni nnifsi biex nagħti l-messaġġ.”

Jekk ma nsegwux din it-triq, “biex nagħtu l-melħ - ikkonkluda l-Papa - dan jibqà fil-vażett, u aħna nsiru insara tajbin biss għal ġo mużew” li jistgħu biss juru l-melħ. Imma dan ikun biss “melħ bla togħma, melħ li ma jagħmel xejn.”

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.