Il-Quddiesa tal-Papa membri tal-istaff fis-servizz tal-ġonna u tat-tindif  tal-Vatikan

Il-Ġimgħa, 22 ta’Marzu 2013

 

Meta qalbna tkun tal-Ġebel, jiġri li naqbdu f’idejna ġebel veru u nħaġġru lil Ġesù Kristu fil-persuni ta’ ħutna, speċjalment dawk l-iktar debboli. Għalhekk hemm bżonn li niftħu qalbna għall-imħabba. Dan qalu l-Papa Francesco, waqt li kien qed jikkummenta dwar il-qari tal-jum waqt il-quddiesa ċċelebrata l-Ġimgħa filgħodu, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae.

Ċelebrazzjoni sempliċi, li għaliha l-Papa stieden  lill-membri tal-istaff fis-servizz tal-ġonna u tat-tindif tal-Governat tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, waqt li ħin bla waqt għamel omelija qasira marbuta b’mod partikulari mas-silta tal-vanġelu ta’ Ġwanni li tirrakkonta l-episodju tal-Lhud li riedu jħaġgru lil Ġesù.

 

Miġjub għall-Malti mt-Taljan minn Emanuel Zarb.