Il-fidi ma tinbiegħx

Is-Sibt, 6 ta’ April 2013

 

“Biex insibu l-martri mhemmx bżonn inmorru fil-katakombi jew fil-Kolossew: il-martri huma ħajjin issa, f’tant Pajjiżi. L-insara jinsabu ppersegwitati minħabba l-fidi. F’xi Pajjiżi ma jistgħux iġorru s-salib: jiġu kkastigati jekk jagħmlu dan. Illum, fis-seklu XXI, il-Knisja tagħna hija l-Knisja tal-martri.” Dwar il-kuraġġ li jixhdu l-fidi, li ma tistax tkun innegozjatha u ma tinbiegħx lill-aħjar offerent, il-Papa Francesco imposta l-omelija tal-quddiesa ċċelebrata, fil-għodu tas-Sibt 6 ta’ April, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae. Fost il-konċelebranti l-Kardinal Francesco Monterisi u l-isqof Joseph Kalathiparambil, segretarju tal-Kunsill Pontifiċju tal-Pastorali għall-Migranti u l-Itineranti. Fost il-preżenti, il-madre Laura Biondo, superjura ġenerali tal-Figlie di San Camillo, diversi reliġjużi tal-Figlie di Nostra Signora della Carità u grupp ta’ fidili Arġentini.

Il-Papa Francesco beda l-omelija billi kkummenta permezz ta’ battuta il-pass evanġeliku ta’ San Mark (16, 9-15) fejn jirrakkonta dwar id-dehra ta’ Ġesù lil Marija ta’ Magdala, lid-dixxipli ta’ Emmaws u lill-ħdax-il appostlu: “Meta naqra dan il-Vanġelu, naħseb li forsi San Mark ma tantx kellu simpatija għal Marija Maddalena, għaliex ifakkar li l-Mulej kien keċċa minnha sebà xjaten, le? Kienet kustjoni ta’ simpatija...” Imbagħad ippropona riflessjoni dwar il-fidi: “grazzja” hija “rigal tal-Mulej” li m’għandux jibqà sieket - u hekk jinfirex “mal-popli kollha,” kif tirreċita l-kolletta tal-quddiesa - għaliex “aħna m’aħniex marbutin ma’ fantasija” imma “ma’ realtà li rajna u smajna.” Il-Papa rrefera għas-silta mill-Atti tal-Appostli (4, 13-21) ipproklamata fl-ewwel qari taċ-ċelebrazzjoni. Quddiem l-ordni tal-qassissin il-kbar u tal-fariżej biex ma jitkellmux dwar Ġesù, Pietru u Ġwanni - sostna - “baqgħu f’din il-fidi” waqt li qalu: “Aħna ma nistgħux nisktu dwar dak li rajna u smajna.”

Ix-xhieda tagħhom, żied, “iġġegħlni naħseb dwar il-fidi tagħna. U kif inhi sejra, il-fidi tagħna? Hija qawwija? Jew xi minn daqqiet tinsab f’ilmet il-ward, fidi hekk u hekk? Meta jseħħu d-diffikultajiet, aħna kuraġġużi bħal Pietru jew ftit bierda?” Pietru, saħaq il-Papa Francesco, jgħallimna li “l-fidi mhix negozzjabbli. Dejjem kien hemm fl-istorja tal-poplu ta’ Alla, din it-tentazzjoni: aqtà biċca lill-fidi” anke jekk “mhux wisq.” Imma, “l-fidi - spjega hija hekk, kif ngħiduha fil-Kredu.” Hekk hemm bżonn li nissuperaw “it-tentazzjoni li nkunu ftit ‘kif jagħmel kulħadd,’ ma nkunux daqstant tant riġidi,” għaliex propju “minn hemm tibda t-triq li tispiċċa fl-apostasija.” Infatti “meta nibdew naqtgħu il-fidi, ninnegozjaw il-fidi, ftit biex inbiegħuha lill-aħjar offerent, inkunu nibdew it-triq tal-apostasija, tan-nuqqas ta’ fedeltà lejn il-Mulej.”

Imma propju “l-eżempju ta’ Pietru u Ġwanni jgħinna, jagħtina l-qawwa.” L-istess bħal dak tal-martri fl-istorja tal-Knisja. Huma dawk “li jgħidu ‘ma nistgħux nisktu,’ bħal Pietru u Ġwanni. U dan jagħti qawwa lilna li kultant ikollna l-fidi ftit li xejn dgħajfa. Jagħtina l-qawwa biex nibqgħu mexjin ‘il quddiem fil-ħajja b’din il-fidi li rċivejna, din il-fidi li hija rigal tal-Mulej lill-popli kollha.”

Il-Papa ikkonkluda billi ssuġerixxa talba ta’ kuljum: “Mulej, grazzi bil-kbir tal-fidi. Għassisli l-fidi tiegħi, ġiegħel li tikber. Jalla l-fidi tiegħi tkun qawwija, kuraġġuża. U għinni fil-mumenti li fihom, bħal Pietru u Ġwanni, li nkun irrid nirrendija pubblika. Tini l-kuraġġ.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb