Mit-tgergir għat-tama

L-Erbgħa, 3 ta’April 2013

It-tgergir jagħmel ħażin għall-qalb. Huwa kattiv, u mhux biss dak kontra l-oħrajn “imma wkoll dak kontra tagħna nfusna, meta kollox jidhrilna morr.” B’dawn il-konsiderazzjonijiet fuq il-ħajja ta’ kuljum il-Papa Francesco għamel attwali l-episodju tad-dixxipli ta’ Emmaws - irrakkontat mill-evanġelista Luqa (24, 13-35) - waqt l-omelija ta’ nhar l-Erbgħa, 3 ta’ April waqt il-quddiesa tas-soltu fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, li għaliha dalgħodu attendew id-dippendenti tad-Domus Romana Sacerdotalis.

Il-Papa fil-kumment tiegħu tal-Vanġelu waqaf fuq it-taħwid tad-dixxipli minħabba l-mewt tal-imgħallem sa tali punt li “ħasbu - qal il-Papa - li kien ikun aħjar li jitilqu mill-belt. Imma, msejknin kienu jitkellmu dejjem dwar dan, le? U kienu jgergru. Wieħed jistà jgħid li dan kien ftit jew wisq il-jum tat-tgergir.” Imma dawn id-diskorsi ma kienu jġagħluhom jagħmlu xejn iktar milli jingħalqu fihom infushom. U f’qalbhom kienu jaħsbu: “Kellna tant tama, imma issa falla kollox.” U f’din is-sitwazzjoni, qal il-Papa, “kienu jsajru ħajjithom fil-meraq tat-tgergir tagħhom, u baqgħu sejrin hekk.”  Minn hawn ir-riferiment għalina lkoll. “Jien naħseb - kompla - li bosta drabo, aħna wkoll, meta jseħħu l-affarijiet diffiċli, ukoll meta jżurna s-Salib, mgħaddu minn dan il-perikolu li ningħalqu fit-tgergir.” Bdanakollu, ukoll f’dak il-waqt il-Mulej “jinsab qribna, imma ma nagħrfuhx. Jimxi flimkien magħna, Imma ma nagħrfuhx. Ikellimna wkoll, u aħna ma nisimgħuhx. It-tgergir ikun għalina bħal “sikurezza: din hija l-verità tiegħi, il-falliment. Mhemmx iktar tama.” U b’dawn il-ħsibijiet komplew ukoll jimxu d-dixxipli. U “Ġesù x’għamel? Ħa paċenzja bihom. L-ewwel jismagħhom, imbagħad jispjegalhom bil-mod. U mbagħad, fl-aħħar, jihrilhom.” Ġesù, żied, jagħmel hekk magħna. Ukoll fl-iktar ħinijiet mudlama, hu dejjem magħna, jimxi magħna. U fl-aħhar iħallina naraw il-preżenza tiegħu.” Waqt li reġà lura lejn it-tgergir, li hu kattiv għaliex “jeqirdilna t-tama,2 il-Papa Francesco ħeġġeġ biex ma nidħlux “f’dan il-logħob li mgħixu bit-tgergir” għaliex il-preżenza tal-Mulej saret evidenti “meta qasam il-ħobż” u d-dixxipli setgħu jaraw “il-pjagi,” imbagħad “hu għab.” Hemm bżonn li jkollna tama u fiduċja f’Alla li “jakkumpanjana dejjem fil-mixja tagħna” ukoll fl-iktar sigħat mudlama. “Inkunu sikuri, inkunu sikuri - ikkonkluda - li l-Mulej ma jitlaqna qatt: hu dejjem magħna, anke fil-mumenti diffiċlo. U ma nfittxux kenn fit-tgergir: dan jagħmel ħażin lill-qalb.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb