Animazzjoni – Il-Festa tal-Familja Mqaddsa (Sena A)

Dħul: 

Illum il-Knisja tiċċelebra l-festa tal-Familja Mqaddsa. Ejjew f’din il-liturġija illum nitolbu għal familji kollha tad-dinja, biex il-familja Mqaddsa tgħinhom jgħixu l-vokazzjoni tagħhom b’qdusija. Nagħtu bidu għal dan is-sagriffiċju tal-quddiesa billi nqumu bilwieqfa u nkantaw flimkien.

 

Qari:

Fl-ewwel qari naraw kif Alla jwiegħed bosta ġid ’l min inweġġaħ lil ġenituri tiegħu, fit-tieni qari San Pawl isemmi d-drawwiet qaddisa li għandhom iżejnu l-familji Insara, fl-evanġelu insibu r-rakkont tal-ġrajja tal-ħarba ta’ Ġesù fl-Eġittu. Nisimgħu b’attenzjoni l-Kelma t’Alla.

 

Salm Responsorjali: Hieni kull min jibża’ mill-Mulej!

 

Offertorju:

Inressqu l-offerti tal-ħobz u l-inbid bħala familja waħda, sabiex nieħdu minnhom frott ta’ mħabba u għaqda, filwaqt li inkantaw flimkien.

 

Tqarbin:

Issa se nirċievu lil Ġesù ġo fina, ejjew illum lil Ġesù nitolbuh għal familji kollha, b’mod partikulari dawk li għaddejin minn xi żmien diffiċli, biex il-Mulej jagħtihom dak kollu li jeħtieġu. Nersqu għat-tqarbin, filwaqt li nkantaw flimkien.