SKEMA ĠENERALI GĦALL-EŻAMI TAL-KUXJENZA

1. Nersaq lejn is-Sagrament tal-Penitenza b・xewqa sinċiera għal tisfija ta・ qalbi, għal konverżjoni, għal tiġdid ta・ ħajti u għal ħbiberija ikbar ma・ Alla, jew iktar inqisu bħala toqol, li rarament biss jiena lest/a li nitgħabba bih?

2. Fil-qrara jew qrariet ta・ qabel, insejt xi dnubiet gravi jew ħallejthom barra apposta?

3. Wettaqt it-tewba li tani l-konfessur? Pattejt għan-nuqqasijiet tiegħi? Ippruvajt inqiegħed fil-prattika dak li pproponejt li nagħmel biex intejjeb ħajti skond il-Vanġelu?

Fid-dawl tal-Kelma ta・ Alla, kulħadd jeżamina lilu nnifsu.

I. Il-Mulej jgħid: "Ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha".

1. Qalbi hi tassew miftuħa għal Alla; nista・ ngħid li nħobbu fuq kull ħaġa oħra u bi mħabba ta・ iben jew bint, billi nosserva fedelment il-kmandamenti tiegħu? Inħalli wisq il-ħwejjeġ tad-dinja jiġbduni lejhom? F・għemili nimxi dejjem b・intenzjoni retta?

2. Hi qawwija biżżejjed il-fidi tiegħi f・Alla, li f・Ibnu wriena l-Kelma tiegħu? Inħaddan b・qalbi kollha t-tagħlim tal-Knisja? Għandi għal qalbi l-formazzjoni Nisranija, billi nisma・ l-Kelma ta・ Alla, nieħu sehem fil-katekeżi, u naħrab dak kollu li jista・ jipperikola l-fidi? Stqarrejt dejjem b・kuraġġ u bla biża・ l-fidi tiegħi f・Alla u fil-Knisja? Fittixt li nuri li jien Nisrani/ja fil-ħajja privata u pubblika tiegħi?

3. Nitlob malli nqum u qabel norqod? U t-talb tiegħi qed ikun djalogu veru qalb ma・ qalb ma・ Alla, jew hu biss prattika esterjuri vojta? Naf noffri lil Alla t-tħassib tiegħi, il-ferħ tiegħi u d-dwejjaq tiegħi? Immur għandu b・fiduċja anki fit-tiġrib tiegħi?

4. Għandi qima u mħabba lejn l-isem qaddis ta・ Alla, jew offendejtu bid-dagħa, bil-ġurament falz, billi semmejtu fil-batal? Xi darba bi kliemi ma wrejtx rispett lejn il-Madonna u l-Qaddisin?

5. Qed inqaddes Jum il-Mulej u l-festi tal-Knisja, billi nieħu sehem ħaj, attent u devot fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, u speċjalment fil-Quddies? Evitajt li nagħmel xogħol bla bżonn fil-jiem ta・ festa? Osservajt il-preċett tal-Qrar ta・ l-inqas darba fis-sena u tat-tqarbin fl-Għid?

6. Għandi ・allat oħra・, jiġifieri espressjonijiet jew oġġetti li ninteressa ruħi fihom u li nqiegħed il-fiduċja tiegħi iżjed fihom milli f・Alla, bħal ngħidu aħna: ġid materjali, superstizzjonijiet, spiritiżmu jew forom oħra ta・ maġija?

II. Il-Mulej jgħid: "Ħobbu lil xulxin, kif ħabbejtkom jien".

1. Lill-proxxmu tiegħi nħobbu tassew, jew napprofitta minn ħuti, ninqeda bihom għall-interessi tiegħi u nimxi magħhom b・mod li ma nixtieqx li ħaddieħor juża miegħi? Tajt skandlu bi kliemi jew b・għemili?

2. Fil-familja, nagħti sehmi bis-sabar u bi mħabba vera b・riżq il-ġid u s-serenità ta・ l-oħrajn?

Għal kull wieħed u waħda fil-familja:

Għall-ulied. Obdejt lill-ġenituri tiegħi, irrispettajthom u weġġaħthom? Għinthom fil-ħtiġijiet spiritwali u materjali tagħhom? Għamilt xogħli sew fl-iskola? Irrispettajt l-awtoritajiet? Tajt eżempju tajjeb f・kull sitwazzjoni?

Għall-ġenituri. Ħadt ħsieb neduka lil uliedi fil-ħajja Nisranija? Tajthom eżempju tajjeb? Bl-awtorità tiegħi weżinthom u mexxejthom?

Għall-miżżewġin. Kont dejjem fidil/a fi mħabbti u f・għemili? Urejt li kapaċi nifhem u nagħder f・mumenti ta・ nkwiet?

3. Naf nagħti minn dak li hu tiegħi, bla egoiżmu, lil min hu ifqar minni? F・dak li jiddipendi minni, ngħin lill-maħqurin u niddifendi lil dawk fil-bżonn? Jew nittratta b・arroganza u b・qalb iebsa lill-proxxmu tiegħi, lid-dgħajfa, lill-anzjani, lill-emarġinati, lill-immigranti?

4. Inħossni konxju/a tal-missjoni li ġiet fdata f・idejja? Nieħu sehem fil-ħidmiet ta・ appostolat u ta・ karità fil-Knisja, fl-inizjattivi u fil-ħajja tal-parroċċa? Nitlob u noffri sehmi b・riżq il-ħtiġijiet tal-Knisja u tad-dinja, ngħidu aħna għall-għaqda tal-Knisja, għall-evanġelizzazzjoni tal-ġnus, u għat-twaqqif tal-ġustizzja u tal-paċi?

5. Għandi għal qalbi l-ġid u t-tisdiq tal-komunità umana fejn ngħix, jew naħseb biss fl-interessi personali tiegħi? Nieħu sehem, skond ma nista・, fl-inizjattivi li jippromovu l-ġustizzja, il-moralità pubblika, l-għaqda, l-opri ta・ karità? Inwettaq id-dmirijiet ċivili tiegħi? It-taxxi nħallashom b・mod regolari?

6. Qed inkun ġust/a, impenjat/a, onest/a fuq ix-xogħol, xewqan/a li nagħti s-servizz tiegħi b・riżq il-ġid komuni? Tajt il-ħlas xieraq lill-ħaddiema jew dawk li jaqgħu taħti? Imxejt mal-kuntratti u żammejt il-wegħdiet tiegħi?

7. Imxejt bl-ubbidjenza u r-rispett dovut ma・ l-awtoritajiet leġittimi tiegħi?

8. Jekk għandi xi inkarigu jew tmexxija f・idejja, nara biss x・jaqbel lili jew inħabrek għall-ġid ta・ l-oħrajn, fi spirtu ta・ servizz?

9. Ipprattikajt il-verità u l-fedeltà, jew għamilt ħsara lill-proxxmu tiegħi permezz ta・ gideb, kalunnji, malafami, ġudizzji mhux xierqa, kxif ta・ sigrieti?

10. Ferejt il-ħajja u l-integrità fiżika tal-proxxmu, inqastu mir-rispett u l-ġieħ, għamiltlu ħsara fil-ġid tiegħu? Għamilt l-abort jew tajt parir lil xi ħadd biex jirrikorri għalih? Żammejt sieket/siekta f・sitwazzjonijiet fejn minflok stajt inħeġġeġ għat-tajjeb? Fil-ħajja taż-żwieġ qed nirrispetta t-tagħlim tal-Knisja dwar il-ftuħ għall-ħajja u r-rispett tagħha? Mort kontra l-integrità fiżika tiegħi nnifsi (ngħidu aħna, bl-isterilizzazzjoni)? Kont dejjem fidil/a lejn marti/żewġi mqar bil-ħsieb? Bejjitt f・qalbi spirtu ta・ mibegħda? Iġġelidt jew tlewwimt? Lissint kliem li joffendi jew insulti, jew infaħt spirtu ta・ tilwim u korla? Inqast b・egoiżmu u ħtija li nixhed għall-innoċenza tal-proxxmu? Fis-sewqan jew fl-użu ta・ mezzi oħra ta・ trasport poġġejt fil-periklu l-ħajja tiegħi jew dik ta・ l-oħrajn?

11. Sraqt? Xtaqt inġustament ħwejjeġ ta・ l-oħrajn? Għamilt ħsara lill-proxxmu fil-ġid u l-propjetà tiegħu? Tajt lura dak li sraqt u għamilt tajjeb għall-ħsara li stajt ikkawżajt?

12. Jekk kien hemm min naqasni, urejt li jien lest/a naħfer għall-imħabba ta・ Kristu, jew rawwimt f・qalbi mibegħda u xewqa għal vendetta?

III. Kristu l-Mulej jgħid: "Kunu perfetti bħall-Missier".

1. Liema hu l-orjentament fundamentali ta・ ħajti? Nittama fil-ħajja ta・ dejjem? Nipprova ngħix il-ħajja spiritwali tiegħi bit-talb, il-qari u l-meditazzjoni tal-Kelma ta・ Alla, is-sehem fis-sagramenti? Naf nitrażżan? Jien pront/a u deċiż/a biex nirbaħ il-vizzji, inrażżan il-passjonijiet u l-ġibdiet ħżiena? Ħallejt l-għira tiġri bija, kont meqjus/a fil-kilba żejda għall-ikel? Kont prużuntuż/a u supperv/a; affermajt wisq lili nnifsi hekk li spiċċajt iddisprezzajt lill-oħrajn, tkabbart fuqhom u rajtni aħjar minnhom? Imponejt ir-rieda tiegħi fuq l-oħrajn, ħnaqt il-libertà tagħhom u ma tajtx kas tad-drittijiet tagħhom?

2. Kif użajt il-ħin, is-saħħa, id-doni li Alla tani bħat-・talenti tal-Vanġelu・? Qed ninqeda b・dawn il-mezzi kollha biex ta・ kuljum nikber iżjed fil-perfezzjoni tal-ħajja spiritwali u fis-servizz lejn il-proxxmu? Intlaqt u tgħażżint? Kif qed nuża l-internet u mezzi oħra ta・ komunikazzjoni soċjali?

3. Ġarrabt bis-sabar, fi spirtu ta・ fidi, it-tbatija u l-provi tal-ħajja? Kif fittixt li nipprattika r-rażan u s-sagrifiċċju, biex inwettaq dak li jonqos mill-Passjoni ta・ Kristu? Osservajt il-preċett tas-sawm u l-astinenza?

4. Żammejt ġismi safi u kast, skond l-istat ta・ ħajti, waqt li rajt fih tempju ta・ l-Ispirtu s-Santu, iddestinat għall-qawmien u għall-glorja? Ħadt ħsieb tas-sensi tiegħi u ħrabt milli nħammeġ ruħi u ġismi bi ħsibijiet jew xewqat ħżiena, bi kliem u b・għemil mhux xieraq? Esponejt ruħi għal qari, diskors, spettakli, divertiment li ma jaqblux ma・ l-onestà umana u Nisranija? Bi mġibti kont ta・ skandlu għall-oħrajn?

5. Għamilt xi ħaġa kontra l-kuxjenza tiegħi, għax bżajt jew urejt wiċċ b・ieħor?

6. Dejjem u f・kollox fittixt li nġib ruħi fil-ħelsien veru ta・ wlied Alla u skond il-liġi ta・ l-Ispirtu, jew ħallejt il-passjonijiet tiegħi jmexxuni huma?

7. Inqast milli nagħmel xi ġid li kien possibbli għalija li nagħmel?