Animazzjoni – Solennità tal-Epifanija tal-Mulej (Sena A)

Dħul: 

Illum il-Knisja tiċċelebra s-solennità tal-Epifanija tal-Mulej. Illum Kristu juri lilu nnifsu bħala s-Salvatur tad-dinja kollha. Nagħtu bidu għal dan is-sagriffiċju tal-quddiesa billi nqumu bilwieqfa u nkantaw flimkien.

 

Qari:

Fl-ewwel qari l-profeta Isaija jurina kif is-sebħ tal-Mulej se jiddi fuq Ġerusalemm, fit-tieni qari San Pawl jgħidilna kif issa ġie rrivelat li l-pagani huma msejħa biex huma wkoll ikollhom sehem mill-istess wegħda ta’ salvazzjoni, fl-evanġelu illum nisimgħu l-ġrajja tal-adorazzjoni ta’ Ġesù mill-Maġi. Nisimgħu b’attenzjoni l-Kelma t’Alla.

 

Salm Responsorjali: Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima, Mulej.

 

Offertorju:

Illum mal-Maġi inressqu l-offerti tagħna tal-ħobz u l-inbid, fejn se isiru għalina Kristu fostna fl-Ewkaristija, filwaqt li inkantaw flimkien.

 

Tqarbin:

Bħal Maġi nagħtu l-qima tagħna lil Ġesù, li issa se jiġi jgħammar ġo fina, filwaqt li nkantaw flimkien.