Minn Attriċi f'Hollywood għall-Soru f'Monasteru

F’Hollywood kienet meqjusa Grace Kelly oħra.  F’ħames snin kellha sehem f’għaxar films. Ħadmet ma’ Stephen Boyd, Montgomery Clift, George Hamilton u Robert Wagner.  Imma forsi l-film li fih saret l-aktar magħrufa kien Loving You, dak li hi ħadmet ma’ Elvis Presley innifsu.  Illum jafuha bħala Mother Dolores Hart, soru Benedittina fil-Monasteru ta’ Betlehem li hemm Connecticut fl-Istati Uniti.  F’din l-intervista minn EWTN, Mother Dolores Hart titkellem dwar kif fil-quċċata tal-karriera tagħha ta' attriċi fiċ-ċinema hija l-ewwel saret Kattolika u wara wieġbet għas-sejħa tal-Mulej biex tissieħeb fil-ħajja monastika.