|

L-ARĊISQOF TA’ MALTA
MONSINJUR PAWLU CREMONA OP
Monsinjur
Pawlu Cremona O.P., S.Th.D., twieled il-belt Valletta nhar
il-25 ta’ Jannar 1946 minn Joseph u Josephine nee Cauchi. Ħa
l-Edukazzjoni Primarja tiegħu fl-iskola tal-Montessuori fil-belt
Valletta stess, imbagħad l-Edukazzjoni Sekondarja fil-Liceo,
il-Ħamrun.
Daħal fl-Ordni
Dumnikan f’Settembru tal-1962 u għamel il-Professjoni fl-istess
Ordni nhar id-29 ta’ Settembru 1963. Studja l-Filosofija u
t-Teoloġija fil-Kulleġġ ta’ San Tumas ta’ Akwinu fil-kunvent
tad-Dumnikani tar-Rabat u ġie ordnat saċerdot nhar it-22 ta’
Marzu 1969.
Wara l-Ordinazzjoni
Saċerdotali ntbagħat jistudja t-Teoloġija Morali fl-Universita’
Pontifiċa ta’ San Tumas ta’ Akwinu f’Ruma (Angelicum) minn
fejn kiseb id-Dottorat fl-1973 bit-Teżi "The Concept
of Peace in Pope John XXIII".
Bejn
l-1974 u l-1980 hu kien Pirjol fil-Kunvent ta’ Sidtna Marija
tal-Għr fir-Rabat. Reġa’ kien Pirjol fl-istess kunvent bejn
l-1997 u l-2003. Fl-1981 intgħażel bħala Provinċjal
tal-Provinċja Dumnikana Maltija. Hu serva f’dan l-uffiċċju
għal żewġ perijodi ta’ erba’ snin. Mat-tmiem tal-ħidma
tiegħu bhala Provinċjal hu ntbagħat bħala Kappillan
tal-Parroċċa ta’ Sidtna Marija tar-Rużarju ta’ Fatima,
Gwardamangia. Bejn l-1993 u l-1997 kien responsabbli mill-Formazzjoni
tan-Novizzi u l-Istudenti dumnikani fir-Rabat - uffiċċju li
reġa’ kellu għal żmien ieħor qasir bejn l-2004 u l-2005.
Fl-2005, huwa inħatar Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ġesù
Nazzarenu, f’Tas-Sliema.
Matul il-ħajja saċerdotali tiegħu, Monsinjur Cremona qeda f’diversi
uffiċċji oħrajn ta' l-Arċidjoċesi, fosthom Delegat ta’ l-Arċisqof
għall-Ħajja Konsagrata, Assistent Direttur Spiritwali fis-Seminarju
tal-Virtù, ir-Rabat, membru fil-Kunsill Presbiterali, kif
ukoll kien President tal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi
Maltin.
|
IL-KELMA TAL-ARĊISQOF
PAWLU CREMONA OP
q
q
L-Eżilju.
Ittra Pastorali għar-Randan
2012, 18 Frar 2012. (Għat-Tfal)
q
The Exile,
Pastoral Letter for Lent
2012, 18 February 2012. (In English)
q
L-Eżilju.
Ittra Pastorali għar-Randan 2012, 18 Frar 2012.
(Bil-Malti)
q
Il-Kuragg li Niġġeddu, Ittra
Pastorali għall-Avvent 2011, 26 Novembru 2011.
q
Messaġġ
tal-Isqfijiet wara r-Referendum dwar id-Divorzju,
28
ta’ Mejju 2011.
q
Għażla
favur
Żwieġ
Dejjiemi,
Pastorali tal-Isqfiiet Maltin qabel
ir-Referendum dwar id-Divorzju, 21 ta' Mejju 2011.
q
L-Impenn
u l-imġieba fir-rigward taż-żwieġ u l-familja,
Nota Duttrinali u
Pastorali tal-Isqfijiet Maltin lis-Saċerdoti,
24 Marzu 2011.
q
Il-Presepju fil-Familji Tagħna,
Ittra Pastorali għall-Avvent
2010, Novembru 2010.
q
Il-bniedem
għadu iċ-ċentru taċ-ċivilta’ jew forzi u
kunsiderazzjonijiet oħrajn ħadulu
postu?
Messaġġ
f'Jum l-Indipendenza, 21 Settembru 2010.
q
L-Evanġeliżazzjoni Ġdida,
Diskorsi ta’ Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona OP waqt
l-Assemblea Djoċesana, 17 u 18 ta’ Settembru 2010.
(MP3)
q
Nota Pastorali fuq iż-Żwieġ u
l-Familja,
flimkien ukoll mal-Isqof ta’ Għawdex
Mgr Mario Grech, 28 Awwissu 2010.
q
Is-Salib Sinjal ta’ Tama,
Messaġg mill-Konferenza
Episkopali, 19 Ġunju 2010.
q
Indirizz lill-Papa Benedittu XVI.
Ċelebrazzjoni ewkaristika,
Fosos tal-Floriana, 18 April 2010.
q
Indirizz lill-Papa Benedittu XVI,
Grotta ta’ San Pawl, Rabat,
Malta, 17 April 2010.
q
Għand min immorru?
Ittra Pastorali għar-Randan
2010, 12 Frar 2010.
q
Ferħ il-Milied manipulat
għall-qliegħ, Messaġġ
tal-Milied lill-Missjunarji, 24 Diċembru 2009.
q
Il-Milied għajn ta’ ferħ
għall-popli,
Messaġġ tal-Milied lill-Emigranti, 24
Diċembru 2009.
q
Il-Presepju bħala
Vetrina, Messaġġ
tal-Milied 2009, 24 Diċembru 2009.
q
Sejħulhom Kristjani,
Ittra Pastorali tal-Isqfijiet għall-Avvent 2009, 28
Novembru 2009. ...ð
q
Il-Logħob tal-Ażżard,
Stqarrija mill-Konferenza Episkopali Maltija, 24 Ottubru
2009. ...ð
q
Il-verità għandha tkun il-qafas
tas-soċjetà tagħna,
Omelija fil-pontifikal tal-Vitorja, 8 Settembru 2009.
...ð
q
Il-Libertà Vera,
Diskors waqt il-Pontifikal ta’ Jum l-Indipendenza, 21
Settembru 2009. ...ð
q
Il-Verità għandha tkun il-Qafas
tas-Soċjetà Tagħna,
Diskors waqt il-Pontifikal ta’ Jum il-Vitorja, 8 Settembru
2009. ...ð
q
X’Jagħmel Lajk Komplit? Diskors għal Jum
il-Lajċi, 13 ta’ Frar 2009. ...ð
q
Il-Knisja skond il-Qalb ta’ Ġesù, Diskors waqt
il-Quddiesa ta’ l-Ordinazzjoni Episkopali Tiegħu. 26 Jannar
2007. ...ð
Ara wkoll
diskorsi u kitbiet tal-Isqof Mario Grech ...>
|