L-Uffiċċju ċ-Ċkejken tal-Imbierka Verġni Marija

 

INDIĊI GĦALL-UFFIĊĊJU Ċ-ĊKEJKEN TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

 

 

UFFIĊĊJU 0. DOKUMENT SĦIĦ – L-UFFIĊĊJU Ċ-ĊKEJKEN TAL-IMBIERKA VERĠNI MARIJA

Uffiċċju 0.1 Indiċi

Uffiċċju 0.2 Introduzzjoni għall-Uffiċċju ta’ Marija

Uffiċċju 0.3 Introduzzjoni Ġenerali għall-uffiċċju ta’ Marija

Uffiċċju 1. Il-Ħadd

Uffiċċju 1.1 It-Tnejn

Uffiċċju 1.2 It-Tlieta

Uffiċċju 1.3 L-Erbgħa

Uffiċċju 1.4 Il-Ħamis

Uffiċċju 1.5 Il-Ġimgħa

Uffiċċju 1.6 Is-Sibt

Uffiċċju 2. Uffiċċju tal-Qari

Uffiċċju 3. Talb ta’ nofs il-Jum

Uffiċċju 3.1 Salmodija Komplementari

Uffiċċju 4. Kompjeta – Is-Sibt

Uffiċċju 4.1 Kompjeta – Il-Ħadd

Uffiċċju 4.2 Kompjeta – It-Tnejn

Uffiċċju 4.3 Kompjeta – It-Tlieta

Uffiċċju 4.4 Kompjeta – L-Erbgħa

Uffiċċju 4.5 Kompjeta – Il-Ħamis

Uffiċċju 4.6 Kompjeta – Il-Ġimgħa

Uffiċċju 4.7 Talb ta’ Għeluq il-Jum Dokument Sħiħ

Uffiċċju 5. Is-Salmi tal-1 Ġimgħa tas-Salterju

Uffiċċju 6. Komun tal-Madonna

Uffiċċju 6.1 Tifkira ta’ Marija f’Jum is-Sibt

Uffiċċju 7. L-1 ta’ Jannar – Omm Alla

Uffiċċju 7.1 It-2 ta’ Frar – Il-Preżentazzjoni ta’ Ġesu’

Uffiċċju 7.2 Il-11 ta’ Frar – Il-Verġni ta’ Lourdes

Uffiċċju 7.3 Il-25 ta’ Marzu – It-Tħabbira tal-Mulej

Uffiċċju 7.4 Il-31 ta’ Mejju – Iż-Żjara ta’Marija

Uffiċċju 7.5 Is-16 ta’Lulju – Il-Verġni tal-Karmnu

Uffiċċju 7.6 Il-15 ta’ Awwissu – Marija mtellgħa s-Sema

Uffiċċju 7.7 It-22 ta’ Awwissu – Marija Reġina

Uffiċċju 7.8 It-8 ta’ Settembru – It-Twelid ta’ Marija

Uffiċċju 7.9 Il-15 ta’ Settembru – Marija tad-Duluri

Uffiċċju 8. Is-7 ta’ Ottubru –Marija tar-Rużarju

Uffiċċju 8.1 Il-21 ta’ Novembru – Il-Preżentazzjoni ta’Marija

Uffiċċju 8.2 It-8 ta’ Diċembru – It-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija

Uffiċċju 8.3 Il-Qalb bla Tebgħa ta’Marija

Uffiċċju 9. Antifoni ta’ Marija

Uffiċċju 9.1 Ringrazzjament Għall-‘Iva’ ta’ Marija

Uffiċċju 9.2 Talb lil Marija


 

INTRODUZZJONI GĦALL-UFFIĊĊJU Ċ-ĊKEJKEN

TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

 

It-temi għal kull ġurnata tat-talb ta’ filgħodu u filgħaxija huma:

            Il-Ħadd – Omm il-Knisja

            It-Tnejn – Immakulata Kunċizzjoni

            It-Tlieta – Annunzjazjoni

            L-Erbgħa – Viżitazzjoni

            Il-Ħamis – Twelid ta’ Ġesu’

            Il-Ġimgħa – Id-Duluri tal-Omm

            Is-Sibt – Assunzjoni

 

L-Uffiċċju ċ-Ċkejken għandu dawn is-siegħat:

            Uffiċċju tal-Qari (Matuti)

            Talba ta’ Filgħodu (Lawdi)

            Talb ta’ Nofs il-Jum (Terza, Sesta, Nona)

            Talba ta’ Filgħaxija (Għasar)

            Talba ta’ Għeluq il-Jum (Kompjeta)

 

 

Uffiċċju tal-Qari

 

L-Uffiċċju tal-Qari jipprovdi meditazzjoni sinjura fuq l-iskrittura mqaddsa u fuq il-kitba li tispikka ta’ awturi spiritwali. L-uffiċċju jiftaħ b’innu.

 

L-uffiċċju għandu tlett salmi. Qari bibbliku jsegwi umbagħad qari li mhux bibbliku li kważi dejjem meħud mis-Santi Padri jew xi kittieba oħra tal-Knisja. L-uffiċċju jagħlaq b’talba jew bil-Kant ta’ Tifħir (Te Deum) u talba. Nhar ta’ Ħadd minbarra r-Randan, fil-ġranet tal-ottava tal-Għid u l-Milied, fis-solennitajiet u l-festi, wara t-tieni qari, jingħad it-Te Deum; fiż-żmienijiet l-oħra jinqabeż.

 

L-Uffiċċju tal-Qari jista’ jiġi ċċelebrat f’kull żmien matul il-ġurnata u l-lejl.

 

 

Talba ta’ Filgħodu

 

It-Talba ta’ Filgħodu u t-Talba ta’ Filgħaxija huma kkunsidrati ż-żewġ pivots magħqudin flimkien li fuqhom l-uffiċċju kollu huwa jdur. 

 

It-Talba ta’ Filgħodu hi rranġata bħala dik li tqaddes l-għodwa. Peress li din is-Siegħa it-talba tingħad ma s-sbiħ ta’ kull jum, tfakkarna fil-qawmien mill-mewt ta’ Ġesu’ Kristu, id-dawl veru li jdawwal lil kull bniedem.

 

Dan l-uffiċċju jibda bil-vers ta’ introduzzjoni “O Alla, ejja eħlisni. Mulej, fittex għinni,” segwita mill-Glorja. Wara, jingħad innu addattat.

 

Wara l-innu nsibu s-salmodija, salm addattat għal filgħodu, umbagħad kantiku mill-Antik Testment, u salm ieħor ta’ tifħir.

 

Wara s-salmodija hemm qari mill-Iskrittura. Qari mis-Santi Padri jew xi kittieba oħra tal-Knisja jistgħu jiġu miżjuda.

 

Biex inwieġbu għall-kelma ta’ Alla, hemm vers responsorju li jista’ jitħalla barra jekk ikun hemm bżonn jew minfloku jingħad responsorju ta’ tip ieħor.

 

Wara l-kantiku tal-vanġelu (il-kantiku ta’ Zakkarija), li jesprimi tifħir u ringrazzjament għas-salvazzjoni, hemm talb biex jikkonsagra l-jum u l-ħidma tiegħu lill-Mulej. Dan it-talb jista’ jinqara minn persuna waħda filwaqt li l-komunita’ twieġeb bl-invokazzjoni, jew persuna waħda tista’ tgħid l-ewwel parti, u l-komunita’ twieġeb għat-tieni parti li hi ndikata b’dash (–). Responsorju alternattiv huwa wkoll ipprovdut. Fl-aħħar tat-talb għandu jkun hemm ħin għal talb u silenzju personali. Umbagħad il-Missierna tingħad minn kullħadd. It-talba ta’ filgħodu ssegwi immedjatament wara.

 

Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq bil-“Il-Mulej iberikna, eċċ.”

 

 

Talb ta’ Nofs il-Jum

 

It-Talb ta’ Nofs il-Jum tiftaħ bil-vers “O Alla, ejja eħlisni,” u l-Glorja. Wara, s-salmodija, umbagħad qari bibbliku u qari mis-Santi Padri jew xi kittieba oħra tal-Knisja, segwiti minn vers. Is-Siegħa tagħlaq bit-talba u bl-akklamazzjoni ta’ tifħir.

 

 

Talba ta’ Filgħaxija

 

It-Talba ta’ Filgħaxija hija ċċelebrata filgħaxija biex “inroddu ħajr għal dak li ingħatalna, jew li għamilna f’dak il-jum” (San Bażilju l-Kbir).

 

It-Talba ta’ Filgħaxija tibda bil-vers ta’ introduzzjoni “O Alla, ejja eħlisni. Mulej, fittex għenni,” segwita mill-Glorja. Wara, jingħad innu addattat.

 

Wara l-innu nsibu s-salmodija, żewġ salmi addattati għal filgħaxija u kantiku mill-Ġdid Testment.

 

Wara s-salmodija hemm qari mill-Iskrittura. Qari mis-Santi Padri jew xi kittieba oħra tal-Knisja jistgħu jiġu miżjuda.

 

Biex inwieġbu għall-kelma ta’ Alla, hemm vers responsorju li jista’ jitħalla barra jekk ikun hemm bżonn jew minfloku jingħad responsorju ta’ tip ieħor.

 

Wara l-kantiku tal-vanġelu (il-kantiku ta’ Marija), li jesprimi tifħir u ringrazzjament għas-salvazzjoni, hemm talb ta’ interċessjoni. Dan it-talb jista’ jinqara minn persuna waħda filwaqt li l-komunita’ twieġeb bl-invokazzjoni, jew persuna waħda tista’ tgħid l-ewwel parti, u l-komunita’ twieġeb għat-tieni parti li hi indikata b’dash (–). Fl-aħħar tat-talb għandu jkun hemm ħin għal talb u silenzju personali. Umbagħad il-Missierna tingħad minn kullħadd. It-talba ta’ filgħaxija ssegwi.

 

Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq bil-“Il-Mulej iberikna, jħarisna...” li hi l-barka tas-saċerdot Aron fil-Ktieb tan-Numri (6:24-26)–invokazzjoni addattata biex biha tagħlaq il-jum.

 

 

Talba ta’ Għeluq il-Jum

 

It-Talba ta’ Għeluq il-Jum hi l-aħħar talba li tingħad qabel l-irtirar.

 

It-Talba ta’ Għeluq il-Jum tibda bil-vers ta’ introduzzjoni “O Alla, ejja eħlisni,” segwita mill-Glorja. Din segwita mill-eżami tal-kuxjenza. Tista’ tingħad talba ta’ reparazzjoni.

 

Wara, jingħad innu addattat. Is-salm użat jesprimi l-konċett ta fiduċja f’Alla.

 

Wara s-salmodija, hemm qari mill-Iskrittura. Qari mis-Santi Padri jew xi kittieba oħra tal-Knisja jistgħu jiġu miżjuda.

 

Biex inwieġbu għall-kelma ta’ Alla, hemm vers responsorju li jista’ jitħalla barra jekk ikun hemm bżonn jew minfloku jingħad responsorju ta’ tip ieħor.

 

Wara jiġi l-kantiku tal-vanġelu (il-kantiku ta’ Xmun), li hu l-punt prinċipali tas-Siegħa kollha.

 

It-talba ta’ konklużżjoni ssegwi u mbaghad il-barka “Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb. Amen.”

 

Fl-aħħar, hemm waħda mill-antifoni tal-Imbierka Verġni Marija.

 

NOTA

Is-Salmodija kollha tagħlaq hekk:

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

 

 


 

 

INTRODUZZJONI INĠENERALI GĦALL-UFFIĊĊJU Ċ-ĊKEJKEN

TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

 

It-Tħejjija għall-Uffiċċju divin

 

Iftaħli fommi, Mulej, biex inbierek l-isem qaddis tiegħek, saffili qalbi minn kull ħsieb fieragħ u ħażin, dawwalni u ħeġġiġni biex ngħid l-uffiċċju b’mod xieraq, attenzjoni sħiħa u devozzjoni perfetta biex, fil-kobor bla qies tas-setgħa tiegħek, jogħġbok tisma’ din it-talba tiegħi.  Bi Kristu Sidna.  Ammen

 

 

Is-Sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla ssir fil-bidu tal-kors kollu tat-talb tal-ġurnata, jiġifieri, jew qabel l-Uffiċċju tal-qari, jew qabel it-Tifħir ta’ sbiħ il-jum, skont liema Siegħa minnhom tingħad l-ewwel fl-azzjoni liturġika.

 

V.   Mulej, iftaħli xofftejja.

R.   U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Imbagħad  jingħad is-salm 94, bl-antifona tiegħu, b’mod responsorjali.  L-antifona tingħad qabel is-salm u tiġi mtennija minnufih, u terġa’ tingħad wara kull strofa tas-salm.

Meta l-Uffiċċju jingħad minn wieħed waħdu, l-antifona tista’ tingħad darba biss, bil-bidu tas-salm, u ma jkunx meħtieġ li tiġi mtennija wara kull strofa.

 

Fl-Uffiċċju tal-Ħadd u tal-ferji fiż-żminijiet tal-Avvent, tal-Milied, tar-Randan u tal-Għid, l-antifona tittieħed mill-Propju taż-żmien.

 

Fil-Ħdud u l-ferji ta’ matul is-sena, l-antifona, tittieħed mis-Salterju.

 

Fis-solennitajiet u l-festi tittieħed mill-Propju jew, jekk ma jkunx hemm waħda propja, mill-Komun.

 

Fit-tifkiriet tal-Qaddisin, jekk ma jkunx hemm waħda propja, tista’ tittieħed jew mill-Komun jew mill-ferja.

 

Salm 94

Sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

            Tingħad l-antifona u tiġi mtennija.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.    Ant.

Għax Alla kbir hu l-Mulej,
*
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet tal-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.    Ant.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
       u n-nagħaġ tiegħu.    Ant.

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.   
Ant.

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”    Ant.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
*
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.   Ant.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

Salm 99

 

Għajtu bil-ferħ lill-Mulej, *

            nies kollha tal-art,

aqdu bil-ferħ lill-Mulej, *

            idħlu quddiemu b’għana ferrieħi.   Ant.

Kunu afu li Jaħweh hu Alla: †

            hu ħalaqna, u aħna tiegħu, *

            aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu.   Ant.

Idħlu b’għana ta’ ħajr mill-bibien tiegħu, †

            bit-tifħir fil-btieħi tat-tempju tiegħu; *

            roddulu ħajr u bierku ismu!

Għax twajjeb il-Mulej, †

            Għal dejjem it-tjieba tiegħu; *

            Minn żmien għal żmien il-fedelta’ tiegħu.   Ant.

 

Glorja. Kif kien mill-bidu.   Ant.

 

Salm 66

 

Iħenn għalina Alla, u jberikna; *

            idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu!

Biex jingħarfu fuq l-art triqatek, *

            fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek.   Ant.

 

Ifaħħruk il-popli, o Alla, *

            ifaħħruk il-popli kollha.

Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ, †

            għax trieġi l-popli bis-sewwa, *

            u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom.   Ant.

 

Ifaħħruk il-popli, o Alla, *

            ifaħħruk il-popli kollha; 

L-art tat il-frott tagħha; *

            iberikna Alla, Alla tagħna!

Iberikna Alla, u tibża’ minnu *

            l-art kollha, minn tarf għall-ieħor!   Ant.

 

Glorja. Kif kien mill-bidu.   Ant.

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.   Ant.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, †

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakobb.   Ant.

 

Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.   Ant.

 

Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti: dan hu s-Sultan tal-glorja!   Ant.

 

Glorja. Kif kien mill-bidu.   Ant.

 

 

 

 


 

 

L-uffiċċju tal-qari

 

V.   O Alla, ejja eħlisni.

R.   Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.  Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.  Hallelujah.

           

Fi żmien ir-Randan – Hallelujah ma tingħadx.

Il-V. tal-bidu u l-Glorja jitħallew barra jekk minnufih qabilhom issir is-Sejħa għat-tifħir ‘l Alla.

 

INNU

 

Imbagħad jingħad l-innu li jmiss.

 

Fil-Ħdud u l-ferji ta’ matul is-sena, l-innu jinsab fis-Salterju; mill-bqija dejjem fil-Propju taż-żmien.

 

Fis-solennitajiet u l-festi jittieħed mill-Propju jew, jekk ma jkollhomx wieħed propju, mill-Komun.

 

Fit-tifkiriet tal-Qaddisin, jekk ma jkunx hemm wieħed propju, jista’ jittieħed jew mill-Komun jew mill-ferja.

 

SALMODIJA

 

Wara l-innu tiġi s-salmodija, jiġifieri tliet salmi jew tqasimiet ta’ salmi, bl-antifoni li jmiss għalihom.

 

Is-salmi bl-antifoni tagħhom jittieħdu mis-Salterju, sakemm fl-Uffiċċju tal-ġurnata ma jkunx hemm il-propju jew ma jkunu hemm rubrika partikolari li tgħid minn fejn għandhom jittieħdu.

 

VERSETT

 

Qabel il-lezzjonijiet jingħad versett, li bih it-talb jaqleb mis-salmodija għas-smigħ tal-kelma ta’ Alla.

 

Fil-Ħdud u l-ferji taż-żminijiet propji, il-versett jittieħed mill-Propju; fiż-żmien ta’ matul is-sena jittieħed mis-Salterju.

 

Fis-solennitajiet u l-festi jittieħed mill-Propju jew, jekk ma jkunx hemm, mill-Komun.

 

Fit-tifkiriet tal-Qaddisin li jsiru fiż-żmien ta’ matul is-sena jittieħed mis-Salterju.

 

LEZZJONIJIET

 

Lezzjonijiet hemm tnejn.  L-ewwel waħda hija biblika, bir-responsorju tagħha, skont l-Uffiċċju; din tittieħed mill-Propju taż-żmien; imma fis-solennitajiet u l-festi, jekk ma jkollhomx waħda propja, tittieħed mill-Komun.

 

It-tieni lezzjoni hija aġjografika fiċ-ċelebrazzjonijiet kollha tal-Qaddisin.  Fl-Uffiċċji l-oħra hija silta minn opra tal-Missirijiet jew Kittieba tal-Knisja.  Warajha jingħad ir-responsorju li jmiss.

           

INNU LILEK, O ALLA, INFAĦĦRU

 

Fil-Ħdud kollha barra r-Randan, fil-ġranet fost l-ottava tal-Milied u tal-Għid, u fis-solennitajiet u l-festi, wara r-responsorju tat-tieni lezzjoni jingħad l-innu li ġej:

 

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta
' dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha,

lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini
*
            ixandruk bla heda:

Qaddis,
* Qaddis, * Qaddis *
            il-Mulej Alla tal-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija
*
            bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar
*
            il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar
*
            il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru * 

il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha
* il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta
' kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu,
* id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.  
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem,
*
            ma stmerrejtx tinżel f'ġuf ta' Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
*
            u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta
' Alla, *
            fis-sebħ tal-Missier.

 


Ahna nemmnu * 

li int għad terġa' tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
*
            li inti fdejt b'demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek
*
            fil-glorja ta' dejjem.

 

(+) Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
            bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom,
*
            erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-iehor
* aħna nberkuk:
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
  

u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum
*
            inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej,
* ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek,
*
            kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn:
*
            ma jkolli qatt għax ninfixel.

 

(+) Din l-aħħar taqsima tal-innu tista’ titħalla barra.

 

IT-TALBA TAL-GĦELUQ

 

Wara dan l-innu jew, jekk l-innu ma jingħadx, wara t-tieni responsorju, tingħad it-talba tal-għeluq, li tittieħed jew mill-Propju taż-żmien inkella mill-Propju jew Komun tal-Qaddisin, skont l-Uffiċċju.

           

Qabel it-talba jingħad Nitolbu, u tagħlaq kif jitlob it-test, jiġifieri:

 

Jekk it-talba ssir lill-Missier:

B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.

 

Jekk issir lill-Missier, iżda fl-aħħar jissemma l-Iben:

(Hu,) li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.

 

Jekk issir lill-Iben:

Int li int Alla, u tgħix u jsaltan flimkien ma’ Alla l-Missier flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. 

           

Bħala tweġiba jingħad:

Ammen.

 

Imbagħad, għallinqas fiċ-ċelebrazzjoni komunitarja, jingħad:

Inbieku l-Mulej.

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

Jekk l-Uffiċċju tal-qari jsir minnufih qabel Siegħa oħra, l-innu ta’ din l-istess Siegħa oħra jista’ jintuża qabel is-salmodija tal-Uffiċċju minflok dak li ordinarjament ikun imiss; imbagħad, minnufih wara l-innu Lilek, o Alla, infaħħru jew, jekk dan ma jingħadx, wara t-tieni responsorju, tibda s-salmodija tas-Siegħa li se tingħad.

 

 


 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V.   O Alla, ejja eħlisni.

R.   Mulej, fittex għinni.

Glorja.  Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

           

Fi żmien ir-Randan l-Hallelujah ma tingħadx.

Il-V. tal-bidu u l-Glorja jitħallew barra jekk minnufih qabilhom issir is-Sejħa għat-tifħir ‘l Alla.

 

INNU

 

Imbagħad jingħad l-innu li jmiss.

Fil-Ħdud u l-ferji ta’ matul is-sena, l-innu jinsab fis-Salterju; mill-bqija dejjem fil-Propju taż-żmien.

           

Fis-solennitajiet u l-festi jittieħed mill-Propju jew, jekk ma jkollhomx wieħed propju, mill-Komun.

           

Fit-tifkiriet tal-Qaddisin, jekk ma jkunx hemm wieħed propju, jista’ jittieħed jew mill-Komun jew mill-ferja.

 

 

SALMODIJA

 

Wara l-innu tiġi s-salmodija, jiġifieri salm ta’ filgħodu, kantiku mit-Testment il-Qadim, u sal ieħor ta’ tifħir, li jingħadu bl-antifoni li jmiss.

 

Fil-Propju taż-żmien, jekk ma jkunx hemm imniżżel xort’oħra, is-salmi u l-kantiku jittieħdu mill-ġurnata li tmiss fis-Salterju; hekk ukoll l-antifoni.

           

Fis-solennitajiet u l-festi jittieħed mill-Ħadd tal-I ġimgħa tas-Salterju; l-antifoni, jekk ma jkunux propji, jittieħdu mill-Komun.

           

Fit-tifkiriet tal-Qaddisin, jekk ma jkunx hemm imniżżel xort’oħra, is-salmi u l-kantiku kif ukoll l-antifoni jittieħdu mill-ferja li tmiss.

 

LEZZJONI QASIRA

 

Fil-Ħdud u l-ferji ta’ matul is-sena, il-lezzjoni qasira qiegħda fis-Salterju stess; fil-ġranet l-oħra tinsab fil-Propju taż-żmien.

           

Fis-solennitajiet u l-festi tittieħed mill-Propju jew, mill-Komun jekk ma jkunx hemm waħda propja.

           

Fit-tifkiriet tal-Qaddisin, jekk ma jkunx hemm wieħed propju, jista’ tittieħed jew mill-Komun jew mill-ferja.

 

LEZZJONI ITWAL

 

Min irid, l-iżjed fiċ-ċelebrazzjoni mal-poplu, jista’ jagħżel lezzjoni itwal, skont in-n. 46 tal-Ordni Ġenerali.

           

Fiċ-ċelebrazzjoni mal-poplu tista’ tiżdied ukoll omilija qasira biex wieħed ifisser il-lezzjoni li tkun inqrat.

 

TWEĠIBA GĦALL-KELMA T’ALLA

 

Wara l-lezzjoni jew omiliji, jista’ jinżamm is-skiet għal xi ħin.

           

Imbagħad hemm kant responsorjali, jew responsorju qasir, li jinsab fl-istess post fejn tkun il-lezzjoni qasira.

           

Minflok dan il-kant jew responsorju jista’ jsir kant ieħor tal-istess xeħta u skop, sakemm ikun approvat għalhekk u kif imiss mill-Konferenza Episkopali.

 

KANTIKU EVANĠELIKU ta’ Żakkarija

 

Imbagħad jingħad il-kantiku evanġeliku li ġej, bl-antifona li tmiss.

 

Fil-ferji ta’ matul is-sena, l-antifona qiegħda fis-Salterju; f’kull Uffiċċju ieħor taż-żmien qiegħda fil-Propju.

 

Fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Qaddisin, jekk ma jkunx hemm waħda propja, tittieħed mill-Komun; imma fit-tifkiriet li jaħbtu fiż-żminijiet tal-Avvent, tal-Milied, tar-Randan u tal-Għid, jekk ma jkunx hemm antifona propja, tista’ tittieħed jew mill-Komun jew mill-ferja.

 

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, *

u lill-Ispirtu s-Santu,

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Ordinarjament terġa’ tingħad l-antifona.

 

PREĊI GĦALL-KONSAGRAZZJONI TAL-JUM U X-XOGĦOL LILL-MULEJ

 

Wara l-kantiku jsiru l-preċi.

           

Fil-Ħdud u l-ferja ta’ matul is-sena, il-preċi qedgħdin fis-Salterju; f’kull Uffiċċju ieħor taż-żmien qedgħdin fil-Propju.

           

Fis-solennitajiet u l-festi, jekk ma jkollhomx preċi propja, jittieħed mill-Komun.

Fit-tifkiriet li ma jkollhomx il-propji, jistgħu jittieħdu jew mill-Komun jew mill-ferja.

 

Wara l-preċi tingħad il-Missierna minn kulħadd flmkien; imma, skont iċ-ċirkustanza, qabilha tista’ ssir introduzzjoni bħala stedina qasira għat-talba, l-aktar fiċ-ċelebrazzjoni komunitarja (ara Żjieda II).

 

Missierna, li inti fis-smewwiet:

jitqaddes ismek;

tigi saltnatek;

ikun dak li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum;

aħfrilna dnubietna,

bhal ma naħfru lil min hu ħati għalina,

u la ddaħħalniex fit-tiġrib;

iżda eħlisna mid-deni.

 

Minnufih wara l-Missierna, mingħajr Nitolbu, tingħad it-talba tal-għeluq.

           

Fil-ferja ta’ matul is-sena, it-talba qiegħda fis-Salterju; f’kull Uffiċċju ieħor taż-żmien qiegħda fis-Salterju; f’kull Uffiċċju ieħor taż-żmien qiegħda fis-Salterju; f’kull Uffiċċju ieħor taż-żmien qiegħda fil-Propju; fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Qaddisin, jekk ma jkunx hemm talba propja, tittieħed mill-Komun.

           

It-talba tagħlaq bil-konklużżjoni t-twila, kif hemm imfisser aktar ‘il fuq.

Imbagħad, jekk jippresiedi saċerdot jew djaknu, isellem lill-poplu u jgħid:

            Il-Mulej magħkom.

R.     U miegħek ukoll.

Iberikkom Alla li jista’ kollox, il-Missier, u l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu.

R.     Ammen.

Jew tintuża formola solenni oħra ta’ barka, bħal fil-Quddiesa.

Fl-aħħar igħid:

Morru fil-paċi ta’ Kristu.

R.     Inroddu ħajr lil Alla.

Meta ma jkunx hemm saċerdot jew djaknu, u meta l-Uffiċċju jingħad minn wieħed

waħdu, l-għeluq isir hekk:

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.  Ammen.

 


 

It-Talb ta’ nofs il-jum Fid-Disgħa, f’Nofs in-nhar, u fit-Tlieta

 

 

V.   O Alla, ejja eħlisni.

R.   Mulej, fittex għinni.

Glorja.  Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

           

Fi żmien ir-Randan l-Hallelujah ma tingħadx.

Imbagħad jingħad l-innu li jmiss.

Barra ż-żmien ta’ matul is-sena, l-innu qiegħed fil-Propju.

Fiż-żmien ta’ matul is-sena jingħad l-innijiet li ġejjin:

 

INNU

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

            Spirtu s-Santu, li int Alla

wieħed mal-Missier u l-Iben,

ejja xxerred ġewwa fina,

ħalli bik ikoll timliena.

 

Bi kliem fommna, b’qalbna u ruħna,

nerfgħu lejk it-tifħir tagħna;

int kebbisna b’nar imħabbtek,

u nxerrduh fl-oħrajn madwarna.

 

Kun id-dawl li jtina l-għarfa

tal-Missier u l-Iben tagħna

żomm qawwija l-fidi tagħna

fik, l-Ispirtu li ġej minnhom.  Ammen.

 

Jew:

 

            F’din is-siegħa, nofs il-għodwa,

            nerfgħu qlubna ’l fuq lejn Alla,

            u bil-qima nagħtuh glorja,

            għax hu ħelu t-tifħir tiegħu.

 

            Nitolbuh biex jibagħtilna

            lill-Ispirtu jgħammar fina,

            kif, bħal issa, darba niżel

            f’nar ta’ mħabba fuq l-appostli.

 

            Hekk ried jagħlaq b’dan il-għaġeb

            l-għemil sħiħ tal-fidwa tagħna,

            ħa jmexxina ħfief għall-premju

            li ħejjielna sa minn dejjem.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

F’Nofs in-nhar

 

            Mexxej qawwi, Alla veru,

            inti kollox tqassam sewwa:

            jisbaħ jum, tagħnih bid-dija;

            f’nofsu żżejnu b’dawl iħeġġeġ.

 

            Iżda itfi l-għadab fina,

            taffi s-sħana ta’ kull deni,

            agħti s-saħħa ’l min hu dgħajjef,

            ġib is-sliem tassew fi qlubna:

            Isma’ talbna, Missier twajjeb,

            w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

            li ta’ dejjem hi saltnatkom

            mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen

 

Jew:

 

            F’dan  il-ħin li jistedinna

            biex nistrieħu ftit mill-ħidma

            b’qalbna mħeġġa nfaħħru ’l Sidna

            li ma stmerrx imut għalina.

 

            Hu l-Ħaruf li offra ruħu

            lil Missieru bħala vittma,

            biex jifdna u jerġa’ jtina

            bis-salib il-ġieh li tlifna.

 

            Inroddulu ħajr għall-grazzja

            tas-salib, li d-dija tiegħu

            tfiet ix-xemx fuq il-Kalvarju,

            iżda mliet bid-dawl lil ruħna.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofs in-nhar

 

            Alla, int, li fik innifsek

            m’hemmx tibdil, lill-ħlejjaq trieġi:

            lil kull siegħa tal-ġurnata

            tqis id-dawl li jkun imissha.

            Ibagħatilna lejla tajba,

            fejn il-ħajja qatt ma tonqos,

            imma tersaq lejn il-glorja,

            li tkun ħlas ta’ mewt qaddisa.

 

            Isma’ talbna, Missier twajjeb,

            w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

            li ta’ dejjem hi saltnatkom

            mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen.

 

Jew:

 

            Nilqgħu l-grazzja u nħeġġu qalbna

            b’dak in-nar li tkebbes f’Pietru

            xħin kien tielgħa lejn it-tempju

            tal-Mulej, għat-talb tat-tlieta.

            U noqogħdu, b’tama kbira

            bħall-magħtub, fil-bieb tal-ħniena,

            biex nittallbu minn għand Alla

            kull għajnuna li naħtieġu.

 

            Aħna wkoll, bil-fidi fl-isem

            ta’ Ġesu’, naqilgħu s-saħħa,

            hekk li l-passi dgħajfa tagħna

            jitqawwew fit-triq tas-sema.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

It-tifkiriet tal-Qaddisin ma jsirilhom xejn f’dawn is-Sigħat.

SALMODIJA

 

Wara l-innu tiġi s-salmodija, bl-antifoni li jmiss. 

 

Għall dawn is-Sigħat hemm żewġ xorta ta’ salmodija fis-Salterju: waħda korrenti, l-oħra komplementari.

 

Is-salmodija komplementari għandha salmi li ma jitbiddlu qatt, magħżula minn fost dawk magħrufa bħala “gradwali”, jew “għanjiet tat-telgħat”.

 

Min jgħid Siegħa waħda biss, jieħu s-salmodija korrenti, ukoll fil-festi.  Min igħid tnejn jew tlieta, f’waħda minnhom jieħu s-salmodija korrenti, fl-oħrajn il-komplementari.

 

Fis-solennitajiet tingħad is-salmodija komplementari fit-tliet Sigħat.  Imma fis-solennitajiet li jaħbtu l-Ħadd, is-salmodija tingħad kif hemm fil-Ħadd tal-I ġimgħa tas-Salterju.

 

It-Tlitt Ijiem Imqaddsa tal-Ġimgħa l-Kbira, il-ġranet fost l-ottiva tal-Għid, u xi solennitajiet tal-Mulej, għandhom salmi speċjali.

 

L-antifoni fis-solennitajiet huma propji; barra s-solennitajiet jittieħdu miż-żmien li jmiss, jekk ma jkunx hemm propji, jew mill-istess Salterju fiż-żmien ta’ matul is-sena.

 

LEZZJONI QASIRA

 

Wara s-salmodija tingħad lezzjoni qasira.

 

Fil-Ħdud u l-ferji ta’ matul is-sena, il-lezzjoni qasira tittieħed mis-Salterju; f’kull Uffiċċju ieħor taż-żmien tittieħed mill-Propju.

 

Fis-solennitajiet u l-festi tkun fil-Propju, inkella tittieħed mill-Komun.

Wara din il-lezzjoni; skont iċ-ċirkustanzi, jista’ jinżamm is-skiet għal xi ħin qasir; imbagħad jingħad il-versett, li jinsab fl-istess post fejn tkun il-lezzjoni qasira.

 

IT-TALBA TAL-GĦELUQ

 

Imbagħad, wara li jingħad Nitolbu, tingħad it-talba propju tal-ġurnata, li tagħlaq kif jitlob it-test, jiġifieri:

 

Jekk it-talba ssir lill-Missier:

Bi Kristu Sidna.

 

Jekk issir lill-Missier, iżda fl-aħħar jissemma l-Iben:

(Hu,) li igħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.

Jekk issir lill-Iben:

Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. 

           

Bħala tweġiba jingħad:

Ammen.

 

Imbagħad, għallinqas fiċ-ċelebrazzjoni komunitarja, jingħad:

            Inbierku l-Mulej.

R.     Inroddu ħajr lil Alla.

 

 


 

 

Il-Għasar

 

 

V.   O Alla, ejja eħlisni.

R.   Mulej, fittex għinni.

Glorja.  Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

           

Fi żmien ir-Randan l-Hallelujah ma tingħadx.

 

 

INNU

 

Imbagħad jingħad l-innu li jmiss.

           

Fil-Ħdud u l-ferji ta’ matul is-sena, l-innu jinsab fis-Salterju; mill-bqija dejjem fil-Propju taż-żmien.

           

Fis-solennitajiet u l-festi jittieħed mill-Propju jew, jekk ma jkollhomx wieħed propju, mill-Komun.

           

Fit-tifkiriet tal-Qaddisin, jekk ma jkunx hemm wieħed propju, jista’ jittieħed jew mill-Komun jew mill-ferja.

 

SALMODIJA

 

Wara l-innu tiġi s-salmodija, jiġifieri żewġ salmi jew taqsimiet ta’ salmi, u kantiku mit-Testment il-Ġdid, li jingħadu bl-antifoni li jmiss.

 

Fil-Propju taż-żmien, jekk ma jkunx hemm imniżżel xort’oħra, is-salmi u l-kantiku jittieħdu mill-ġurnata li tmiss fis-Salterju; hekk ukoll l-antifoni.

 

Fis-solennitajiet u l-festi, is-salmi u l-kantiku bl-antifoni tagħhom jittieħu mill-Propju; dak li jkun nieqes fil-Propju jittieħed mill-Komun.

 

Fit-tifkiriet tal-Qaddisin, jekk ma jkunx hemm imniżżel xort’oħra, is-salmi u l-kantiku kif ukoll l-antifoni jittieħdu mill-ferja li tmiss.

 

LEZZJONI QASIRA

 

Fil-Ħdud u l-ferji ta’ matul is-sena, il-lezzjoni qasira qiegħda fis-Salterju stess; fil-ġranet l-oħra tinsab fil-Propju taż-żmien.

           

Fis-solennitajiet u l-festi tittieħed mill-Propju jew, mill-Komun jekk ma jkunx hemm waħda propja.

Fit-tifkiriet tal-Qaddisin, jekk ma jkunx hemm wieħed propju, jista’ tittieħed jew mill-Komun jew mill-ferja.

 

LEZZJONI ITWAL

 

Min irid, l-iżjed fiċ-ċelebrazzjoni mal-poplu, jista’ jagħżel lezzjoni itwal, skont in-n. 46 tal-Ordni Ġenerali.

 

Fiċ-ċelebrazzjoni mal-poplu tista’ tiżdied ukoll omilija qasira biex wieħed ifisser il-lezzjoni li tkun inqrat.

 

TWEĠIBA GĦALL-KELMA TA’ ALLA

 

Wara l-lezzjoni jew omiliji, jista’ jinżamm is-skiet għal xi ħin.

           

Imbagħad hemm kant responsorjali, jew responsorju qasir, li jinsab fl-istess post fejn tkun il-lezzjoni qasira.

           

Minflok dan il-kant jew responsorju jista’ jsir kant ieħor tal-istess xeħta u skop, sakemm ikun approvat għalhekk u kif imiss mill-Konferenza Episkopali.

 

 

KANTIKU EVANĠELIKU ta’ Marija

 

Imbagħad jingħad il-kantiku evanġeliku li ġej, bl-antifona li tmiss.

 

Fil-ferji ta’ matul is-sena, l-antifona qiegħda fis-Salterju; f’kull Uffiċċju ieħor taż-żmien qiegħda fil-Propju.

 

Fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Qaddisin, jekk ma jkunx hemm waħda propja, tittieħed mill-Komun; imma fit-tifkiriet li jaħbtu fiż-żminijiet tal-Avvent, tal-Milied, tar-Randan u tal-Għid, jekk ma jkunx hemm antifona propja, tista’ tittieħed jew mill-Komun jew mill-ferja.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.  

 

Ordinarjament terġa’ tingħad l-antifona.

 

 

PREĊI JEW INTERĊESSJONIJIET

 

Wara l-kantiku jsiru l-preċi jew interċessjonijiet.

 

Fil-Ħdud u l-ferja ta’ matul is-sena, il-preċi qedgħdin fis-Salterju; f’kull Uffiċċju ieħor taż-żmien qedgħdin fil-Propju.

           

Fis-solennitajiet u l-festi, jekk ma jkollhomx preċi propja, jittieħed mill-Komun.

           

Fit-tifkiriet li ma jkollhomx il-propji, jistgħu jittieħdu jew mill-Komun jew mill-ferja.

 

Iżda jistgħu wkoll jingħadu kuljum il-preċi iqsar li hemm fiż-Żjieda I.

 

Wara l-preċi tingħad il-Missierna, it-talba u l-għeluq, kif hemm imfisser għat-Tifħir ta’ sbiħ il-jum.

 

 


 

 

It-Talba ta’ għeluq il-jum

 

V.   O Alla, ejja eħlisni.

R.   Mulej, fittex għinni.

Glorja.  Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

           

Fi żmien ir-Randan l-Hallelujah ma tingħadx.

Wara dan il-V. tal-bidu tkun ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skont il-formoli użati fil-Quddiesa.

 

ATT PENITENJALI

 

Fi żmien ir-Randan ma tingħadx l-Hallelujah.

Wara dan il-versett tal-bidu tkun ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-

ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skont il-formoli użati fil-

Quddiesa.

ATT PENITENZJALI

l.. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad kulħadd flimkien jistqarr:

Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox,

u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna

bil-ħsieb, bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti:

u waqt li jħabbtu fuq sidirhom, jgħidu:

ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi.

Imbagħad ikomplu:

Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni,

lill-Anġli u l-Qaddisin kollha,

u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R/. Ammen.

 

Jew

 

II. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħad:

V. Ħenn għalina, Mulej

R. Għax dnibna kontra tiegħek.

V. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.

R. U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

Jew

III. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħadu dawn l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:

Int li kont mibgħut biex tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ġejt biex issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.

R. Kristu ħniena.

Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina, Alla, li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

INNU

 

Wara dan il-jum li tajtna,

nitolbuk, Ħallieq ta’ kollox,

biex fit-tjieba kbira tiegħek

tgħasses fuqna u tieqaf magħna.

 

Fik u bik jistrieħu qlubna,

jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,

sabiex għada minn filgħodu

jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

 

Bierek jiemna b’saħħa tajba,

ġid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,

u bid-dija tiegħek dawwal

dlam il-lejl li riesaq fuqna.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu faraġ tagħna. Ammen.

 

Jew, skont ir-rubriki fil-Propju taż-Żmien:

 

Kristu, dija u jum imsebbaħ,

bik tal-lejl titkeċċa d-dalma,

int tassew tad-dawl id-dija,

int xandar tad-dawl għall-hienja.

 

Nitolbuk, Qaddis, Sid tagħna,

f’dan il-lejl li ġej ħarisna;

ikun fik il-mistrieħ tagħna,

tina ftit sigħat ta’ heda.

 

Jekk l-għajnejn fl-irqad jingħalqu,

qalbna tibqa’ tishar miegħek;

midd, Mulej, il-leminija

bħala kenn ħanin fuq ħbiebek.

 

Ejja, Salvatur setgħani,

qatta x-xbiek tal-għadu tagħna,

wennes lill-qaddejja tiegħek,

li biex fdejthom xerridt demmek.

 

Ġieħ u sebħ għal dejjem, Kristu,

Sultan twajjeb, jintradd lilek,

lill-Missier u lill-Ispirtu

Difensuf u Faraġ tagħna. Ammen.

 

 

 

 

Fi żmien il-Għid:

 

O Ġesu, Feddej tad-dinja,

inti l-Verb tal-Missier Alla,

dawl minn dawl li dejjem tishar

fuq il-ħbieb fidili tiegħek:

 

Int li bik issawru l-ħlejjaq,

u li tagħżel żmien minn ieħor,

lejl ta’ serħ u sliem agħtina,

wara jum tħabrik u ħidma.

 

Int li qridt tad-dlam is-saltna,

għinna nirbħu l-għadu tagħna;

qatta’ x-xbiek li qed jonsbilna,

la tinsiex li b’demmek fdejtna.

 

F’dan iż-żmien qasir li għandna

liebsa t-toqol ta’ ġisimna,

tħalli qatt lil ruħna tongħos

waqt l-irqad meħtieġ tal-ġisem.

 

Glorja lilek, fir-rebħ tiegħek

fuq il-mewt, Ġesu’ setgħani;

mal-Missier u mal-Ispirtu,

ġieh jintraddlek issa u dejjem. Ammen.

 

SALMODIJA

 

Fil-Ħdud u s-solennitajiet: wara l-I Għasar jingħadu s-salmi 4 u 133; wara t-II Għasar is-salm 90, bl-antifoni tagħhom.

 

Fil-ġranet l-oħra, is-salmi bl-antifoni tagħhom jittieħdu mis-Salterju skont iċ-ċiklu.  Iżda minflokhom jistgħu jingħadu jew is-salm 4 u 133, jew is-salm 90, bl-antifoni tagħhom.

 

LEZZJONI QASIRA

 

Wara s-salmodija tingħad lezzjoni qasira, li  tinsab wara s-salmi fis-Salterju.  Imbagħad jingħad ir-responsorju qasir.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R.     F’idejk, Mulej,  *  Jien nerħi ruħi.  F’idejk.

V.     Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa.  *  Jien nerħi ruħi.  Glorja.  F’idejk.

 

Minflok ir-responsorju, jingħad:

 - f’Ħamis ix-Xirka: Ant.  Minħabba fina Kristu obda sal-mewt tas-salib.

 - fil-Ġimgħa l-Kbira: Ant.  Minħabba fina Kristu obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.

 - f’Sibt il-Għid: Ant. Minħabba fina Kristu obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib. Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet, u żejnu bl-Isem li hu fuq kull isem.

 - f’Ħadd il-Għid u l-ottava: Ant.  Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; ħa nifirħu u nithennew fih!  Hallelujah.

 

Fi żmien il-Għid:

R.     F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi.  Hallelujah, hallelujah.  F’idejk.

V.     Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa.  *  Hallelujah, hallelujah.  Glorja.  F’idejk.

 

 

 

 

 

KANTIKU EVANĠELIKU ta’ Xmun

 

Imbagħad tingħad l-antifona tal-kantiku:

Ant.  Salvana, Mulej u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu n nistrieħu fis-sliem  (Ż.Għ. hallelujah).

 

Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Iżrael

 

Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *

imur fis-sliem, skont kelmtek;

għaliex għajnejja raw *

is-salvazzjoni tiegħek,

li int ħejjejt *

għall-popli kollha:

dawl biex idawwal il-ġnus, *

u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.

 

Glorja. Kif kien mill-bidu. 

Ordinarjament terġa’ tingħad l-antifona.

 

IT-TALBA TAL-GĦELUQ

 

Imbagħad, jingħad Nitolbu, u ssir it-talba li hemm fis-Salterju, li għaliha kulħadd iwieġeb  Ammen.

 

Wara t-talba tingħad il-barka, fir-reċita privata wkoll:

Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb.  R.  Ammen.

 

Antifoni tal-aħħar tal-Madonna

 

Fl-aħħarnett, mingħajr versett u talba, tingħad waħda mill-antifoni tal-Madonna li ġejjin, jew minn oħrajn approvati mill-Konferenza Episkopali.

 

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,

int bieb illi jagħti għas-sema,

int kewkba tal-baħar, Marija!

Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,

għajnuna tal-poplu l-maħtur,

li b’għaġeb nissilt ‘il min ħalqek

fis-siegħa li lqajt it-tislima

li tak Gabrijel, u bqajt xebba,

kif qabel, hekk wara t-tnissil.

Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

 

jew

 

Is-sliem, o Sultana

tas-sema, Sidt l-anġli;

int l-għerq u l-bieb safi    

mnejn ġie dawl id-dinja.

O Verżni glorjuża,

ta’ ġmiel u sbuħija,

is-sliem għalik! Itlob

lil Kristu għalina.

 

jew

 

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;

ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.

Lilek ingħajtu,

għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu

f’dan il-wied tad-dmugħ.

 

Ejja, mela, avukata tagħna,

dawwar lejna

dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;

u wrina, wara dan it-turufnament,

lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.

O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

 

jew

 

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,

Omm qaddisa ta’ Alla:

la twarrabx minn quddiemek

it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,

u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,

O Verżni glorjuża u mbierka.

 

Jew, fi żmien il-Għid:

 

Sultana tas-sema, ifraħ, hallelujah,

            għax dak li stħaqqlek tkun ommu, hallelujah,

qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal, hallelujah:

            itlob ‘l Alla għalina, hallelujah.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IL-ĦADD

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

INNU

 

            O Marija, minn nisa kollha

            int il-magħżula,

            li l-profeti wegħdu,

li tnissel l-Iben imwiegħed;

il-ġenerazzjoni Lhudija

ppreparat it-triq għalik,

li f’ġufek il-bniedem-Alla

jiġi u jeħles lill-bniedem.

 

            O Marija, int tirrapreżenta

            kull ma’ Alla għallem lir-razza tagħna,

            għax int l-ewwel u qabel kollox,

il-mimlija bil-grazzja tiegħu;

aħna nfaħħru dan il-ġieh meraviljuż

li int tajt ħajja lilU

li minn għandek ħa l-ġisem

u salvana minn dnubietna.

 

 

 

 

Jew:  

 

Tassew, inti l-imbierka fost in-nisa,

għax int biddilt is-seħta t’Eva f’barka;

u Adam, li wkoll kien jinsab taħt seħta,

ġie mbierek minħabba fik.

 

Tassew, inti l-imbierka fost in-nisa,

permezz tiegħek il-barka tal-Missier iddiet bil-qawwa

fuq l-umanita

u ħelsithom mis-seħta tagħhom l-antika.

 

Tassew, inti l-imbierka fost in-nisa,

għaliex permezz tiegħek

uliedek sabu s-salvazzjoni.

għax inti kellek twelled lis-Salvatur

li kellu jiksbilhom is-salvazzjoni.

 

Tassew, inti l-imbierka fost in-nisa,

għax mingħajr iż-żerriegħa int wellidt, bħala frott tiegħek,

lilu li jagħti l-barkiet fuq id-dinja kollha

u jifdiha minn dik is-seħta

li minnha nibet ix-xewk.

 

Tassew, inti l-imbierka fost in-nisa,

għaliex, minkejja li għandek in-natura ta’ mara,

inti ssir, fir-realta’ Omm Alla.

Jekk hu li se twelled hu veru Alla magħmul bniedem,

allura sewwa li nsejħulek Omm Alla,

għax int tassew wellidt lil Alla.

 

 

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Ħarġet fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, minn Ġakobb dehret tiegħla kewkba: il-Verġni nisslet is-Salvatur; infaħħruk, Alla tagħna.

Jew:    Int kollok ġmiel, Marija: ma ttebbajtx bid-dnub tan-nisel.

 

Salm 117

Agħjat ta’ ferħ u rebħ

 

Din hi l-ġebla mwarrba minnkom il-bennejja, li saret il-ġebla tax-xewka (Atti 4:11).

 

Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu!

 

Ħa jgħidu wlied Iżrael: *

“Għal dejjem it-tjieba tiegħu.”
Ħa tgħid dar Aron: *

“Għal dejjem it-tjieba tiegħu.”
Ħa jgħidu dawk li jibżgħu mill-Mulej: *

“Għal dejjem it-tjieba tiegħu.”

 

Sejjaħt il-Mulej fid-dwejjaq tiegħi; *

u l-Mulej weġibni, u ħariġni fil-wisa’.
La l-Mulej miegħi, m’għandix għax nibża’; *

x’jista’ jagħmilli l-bniedem?
Il-Mulej miegħi, hu l-għajnuna tiegħi, *

u nħares b’wiċċi minn quddiem

lejn l-għedewwa tiegħi.

 

Aħjar tiskenn fil-Mulej *

milli tittama fil-bnedmin.
Aħjar tiskenn fil-Mulej *

milli tittama fil-kbarat.

Il-ġnus kollha dawruni; *

imma f’isem il-Mulej irbaħthom.
Dawruni, minn kull naħa rassewni; *

imma f’isem il-Mulej irbaħthom.
Bħan-naħal daru miegħi, †

bħan-nar tax-xewk madwari jħeġġu; *

imma f’isem il-Mulej irbaħthom.

 

B’saħħithom kollha mbuttawni biex naqa’; *

imma l-Mulej tani l-għajnuna.
Qawwa tiegħi u għana tiegħi l-Mulej; *

hu kien għalija s-salvazzjoni tiegħi.

Għajat ta’ ferħ u rebħ fl-għerejjex tat-tajbin; *

il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila!

 

Il-leminija tal-Mulej ‘il fuq merfugħa, *

il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila!

Ma mmutx, imma nibqa’ ngħix, *

u nħabbar l-għemejjel tal-Mulej.
Ħaqarni tassew il-Mulej, *

imma ma telaqnix għall-mewt.

 

Iftħuli l-bibien tal-ġustizzja; *

ħa nidħol minnhom u nrodd ħajr lill-Mulej.

Dan hu bieb il-Mulej; *

il-ġusti jidħlu minnu.

 

Niżżik ħajr talli weġibtni *

u kont għalija s-salvazzjoni tiegħi.

Il-ġebla li warrbu l-bennejja *

saret il-ġebla tax-xewka.
Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan: *

ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna.
Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; *

ħa nifirħu u nithennew fih!

 

Ejja, nitolbuk, Mulej, salvana! *

Ejja, nitolbuk, Mulej, agħtina r-riżq!

Imbierek min ġej f’isem il-Mulej! *

Inberkukom minn dar il-Mulej.

Jaħweh hu Alla; hu d-dawl tagħna. *

Tqassmu f’purċissjoni, bil-friegħi f’idejkom,

sa ħdejn l-altar.

 

Alla tiegħi int, jien niżżik ħajr, *

Alla tiegħi, jien lilek inkabbar.

Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Ħarġet fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, minn Ġakobb dehret tiegħla kewkba: il-Verġni nisslet is-Salvatur; infaħħruk, Alla tagħna.

Jew:    Int kollok ġmiel, Marija: ma ttebbajtx bid-dnub tan-nisel.

 

Ant. 2  Marija ġiebet fid-dinja s-Salvatur tagħna, u Ġwanni, meta rah, għajjat u qal: Dan hu l-Ħaruf t’Alla, dan li jneħħi d-dnub tad-dinja.

Jew:    Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

       Kantiku                                     Daniel 3: 52-57

Il-Ħolqien kollu jfaħħar lill-Mulej

 

Il-Ħallieq ikun imbierek għal dejjem (Rumani 1:25).

 

Imbierek int, Mulej, Alla ta’ missirijietna, *

ta’ min ifaħħrek u jgħollik għal dejjem.

 

Imbierek ismek, qaddis u msebbaħ, *

ta’ min ifaħħru wisq u jgħollih għal dejjem.

 

Imbierek int fit-tempju tas-sebħ imqaddes tiegħek, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Imbierek int li qiegħed fuq il-kerubini, †

li ħarstek tinfed l-abbissi, *
ta’ min ifaħħrek u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Imbierek int fuq it-tron ta’ saltnatek, *

ta’ min ifaħħrek u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Imbierek int fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Marija ġiebet fid-dinja s-Salvatur tagħna, u Ġwanni, meta rah, għajjat u qal: Dan hu l-Ħaruf t’Alla, dan li jneħħi d-dnub tad-dinja.

Jew:    Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

Ant. 3  L-omm nisslet is-Sultan, li ismu jdum għal dejjem; hija ġarrbet il-ferħ ta’ omm bla ma tilfet il-ġieh ta’ xebba; qatt ma dehret oħra bħalha, la qabel u lanqas wara.

Jew:    Ilbiesek ta’ bjuda li tgħammex, bħas-silġ, u wiċċek bħax-xemx.

 

 

Salm 150

Faħħru l-Mulej

 

Għannu bl-ispirtu, u għannu bil-qalb, jiġifieri, agħtu glorja lil Alla bil-qawwa ta’ ruħkom u ġisimkom (Esikju).

 

Faħħru ‘l Alla fit-tempju mqaddes tiegħu, *

faħħruh fil-firxa tas-smewwiet qawwija tiegħu!
Faħħruh fl-għemejjel kbar tiegħu, *

faħħruh għall-kobor tiegħu bla tarf!

 

Faħħruh bid-daqq tat-tromba, *           

faħħruh bl-arpa u ċ-ċetra!

Faħħruh bit-tanbur u biż-żfin, *

faħħruh bid-daqq tal-kordi u tas-sfafar!

 

Faħħruh bid-daqq qawwi taċ-ċimbali, †

faħħruh bid-damdim taċ-ċimbali! *
Kull ma jieħu n-nifs, ħa jfaħħar lill-Mulej!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  L-omm nisslet is-Sultan, li ismu jdum għal dejjem; hija ġarrbet il-ferħ ta’ omm bla ma tilfet il-ġieh ta’ xebba; qatt ma dehret oħra bħalha, la qabel u lanqas wara.

Jew:    Ilbiesek ta’ bjuda li tgħammex, bħas-silġ, u wiċċek bħax-xemx.

 

L-EWWEL QARI                                                                                    Mikea 5:2, 3a, 4a

 

Għalhekk il-Mulej jitlaqhom sa meta

teħles dik li hi fl-uġigħ tal-ħlas,

Umbagħad il-bqija ta' ħutu jerġgħu lura

fost ulied Iżrael.

Hu joqgħod jirgħa l-merħla tiegħu

bil-qawwa tal-Mulej,

bil-glorja ta' isem il-Mulej, Alla tiegħu.

U dan ikun is-sliem!

 

Jew:                                                                                                      Sofonija 3:14, 15b                                                                                                         

Għajjat bil-ferħ ta' qalbek, bint Sijon,

Iżrael, samma' leħnek!

Infexx fl-hena u ifraħ b'qalbek kollha,

bint Ġerusalemm!

Is-sultan t'Iżrael, il-Mulej,

hu f'nofsok.

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mill-Ittri tal-isqof Sant’Atanasju.

 

Il-Verb sar bniedem bħalna minn Marija

           

L-Iben ta’ Marija twieled tassew b’natura ta’ bniedem, kif tgħidilna l-Iskrittura mqaddsa; il-ġisem tiegħu kien ġisem tassew; intenni ngħid, kien tassew, ladarba kien l-istess bħal tagħna. Għax Marija hi oħtna, u aħna lkoll ġejjin minn Adam.

           

Dan ried ifisser San Ġwann meta qal li l-Verb sar bniedem, kif nistgħu naraw ukoll mill-istess mod ta’ diskors li bih inqeda San Pawl meta qal li Kristu … sar hu nnifsu saħta għalina.  Imma l-ġisem tal-bniedem, bil-għaqda tiegħu mal-Verb, saritlu żjieda tal-għaġeb: jiġifieri, minn ġisem li jmut beda jsir ġisem mogħni bil-ħajja ta’ dejjem, u minn ġisem naturali beda jsir ġisem spiritwali; hu, li kien imsawwar mill-art, ra l-bibien tas-sema miftuħin għalih.

           

It-Trinita’ Qaddisa, imqar wara li l-Verb ħa l-ġisem u twieled minn Marija, baqgħet dejjem it-Trinita’ ta’ qabel kif kienet minn dejjem, li xejn ma jista’ jiżdied magħha jew jitnaqqas minnha.  Hija dejjem perfetta, u aħna nistqarru li t-tliet Persuni huma Alla wieħed; u dan hu li xxandar il-Knisja meta tgħid li Alla, Missier il-Verb, huwa wieħed.

 

Jew:

 

Qari mid-Diskorsi tal-beatu Elred, abbati.

 

Marija hi ommna

 

Marija hi ommna, omm il-ħajja tagħna, omm in-nuqqas ta’ taħsir tagħna, omm id-dawl tagħna.

           

L-Appostlu jgħid li l-Mulej sar għalina għerf ġej minn għand Alla, ġustizzja, qdusija u fidwa.  Mela Marija, għax Omm Kristu, hi omm il-għerf tagħna, omm il-ġustizzja tagħna, omm il-qdusija tagħna, omm il-fidwa tagħna.  Għalhekk hi ommna wisq aktar mill-omm li nisslitna skont il-ġisem.  Jiġifieri, hija tatna twelid aqwa, ladarba lilha nafu l-qdusija tagħna, il-għerf, il-ġustizzja, it-tqaddis u l-fidwa tagħna.

           

Tgħid l-Iskrittura: Faħħru l-Mulej fil-qaddisin tiegħu. Issa jekk Sidna hu ta’ min ifaħħru f’dawk il-qaddisin li bihom jagħmel l-għeġubijiet u l-mirakli, mela kemm iżjed hu ta’ min ifaħħru fil-qaddisa li biha dak li hu tal-għaġeb fuq l-għeġubijiet kollha għamel lilu nnifsu!

 

Jew:

 

Qari mill-Kostituzzjoni dommatika tal-Konċilju Vatikan it-tieni, fuq il-Knisja.

 

Marija xbieha tal-Knisja

 

Marija daħlet fl-istorja tas-salvazzjoni b’mod tassew tal-għaġeb, u għalhekk tiġbor fiha nfisha u tħabbar madwarha l-veritajiet ewlenin tal-fidi tagħna, u, waqt li jingħatalha l-ġieh u t-tifħir li jistħoqqilha, hi ssejjaħ lil dawk kollha li jemmnu biex jersqu lejn Binha u lejn is-sagrifiċċju tiegħu u lejn l-imħabba tal-Missier. Il-Knisja mbagħad, hija u tfittex il-glorja ta’ Kristu, dejjem aktar issir tixbaħ lil Marija għaliex bla heda tikber fil-fidi, fit-tama u fl-imħabba, u tfittex u tħabrek biex tagħmel dejjem ir-rieda t’Alla f’kollox.

           

Il-Knisja għalhekk, fil-ħidma appostolika tagħha wkoll, tħares lejn Marija, li tat lil Kristu lid-dinja, imnissel mill-Ispirtu s-Santu u mwieled minn Omm Verġni, biex permezz tal-Knisja jitwieled u jikber ukoll fi qlub il-fidili kollha.  Il-Verġni Marija, tul ħajjitha kollha, kienet mera ta’ dik l-imħabba ta’ omm li għandu jkollhom dawk kollha li jissieħbu fil-ħidma appostolika tal-Knisja għat-tiġdid tal-bnedmin kollha.

 

RESPONSORJU    

                                                                 

O Verġni Marija, ħadd m’hu daqsek mill-bniet ta’ Ġerusalemm, għax int omm ir-Re tar-Rejiet, int ir-Reġina tas-sema u tal-anġli. * Imbierka inti fost in-nisa,

u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek. * Imbierka inti ...

 

Jew:

 

Il-Verb sar bniedem, * u għammar fostna. 

Hu kien fil-bidu ma’ Alla, * u għammar fostna.  Glorja. Il-Verb ...

 

Kantiku ta’ Zakkarija Illum għarafna l-misteru tal-għaġeb li sar f’żewġ naturi: Alla sar bniedem; hu baqa’ dak li kien minn dejjem, u ħa s-sura tagħna, li ma kellux, bla ebda taħlit jew qsim.           

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Zakkarija Illum għarafna l-misteru tal-għaġeb li sar f’żewġ naturi: Alla sar bniedem; hu baqa’ dak li kien minn dejjem, u ħa s-sura tagħna, li ma kellux, bla ebda taħlit jew qsim.           

 

 

 

 

 

PREĊI

 

Nagħtu glorja lil Kristu, li twieled minn Marija Verġni bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

            Nitolbuh minn qalbna u ngħidulu:

            Kristu, Bin Marija Verġni, ħenn għalina.

Kristu, li twelidt minn Marija Verġni, int l-Iben tal-għaġeb u l-prinċep tas-sliem:

   -       agħti paċi soda lid-dinja kollha.

Sultan u Alla tagħna, il-miġja tiegħek fostna mlietna bil-ġieh:

   -       agħmel li dejjem nagħtuk ġieh bil-fidi u l-ħajja tagħna.

Int ridt tkun tixbah lilna:

   -       fil-ħniena tiegħek agħtina li nkunu nixbħu lilek.

Int għoġbok issir ċittadin tad-dinja tagħna:

   -       agħmilna ċittadini tas-saltna tiegħek.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

 

Talba Alternattiva

 

Missier, sors ta’ dawl f’kull żmien, il-Verġni nisslet u weldet lil Ibnek li jsejħulu Alla tal-Għaġeb, Prinċep tal-Paċi. Agħmel li t-talb tagħha, id-don tal-imħabba ta’ omm, ikun il-ferħ tal-poplu tiegħek ta’ kull żmien. Agħmel li l-‘iva’ tagħha, frott il-qalb umli tagħha, tressaq lill-Ispirtu biex jistrieħ fuq il-poplu tiegħek.

Bi Kristu Sidna.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

Il-Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

INNU

 

Marija s-Sebħ, Kristu l-Jum Perfett;

Marija l-Grada, Kristu t-Triq tal-Ġenna!

 

Marija l-Għerq, Kristu d-Dielja Mistika;

Marija l-Għenba, Kristu l-Inbid Qaddis!

 

Marija l-Qamħ, Kristu l-Ħobż-Ħaj;

Marija z-Zokk, Kristu l-Warda lewn id-demm!

 

Marija l-Fonti, Kristu x-Xmara li Ssaffi;

Marija l-Kalċi, Kristu d-Demm li Jsalva!

 

Marija t-Tempju, Kristu t-Tempju tal-Mulej;

Marija s-Santwarju, Kristu Alla Adurat!

 

Marija d-Dawl fil-Port, Kristu l-Port tal-Mistrieħ;

Marija l-Mera, Kristu l-Viżżjoni Mbierka!

 

Marija l-Omm, Kristu l-Iben ta’ Ommu;

B’kull mod imbierka sa l-aħħar taż-żmien.  Ammen.

 

 

 

Jew:

 

Ismek hu s-Sinjura Tagħna.

Inti biss l-Omm ta’ Alla

u mgħollija ’il fuq fuq id-dinja kollha.

O Għarusa ta’ Alla, niċċelebrawk bil-fidi,

nonorawk u nixxenqu,

nagħtuk qima bi stgħaġib;

f’kull mument infaħħruk

u b’reverenza nistqarruk imbierka.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  X’bidla tal-għaġeb! Il-Ħallieq tal-bnedmin ħa ġisem ħaj u twieled minn Marija Verġni; sar bniedem bħalna biex jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Jew:  Minn Marija twieled Ġesu’ li jsejħulu l-Messija.

 

Salm 109: 1-5, 7

Il-Messija sultan u qassis

 

Jaħtieġ li hu jsaltan, sa ma jqiegħed l-egħdewwa kollha taħt riġlejh (1 Korintin 15:25).

 

Il-kelma tal-Mulej lil Sidi: *

“Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,

sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħek *

mirfes taħt riġlejk.”

 

Ix-xettru tal-qawwa tiegħek

jibgħat il-Mulej minn Sijon: *

aħkem f’nofs l-għedewwa tiegħek.

Tiegħek is-setgħa sa minn twelidek

fuq l-għoljiet imqaddsa, *

sa minn qabel is-sebħ bħan-nida jien nissiltek.

Ħalef il-Mulej, u ma jisgħobx bih: *

“Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek!”

 

Sidi fuq il-leminija tiegħek, *

jidrob is-slaten f’jum il-qilla tiegħu.

Mill-wied jixrob fi triqtu, *

għalhekk jerfa’ ‘l fuq rasu.          

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  X’bidla tal-għaġeb! Il-Ħallieq tal-bnedmin ħa ġisem ħaj u twieled minn Marija Verġni; sar bniedem bħalna biex jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Jew:  Minn Marija twieled Ġesu’ li jsejħulu l-Messija.

 

Ant. 2  Bit-twelid tiegħek tal-għaġeb minn Marija Verġni seħħet l-Iskrittura: inżilt bħal xita fuq ir-raba’ bil-għatx, biex issalva l-bnedmin. Tkun imfaħħar, Alla tagħna!

Jew:    Għand il-Mulej hemm it-tjieba, u l-fidwa għandu bil-kotra.

 

Salm 111

Il-hena tal-ġust

 

Imxu ta’ wlied id-dawl li intom. Frott id-dawl jinsab f’kull ma hu tjieba, f’kull ma hu ġustizzja, f’kull ma hu sewwa (Efesin 5:8-9).

 

Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej, *

li jitgħaxxaq ħafna bil-kmandamenti tiegħu!
Kbar fuq l-art ikunu wliedu; *

nisel it-tajbin ikun imbierek.
Ġid u għana jkunu f’daru; *

għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu.

 

Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin; *

twajjeb u ħanin hu l-bniedem sewwa.
Tajjeb il-bniedem li jħenn u jislef, *

li jmexxi ħwejġu bir-reqqa.

 

Għax il-bniedem ġust qatt ma jitfixkel; *

għal dejjem tibqa’ t-tifkira tiegħu.
Xejn ma jibża’ minn aħbar ħażina; *

qalbu qawwija bit-tama fil-Mulej.

Qalbu qawwija, ma għandux m’niex jibża’, *

sa ma jara mxejjen l-għadu tiegħu.
Iqassam u jagħti lill-foqra; †

għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu; *
rasu merfugħa bil-ġieh.

 

Jarah il-ħażin u jinkedd, †

jheżheż snienu u jtertaq qalbu. *
Imma x-xewqa tal-ħżiena tibqa’ bla temma.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Bit-twelid tiegħek tal-għaġeb minn Marija Verġni seħħet l-Iskrittura: inżilt bħal xita fuq ir-raba’ bil-għatx, biex issalva l-bnedmin. Tkun imfaħħar, Alla tagħna!

Jew:    Għand il-Mulej hemm it-tjieba, u l-fidwa għandu bil-kotra.

 

Ant. 3 Bħalma l-għollieq, li ra Mose,’ ma nħaraqx bin-nar, hekk baqgħet bla mittiefsa xbubitek, Omm Alla! Itlob għalina.

Jew:    Fil-bidu u qabel kull żmien, il-Verb kien Alla; hu illum twieled biex isalva d-dinja.

 

 

 

 

 

 

 

BARRA R-RANDAN

        Kantiku                                Apokalissi 19:1-7

It-tieġ tal-Ħaruf

 

Hallelujah.
Is-salvazzjoni u l-glorja u l-qawwa

huma ta’ Alla tagħna, *
(R. Hallelujah.)

għax veri u ġusti huma l-ġudizzji tiegħu.
R. Hallelujah. (hallelujah.)

 

Hallelujah.
Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja kollha tiegħu, *
(R. Hallelujah.)

intom li tibżgħu minnu, iż-żgħar u l-kbar!
R. Hallelujah. (hallelujah.)

 

Hallelujah.
Għax ħa s-saltna l-Mulej, Alla tagħna li jista’ kollox, *
(R. Hallelujah.)

nifirħu u nithennew, u nagħtuh glorja.
R. Hallelujah. (hallelujah.)

 

Hallelujah.
Għax wasal it-tieġ tal-Ħaruf, *
(R. Hallelujah.)

u l-għarusa tiegħu ħejjiet ruħha.
R. Hallelujah. (hallelujah.)

 

Hallelujah.
Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu: *
(R. Hallelujah.)

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.
R. Hallelujah. (hallelujah.)

 

Ant. 3 Bħalma l-għollieq, li ra Mose,’ ma nħaraqx bin-nar, hekk baqgħet bla mittiefsa xbubitek, Omm Alla! Itlob għalina.

Jew:    Fil-bidu u qabel kull żmien, il-Verb kien Alla; hu illum twieled biex isalva d-dinja.

 

FIR-RANDAN

                    Kantiku                                    1 Pietru 2:21-24

Kristu, il-Qaddej t’Alla, bata’ u miet għax ried

 

Ant. 3 Kristu miet minħabba dnubietna; hu, il-ġust, miet għalina l-inġusti biex iressaqna lejn Alla; ġie mogħti għall-mewt fil-ġisem, imma ħa l-ħajja fir-ruħ.

 

Kristu bata għalikom, †

u ħallielkom eżempju, *
biex timxu fuq il-passi tiegħu.

 

Hu ebda dnub ma għamel, *

u ebda qerq ma ħareġ minn fommu;
meta għajruh, ma weġibx bit-tagħjir; †

meta bata, ma qagħadx ihedded; *
imma ħalla f’idejn dak li jagħmel ħaqq bis-sewwa.

 

Tgħabba f’ġismu bi dnubietna *

sa fuq l-għuda tas-salib,
biex aħna mmutu għad-dnubiet †

u ngħixu għall-qdusija. *

Bil-ġrieħi tiegħu intom fiqtu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Kristu miet minħabba dnubietna; hu, il-ġust, miet għalina l-inġusti biex iressaqna lejn Alla; ġie mogħti għall-mewt fil-ġisem, imma ħa l-ħajja fir-ruħ.

 

L-EWWEL QARI                                                                                             Galatin 4:4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu, mwieled minn mara, mwieled taħt il-Liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta' wlied

 

Jew:                                                                                                           2 Ġwanni 4:12-22                                                                                                    

Ifraħ kemm tiflaħ, bint Sijon; għajjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm! Ara, is-sultan tiegħek ġej għandek;  Hu ġust u rebbieħ.

 

Jew:                                                                                                         Apokalissi 12:1-6                                                                                                        

U deher sinjal kbir fis-sema: Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b'kuruna ta' tnax-il kewkba fuq rasha. Hija kienet fit-tqala, u bdiet tgħajjat bl-uġigħ tal-ħlas u tbati biex teħles. Mbagħad fis-sema deher sinjal ieħor: ara, Dragun kbir minn lewn in-nar, b'sebat irjus u għaxart iqrun, u b'seba' dijademi fuq irjusu. U b'denbu kines waħda mit-tlieta tal-kwiekeb tas-sema u waddabhom lejn l-art. U d-Dragun mar qagħad quddiem il-Mara li kienet se tiled, biex kif tiled lil binha jibilgħu. U hi wildet iben, tifel, li kien għad irid jirgħa l-ġnus b'xettru tal-ħadid. U binha ġie maħtuf għal quddiem Alla u quddiem it-tron tiegħu. U l-Mara ħarbet fid-deżert, hemmhekk fejn għandha post imħejji minn Alla, biex hemm jitimgħuha għal elf, mitejn u sittin jum.

 

 

 

 

 

 

 

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mid-Diskorsi tal-isqof San Sofronju.

 

Il-Missier bierek lill-bnedmin b’Marija

 

Sliem għalik, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. U x’jista’ jkun hemm aqwa minn ferħ bħal dan, Verġni Marija?  X’jista’ jkun hemm ogħla minn din il-grazzja li int waħdek qlajt minn għand Alla?  Jew x’nistgħu nistħajlu isbaħ u ogħla minn grazzja bħal din?  Kull ħaġa oħra hija wisq imbiegħda mill-għaġeb li naraw iseħħ fik, kollox jinsab wisq ‘l isfel mill-grazzja tiegħek; il-ħwejjeġ kollha, sbieħ kemm huma sbieħ, kollox qiegħed wara l-grazzja tiegħek u wisq iċken fil-foħrija.

           

Il-Mulej miegħek: min se jissogra jeħodha miegħek?  Alla minnek: min sejjer ma jwarrabx biex iħalli lilek tgħaddi?  Jew min ma jħossx ruħu ferħan li jagħti lilek l-ewwel u l-aqwa post?  Għalhekk, xħin nilmaħ id-doni sbieħ u għolja li bihom inti mżejna wisq aktar mill-ħlejjaq l-oħra kollha, ħallini ngħolli leħni u ngħidlek bl-akbar ferħ: Sliem għalik, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.  Għax bis-saħħa tiegħek thennew mhux biss il-bnedmin, iżda wkoll il-qtajja’ tas-sema.

 

RESPONSORJU                                       

 

Permezz tiegħek aħna nixorbu mill-għejjun tas-salvazzjoni * O Mbierka Verġni Marija.  

Mill-pjagi divini ta’ Kristu * O Mbierka Verġni Marija. Glorja. O Mbierka ...

 

Kantiku ta’ Marija Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt, Kristu, Sid u Salvatur tad-dinja, hallelujah.

 

 

 

 

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Marija  Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt, Kristu, Sid u Salvatur tad-dinja, hallelujah.

 

PREĊI

 

Kristu huwa l-Għimmanu-El, imnissel u mwieled minn Xebba. Inberkuh, u fiċ-

ċokon tagħna ngħidulu:

            Kristu, Bin Marija Verġni, ismagħna.

Int kont il-hena ta’ Marija li bik saret omm:

   -       agħmel li l-ulied ikun l-ferħ xieraq tal-ġenituri tagħhom.

Inti s-Sultan tas-sliem, fuq saltna ta’ ġustizzja u paċi:

   -       għinna nħabirku għall-paċi tad-dinja.

Int ġejt tagħmel lill-bnedmin kollha l-poplu qaddis ta’ Alla:

   -       għaqqad il-ġnus kollha qalb waħda u fehma waħda bejniethom.

Int, bit-twelid tiegħek saħħaħt ir-rabta’ tal-familja:

   -       agħmel li kull familja titwettaq fil-għaqda.

Int għoġbok titwieled f’din id-dinja tagħna:

-         agħti lil ħutna l-mejtin twelid fis-sema tiegħek.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla, u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Talba Alternattiva

 

Missier, sors ta’ dawl f’kull żmien, il-Verġni nisslet u weldet lil Ibnek li jsejħulu Alla tal-Għaġeb, Prinċep tal-Paċi. Agħmel li t-talb tagħha, id-don tal-imħabba ta’ omm, ikun il-ferħ tal-poplu tiegħek ta’ kull żmien. Agħmel li l-‘iva’ tagħha, frott il-qalb umli tagħha, tressaq lill-Ispirtu biex jistrieħ fuq il-poplu tiegħek.

Bi Kristu Sidna.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

 

 

 

IT-TNEJN

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

INNU

 

Marija immakulata, kewkba ta’ filgħodu,

            magħżula qabel il-ħolqien,

            magħżula biex iġġib miegħek bħala libsa għat-tieġ,

ħsara għas-Serp u fidwa għall-bnedmin.

 

            Hawn, imdawra minn dlamijiet u dwejjaq,

            bil-glorja tiegħek mgħottija, triqtek int ġrejt;

            issa int issaltan fuq tron b’kull gieh u glorja,

            inkurunata b’id Ibnek is-Salvatur.

            Midinba, aħna nqimu il-perfezzjoni bla dnub tiegħek;

            imġarfa u dgħajfa, għall-ħniena aħna nitkarbu;

            aqlagħna it-tarka tal-protezzjoni sovrana tiegħek,

            agħtina l-għajnuna skont kemm neħtieġu.

 

            Mil lejna mit-tron tiegħek għal-leħen tal-karba tagħna,

            mil lejn din id-dinja li fuqha int imxejt;

            iftaħ dirgħajk lejna, ħajjin u mejtin,

            Marija Immakulata, Omm Alla.

 

 

 

Jew:  

 

Verġni tal-verġni,

            int m’initix minsusa mit-tbajja tad-dnub,

            dak l-ewwel fost il-ħażen kollu,

            id-dwejjaq li wirtet ir-razza umana.

            Minn ċkuniti

            jien poġġejt it-tama tiegħi fik.

            Meta l-qawwa tal-ħażen tirbaħni,

            il-ħniena bla tarf tiegħek

            turini l-imħabba ġeneruża tiegħek wisq aktar,

            għax is-sofferenza tiegħi hi kbira,

            u għax tant midinba ma jistħoqqlix l-għajnuna tiegħek.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Omm safja u tal-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ’l Alla fid-dinja.

Jew:  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Salm 89

Ħa tkun fuqna l-grazzja ta’ Alla Sidna

 

Quddiem il-Mulej, jum wieħed hu bħal elf sena u elf sena bħal jum wieħed (2 Pietru 3:8).

 

Mulej, int kont għalina *

kenn minn nisel għal nisel.
Qabel ma twieldu l-muntanji, †

qabel ma tnisslu l-art u d-dinja, *
minn dejjem ta’ dejjem int, o Alla.

 

Int treġġa’ l-bnedmin lejn it-trab, *

u tgħidilhom: “Erġgħu lura, intom bnedmin!”
Elf sena huma għalik bħall-jum tal-bieraħ, li għadda, *

jew bħal sahra tal-lejl.

 

Int taħsadhom, u jsiru bħal ħolma. *

Huma bħall-ħaxix li jinbet filgħodu;
filgħodu jwarrad u jħaddar, *

filgħaxija jidbiel u jinxef.

 

Ninsabu mifnija bil-qilla tiegħek, *

mibluha minħabba l-għadab tiegħek.
Int ġibt quddiem għajnejk ħtijietna, *

dnubietna l-moħbija fid-dawl ta’ wiċċek.

 

Il-jiem kollha tagħna jgħibu minħabba qilltek, *

jintemmu bħal tnehida s-snin ta’ ħajjitna.
Żmien ħajjitna hu b’kollox sebgħin sena; *

l-iżjed tmenin, jekk inkunu f’saħħitna;
u l-biċċa l-kbira taħbit u niket; *

malajr jgħaddu, u aħna mmorru magħhom.

Min jista’ jifhem il-qawwa tal-qilla tiegħek? *

Min jista’ jqis il-biża’ tal-għadab tiegħek?

 

Għalhekk għallimna ngħoddu jiem ħajjitna, *

sabiex aħna nimxu bil-għaqal.

Dur lejna, Mulej! Kemm se ddum? *

Ħenn għall-qaddejja tiegħek.
Imliena kmieni bit-tjieba tiegħek, *

biex nifirħu u nithennew ħajjitna kollha.
Ferraħna daqskemm għakkistna, *

għas-snin li fihom rajna l-ħsara.

 

Ħa jidher għemilek quddiem il-qaddejja tiegħek, *

u l-kobor tiegħek quddiem uliedhom.
Ħa tkun fuqna l-grazzja ta’ Alla Sidna! *

Wettqilna int ix-xogħol ta’ jdejna.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Omm safja u tal-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ’l Alla fid-dinja.

Jew:  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Ant. 2  Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

Jew:  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

       Kantiku                                   lżaija 42: 10-16

Tifħir ‘l Alla rebbieħ u salvatur

 

Għannew għanja ġdida quddiem it-tron ta’ Alla (Apokalissi 14:3).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida; *

ħa jitla’ minn truf l-art it-tifħir tiegħu!
Ħa jsebbħu l-baħar u kull ma fih, *

il-gżejjer u min jgħammar fihom.

Jerfa’ leħnu d-deżert u l-ibliet tiegħu, *

l-irħula fejn jgħammru wlied Kedar;
jgħannulu ferħana dawk li jgħammru f’Selgħa, *

jgħajtu bil-ferħ fuq il-qċaċet tal-muntanji;
ħa jagħtu glorja lill-Mulej, *

u jxandru t-tifħir tiegħu fil-gżejjer.

 

Joħroġ il-Mulej bħal wieħed qawwi, *

u jqanqal bħal gwerrier il-ħeġġa tiegħu;
jgħajjat għajat b’leħen għoli, *

ħa juri kontra l-għedewwa l-qawwa tiegħu.

 

“Ili ħafna nżomm ruħi sieket, *

qgħadt bi kwieti u rażżant lili nnifsi.
Bħal mara fl-uġigħ tal-ħlas se ngħajjat, *

nonfoħ u nilheġ f’nifs wieħed;
il-muntanji u l-għoljiet nagħmilhom ħerba, *

innixxfilhom il-ħdura kollha tagħhom;
inbiddel ix-xmajjar fi gżejjer, *

innixxef fejn hemm l-ilma qiegħed.
Immexxi lill-għomja fi triq li ma jafux biha, *

mogħdijiet li ma jafuhomx inqabbadhom.
Id-dlam inbiddlu f’dawl quddiemhom, *

it-triqat mgħawġa nagħmilhomlhom dritti.”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

Jew:  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

Ant. 3  Iġbidna warajk, Xebba bla tebgħa, ejja niġru; il-fwejjaħ tiegħek fihom riħa li tgħaxxaq.

Jew:  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

Salm 145

Dawk li jafdaw f’Alla jafu l-ferħ veru x’inhu

 

Infaħħru l-Mulej tul ħajjitna kollha, jiġifieri, infaħħruh bl-imġiba tagħna (Arnobju).

 

 

Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej! †

Infaħħar il-Mulej tul ħajti kollha; *
ngħanni lil Alla tiegħi kemm indum ħaj.

 

La tittamawx fil-kbarat, *

għax il-bniedem ma jsalvakomx.
Malli toħroġ ruħu, lejn l-art jerġa’ jmur: *

jintemmu dakinhar ħsibijietu.

 

Hieni min f’Alla ta’ Ġakobb isib l-għajnuna tiegħu, *

min għandu t-tama fil-Mulej, Alla tiegħu,
li għamel is-sema, l-art u l-baħar, *

u kull ma jinsab fihom:
hu li jżomm kelmtu għal dejjem, †

li jagħmel ħaqq lill-maħqurin, *
u jagħti l-ħobż lill-imġewħin.

 

Il-Mulej li jeħles lill-imjassrin; *

il-Mulej li jiftaħ għajnejn l-għomja;
il-Mulej li jerfa’ lill-milwijin; *

il-Mulej li jħobb lill-ġusti;
il-Mulej li jħares lill-barranin; †

hu li jżomm lill-iltim u lill-armla, *
imma lill-ħżiena jħarbtilhom triqathom.

 

Il-Mulej isaltan għal dejjem; *

Alla tiegħek, Sijon, minn nisel għal nisel.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Iġbidna warajk, Xebba bla tebgħa, ejja niġru; il-fwejjaħ tiegħek fihom riħa li tgħaxxaq.

Jew:  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

L-EWWEL QARI                                                                                    Iżaija 43: 1

 

Imma issa dan jgħid il-Mulej,

            dak li ħalqek, Ġakobb,

dak li sawwrek, Iżrael:

            “La tibżax, għax jien fdejtek:

jien sejjaħtlek b'ismek; inti tiegħi.

 

Jew:                                                                                                          Galatin 4: 4-5                                                                                                  

Iżda meta waslet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu, mwieled minn mara, mwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta' wlied.

 

Jew:                                                                                                    Proverbji 8: 22-31                                                                                               

Marija fil-pjan ta’ Alla

 

Il-Mulej kellu lili sa mill-bidu ta' għemilu,

sa minn qabel l-eqdem għemejjel tiegħu.

Sa minn dejjem twaqqaft,

mill-bidu, qabel ma nbdiet id-dinja.

Kien għad m'hemmx l-ibħra l-kbar, meta tnissilt jien,

kien għad m'hemmx għejjun inixxu l-ilma;

Qabel ma tqiegħdu l-muntanji,

qabel l-għoljiet jien twelidt.

Kien għadu ma għamilx l-art bir-raba' tagħha,

u lanqas l-ewwel traba tal-art.

 

Meta ħejja s-smewwiet jien kont hemm,

meta ħażżeż dawra fuq wiċċ il-baħar kbir;

Meta saħħaħ is-smewwiet hemm fuq,

u qiegħed fis-sod in-nixxigħat ta' qiegħ il-baħar;

Meta ħażżeż trufijiet il-baħar,

biex l-ilmijiet ma jaqbżux trufhom;

Jien kont maġenbu bħala tfajjel,

l-għaxqa tiegħu, jum wara ieħor;

Nitliegħeb il-ħin kollu quddiemu;

nitliegħeb fuq l-art imħejjija għall-bnedmin;

nitgħaxxaq b'ulied il-bnedmin.

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mid-Diskorsi tal-isqof Sant’Anselmu. 

 

O Verġni, il-barka tiegħek hi barka għal kulħadd

           

Is-sema, il-kwiekeb, l-art u l-baħar, il-jum u l-lejl, dak kollu li hu taħt is-setgħa tal-bniedem jew jiswa għall-ġid tiegħu, kollox juri l-ferħ li bis-saħħa tiegħek, Sidtna Marija, b’xi mod reġa’ ħa l-ħajja mill-ġdid u ngħatatlu grazzja ġdida liema bħalha, u ntraddlu lura wkoll il-ġieh li kien tilef.  Għax kollox kien qisu mejjet.  Fil-bidu tagħhom il-ħwejjeġ maħluqa kellhom id-dinjita’ li jaqdu lill-bniedem biex permezz tagħhom stess iħaddem sewwa s-setgħa tiegħu, jew iservuh għall-ġid tiegħu, u hekk il-bniedem ifaħħar ‘l Alla; għalhekk issawru fil-bidu.  Iżda mbagħad tilfu din id-dinjita’, waqgħu fil-jasar u tneżżgħu minn ġmielhom, għax il-bniedem beda jinqeda ħażin bihom biex iservi l-idoli; ma kienx għalhekk li ssawru fil-bidu.  Imma issa jifirħu, għax donnhom ħadu ħajja ġdida u reġgħu kisbu d-dinjita’ li kellhom; għal darb’oħra qegħdin jaqdu lill-bniedem biex iħaddem tajjeb is-setgħa tiegħu, u għandhom il-ġieh li jservuh fil-ġid, biex hekk il-bniedem ifaħħar ‘l Alla.

           

U jekk qabel lil Alla kienu biss iħossuh bħala s-Sid li jmexxihom mill-għoli tiegħu bla ma jidher, issa dan Alla nnifsu, dak stess li ħalaqhom, deher fosthom jinqeda bihom u jqaddishom.  Dan il-ġid kollu xtered bis-saħħa tal-frott imbierek tal-ġuf imbierek ta’ Marija l-Verġni mbierka.

           

Għax bil-milja tal-grazzja tiegħek, o Marija, dawk li kienu marbuta f’art l-imwiet ħelsu u mtlew bil-ferħ; u dawk li huma fid-dinja qegħdin iġarrbu l-hena tat-tiġdid tagħhom.  Għax permezz ta’ Ibnek il-glorjuż, o Verġni glorjuża, il-ġusti kollha, li ħallew id-dinja qabel ma hu ħa l-mewt biex jagħtina l-ħajja, ferħu għax raw il-ktajjen tal-jasar tagħhom jitqaċċtu, u l-anġli faru bil-hena meta raw il-belt nofsha mġarrfa tagħhom mibnija mill-ġdid.

           

O mara, mimlija fuq li mimlija bil-grazzja, daqshekk, iva, reġa’ ssaħħaħ il-ħolqien kollu meta fuqu xterdet il-grazzja li mliet lilek u faret minnek.  O Verġni mbierka fuq li mbierka, il-barka tiegħek hi barka għal kulħadd, għax bik jitbierek mhux biss il-ħolqien mill-Ħallieq, iżda wkoll il-Ħallieq mill-ħolqien!

           

Alla minn ġo qalbu nissel lil Ibnu l-waħdieni u daqsu, ħabbu bħalma ħabb lilu nnifsu, u tah lil Marija: u minn Marija għamel għalih iben li kien l-istess wieħed, mhux ieħor; b’hekk wieħed, mhux ieħor; b’hekk wieħed hu l-iben naturali tat-tnejn, ta’ Alla u ta’ Marija.  Il-ħolqien kollu ħareġ minn idejn Alla, u Alla twieled minn Marija.  Alla ħalaq kollox, u Marija nislet ‘l Alla.  Alla għamel kollox, u hu għamel lilu nnifsu minn Marija; u b’hekk ġedded kull ma kien għamel.  Dak li bis-setgħa tiegħu għamel il-ħlejjaq kollha mix-xejn, wara li tħassru ma riedx iġeddidhom mingħajr Marija.

           

Għalhekk Alla hu missier il-ħolqien, Marija omm il-ħolqien il-ġdid.  Alla hu missier it-tqegħid ta’ kollox, Marija omm it-twaqqif mill-ġdid ta’ kollox.  Alla nissel lil dak li bih sar kollox, Marija wildet lil dak li bih ġie salvat kollox.  Alla nissel lil dak li mingħajru ebda ħaġa ma teżisti, Marija wildet lil dak li mingħajru ebda ħaġa ma hi sewwa.

           

Tassew il-Mulej miegħek, Marija, int li, bil-grazzja li tak hu, il-ħlejjaq kollha saru tant midjuna lejk talli reġgħu ngħaqdu miegħu.

 

 

 

 

RESPONSORJU    

                                                                 

Alla l-għoli libbisni bil-qawwa tiegħu. * Alla l-għoli libbisni bil-qawwa tiegħu.

Hu żammni fit-triq tal-qdusija. * U libbisni bil-qawwa tiegħu.

Glorja lill-Missier ... * Alla l-għoli libbisni bil-qawwa tiegħu.

 

Jew:

 

O Verġni Marija, ħadd m’hu daqsek mill-bniet ta’ Ġerusalemm, għax int omm ir-Re tar-Rejiet, int ir-Reġina tas-sema u tal-anġli. * Imbierka inti fost in-nisa,

u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek. * Imbierka inti ...

 

Kantiku ta’ Zakkarija Il-Mulej Alla qal lis-serp: Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha; hi tgħaffiġlek rasek, hallelujah.

Jew:    Qaddisa Marija, dejjem verġni, Omm Alla, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Zakkarija Il-Mulej Alla qal lis-serp: Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha; hi tgħaffiġlek rasek, hallelujah.

Jew:    Qaddisa Marija, dejjem verġni, Omm Alla, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:

   -       agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.

Salvatur tad-dinja, bil-grazzja qawwija tal-fidwa tiegħek int ħarist minn qabel lil

Ommok minn kull tebgħa ta’ dnub:

   -       żommna safja u mbiegħda mid-dnub.

Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed

qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu:

   -       agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.

Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-

ġisem:

   -       agħtina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek.  B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen. 

 

Talba Alternattiva

 

Missier, l-immagini tal-Verġni nsibuha fil-Knisja. Marija kelli fidi li l-Ispirtu tiegħek ipprepara u mħabba li qatt ma għarfet dnub, għax int żammejtha sa mit-tnissil mingħajr ebda tebgħa ta’ dnub. Fassal l-azzjonijiet tagħna fuq il-linji ta’ mħabbitha, u agħtina li f’qalbna nwieġbu bl-istess fidi tagħha. Ipprepara għal darb’oħra dinja għal Ibnek li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu,

Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

Il-Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

INNU

 

            Marija, inkurunata bid-dawl ħaj,

            tempju tal-Mulej,

            post ta’ paċi u qdusija,

            kenn tal-Verb.

 

            Misteru ta’ ħajja bla dnub

            fost in-natura midinba tagħna,

            mingħajr dell, int tirrifletti

            l-milja tal-grazzja.

 

            Verġni-Omm t’Alla,

            qajjimna meta naqgħu,

            li ġejt imsejjħa taħt is-Salib

            Omm tagħna lkoll.

 

            Missier, Iben u Spirtu s-Santu,

            is-Sema tkanta t-tifħir tiegħek;

            Marija tgħolli lil ismek

            għall-eternita.’

 

Jew:

 

            Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;

            ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.

Lilek ingħajtu, għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu

            F’dan il-wied tad-dmugħ.

 

Ejja, mela, avukata tagħna,

            dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena;

u wrina, wara dan it-turufnament,

            lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.

O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Int kollok ġmiel, Marija: ma ttebbajtx bid-dnub tan-nisel.

Jew:  Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Salm 135

Innu tal-Għid

 

Meta nfakkru l-egħmejjel tal-Mulej inkunu nfaħħruh (Kassjanu)

 

I

Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Roddu ħajr lil Alla fuq l-allat, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Roddu ħajr lis-Sid tas-sidien, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 

Hu waħdu jagħmel għeġubijiet kbar *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Hu li għamel is-smewwiet bil-ħsieb, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Li firex l-art fuq l-ilmijiet, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Li għamel id-dwal il-kbar, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Għamel ix-xemx biex taħkem fuq il-jum, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Il-qamar u l-kwiekeb biex jaħkmu fuq il-lejl, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Int kollok ġmiel, Marija: ma ttebbajtx bid-dnub tan-nisel.

Jew:  Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

           

Ant. 2 Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Jew:  Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

II

Hu darab l-Eġizzjani f’uliedhom il-kbar, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

U ħareġ lil Iżrael minn ġo nofshom, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Ħariġhom b’id qawwija u bi driegħ merfugħ, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 

Hu feraq fi tnejn il-Baħar tal-Qasab, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
U għadda lil Iżrael minn ġo nofsu, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Ġarraf il-Fargħun u l-eżerċtu tiegħu

fil-Baħar tal-Qasab, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 

Hu mexxa fid-deżert il-poplu tiegħu, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
U xejjen slaten qawwija, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Qered slaten kbar, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Qered lil Siħon, sultan tal-Amurrin, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
U ‘l Għog, sultan ta’ Basan, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
U l-art tagħhom qassamha b’wirt, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
B’wirt lil Iżrael, qaddej tiegħu, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 

Meta konna magħkusin ftakar fina, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
U ħelisna mill-għedewwa tagħna, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Lil kulħadd hu jagħti l-ikel, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 

Roddu ħajr lil Alla tas-smewwiet, *

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Jew:  Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Ant. 3 Ilbiesek ta’ bjuda li tgħammex, bħas-silġ, u wiċċek bħax-xemx.

Jew:  Kulħadd igħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

                    Kantiku                                    Efesin 1: 3-10

Alla s-Salvatur tagħna

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih, †

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †

permezz ta’ Ġesù Kristu, *
skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet.

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

jiġifieri, li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Ilbiesek ta’ bjuda li tgħammex, bħas-silġ, u wiċċek bħax-xemx.

Jew:  Kulħadd igħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

 

 

 

L-EWWEL QARI                                                                                Rumani 5: 20-21

 

Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja. B'hekk, kif id-dnub saltan permezz tal-mewt, hekk issa l-grazzja ssaltan permezz tal-ġustizzja għall-ħajja ta' dejjem bis-saħħa ta' Ġesù Kristu Sidna.

 

Jew:                                                                                                          Efesin 5: 25-27                                                                      

Kristu ħabb il-Knisja u ta ħajtu għaliha. U dan għamlu biex iqaddisha u jnaddafha bil-ħasil tal-ilma u l-kelma u biex iressaqha quddiemu, din il-Knisja, sabiħa, bla tebgħa, bla tikmix, bla għajb, u b'xejn minn dan, imma qaddisa u bla tmaqdir minn ħadd.

 

Jew:                                                                                                            Ġakbu 3: 13-18                                                                                                        

Hemm xi ħadd għaref u għaqli fostkom? Mela ħa juri bl-imġiba tajba tiegħu, għemilu bi ħlewwa għaqlija. Imma jekk intom għandkom l-għira u l-imrar f'qalbkom u ħsiebkom fil-ġlied, qisu li b'hekk ma tiftaħrux u tigdbu kontra l-verità. Dan m'hux l-għerf li ġej mis-sema, imma l-għerf ta' din l-art, tal-ġisem u tax-xitan. Għax fejn hemm l-għira u l-ġlied, hemm issib it-taqlib u kull xorta ta' ħażen. L-għerf li ġej mis-sema, qabel kollox hu għerf safi, imbagħad hu għerf li jfittex is-sliem, it-tjubija u l-ħlewwa; huwa kollu ħniena u frott tajjeb, bla ma jħares lejn l-uċuħ u bla qerq. Dawk li jfittxu s-sliem jiżirgħu fis-sliem u jkollhom il-frott tal-ġustizzja.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mill-omelija mogħtija fil-Konċilju ta’ Efesu minn San Ċirillu ta’ Alexandra, isqof

 

B’tifħir lil Marija, Omm Alla

 

Marija, Omm Alla, inselmulek. Kontenitur prezzjuz, li jistħoqqlok il-qima tad-dinja kollha, int id-dawl dejjem jiddi, il-kuruna tal-verġinita’, is-simbolu tat-twemmin, tempju qatt imġarraf, il-post li laqa’ lil min l-ebda post ma jesgħu, Omm u Verġni. Minħabba fik il-vanġeli mqaddsa setgħu jgħidu: Imbierek minn ġej f’isem il-Mulej.

 

Insellmulek, għax f’ġufek dak, li hu ’l fuq minn kull limitazzjoni, kien imqiegħed. Minħabba fik it-Trinita’ hi gglorifikata u adurata; is-salib imsejjaħ prezzjuż u meqjum mad-dinja kollha; is-sema teżalta; l-anġli u l-arkanġli jifirħu; ix-xjaten jaħarbu; id-dimonju hu mitfuħ l-isfel minn Ġenna; in-natura midinba tal-bniedem hi mgħollija ’l fuq; il-kreaturi kollha ppossessati bil-ġenn tal-idolatrija ġew mogħtija l-għarfien tal-verita’; dawn li jemmnu jirċievu l-magħmudija qaddisa; iż-żejt tal-ferħ hu mxerred; il-Knisja hi stabbilita’ mad-dinja kollha; il-pagani tresqu għall-indiema.

           

X’hemm aktar x’jingħad? Minħabba fik id-dawl tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla idda fuq dawk li kienu fid-dlam u dell il-mewt; il-profeti ħabbru l-kelma ta’ Alla; l-appostli ppridkaw is-salvazzjoni lill-Ġentili; il-mejtin qamu għall-ħajja, u rejiet saltnu bil-qawwa tat-Trinita’ qaddisa.    

 

RESPONSORJU                                       

 

Minn dan jien nagħraf li int kuntent bija. * Minn dan jien nagħraf li int kuntent bija.

Li l-għadu ma jifraħx minħabba fija. * Li int kuntent bija.

Glorja lill-Missier ... * Minn dan ...

 

Jew:

 

Ngħollik bit-tifħir, Alla tiegħi, għaliex għoġbok teħlisni. * Ngħollik bit-tifħir, Alla tiegħi, għaliex għoġbok teħlisni.  

U ma ferraħx l-għedewwa tiegħi bija. * Għaliex għoġbok teħlisni.

Glorja lill-Missier ... * Ngħollik ...

                 

Kantiku ta’ Marija Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek; imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, hallelujah.

Jew:  Kull nisel isejjaħli hienja: is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Marija Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek; imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, hallelujah.

Jew:  Kull nisel isejjaħli hienja: is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar.

 

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni

bla tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:

-         ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.

Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-

imnikktin, aħfer lill-midinbin:

-         agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.

Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:

-         agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.

Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:

-         bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

 

 

 

 

Talba

 

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek.  B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen. 

 

Talba Alternattiva

 

Missier, l-immagini tal-Verġni nsibuha fil-Knisja. Marija kelli fidi li l-Ispirtu tiegħek ipprepara u mħabba li qatt ma għarfet dnub, għax int żammejtha sa mit-tnissil mingħajr ebda tebgħa ta’ dnub. Fassal l-azzjonijiet tagħna fuq il-linji ta’ mħabbitha, u agħtina li f’qalbna nwieġbu bl-istess fidi tagħha. Ipprepara għal darb’oħra dinja għal Ibnek li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu,

Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

IT-TLIETA

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

 

 

INNU

 

Omm ta’ Kristu, tama tagħna, Patruna tagħna,

            Kewkba tal-baħar, id-dawl tagħna meta mfixkla,

            wassal sal-port ta’ dejjem

            lill-poplu qaddis ta’ Alla fi triqtu.

 

            Verġni b’vot imma Omm ta’ kull grazzja,

            magħżula minn Alla biex tkun għamartu,

            imbierka int: Il-kelma t’Alla emmint,

            l-‘Iva’ tiegħek bidlet il-‘Le’ t’Eva.

            Bint ta’ Alla, li ġarret lill-Qaddis tiegħu,

            għażiża għal kulħadd, Kristu, Ibnek il-maħbub,

            urina wiċċu, O Omm, bħal fid-dinja,

            iħobb lill-kulħadd, int wellidt lis-Salvatur tagħna.

 

 Jew: 

 

Ara l-ferħ tal-univers kollu.

            Ħa tkun l-għaqda ta’ Alla u bniedem fl-Iben tal-Verġni Marija

timlina bi stagħġib u adorazzjoni.

Bil-biża’ nqimu lit-Trinita’ qatt diviża

filwaqt li nkantaw it-tifħir ta’ Marija dejjem verġni,

it-tempju qaddis ta’ Alla,

u ta’ Alla nnifsu, Binha u l-Għarus bla tebgħa.

Lilu glorja għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Alla bagħat l-anġlu Gabrijiel għand Marija Verġni l-għarusa ta’ Ġużeppi.

Jew:  Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja lil min ħalaq kollox.

 

 

Salm 100

Stqarrija ta’ prinċep ġust

 

Jekk tħobbuni, tħarsu l-kmandamenti tiegħi (Ġwanni 14:15).

 

Ngħanni u nxandar it-tjieba u l-ġustizzja; *

lilek, Mulej, irrid ngħanni.
Irrid nimxi bil
-għaqal fit-triq il-perfetta; *

meta se tiġi għandi?

 

Inġib ruħi b’qalb safja ġewwa dari; *

ebda ħaġa ħażina ma nżomm quddiem għajnejja.
Nobgħod ‘il min jagħmel il-ħażen, *

u ma norbotx qalbi miegħu.

 

Qalb imħassra nżommha ‘l bogħod minni; *

il-ħażin ma rridx naf bih.
Min iqassas bil-moħbi fuq għajru, *

lil dan jien neqirdu.
Min għajnejh merfugħa u qalbu mkabbra, *

ma nistax inġerrgħu.

 

Inżomm għajnejja fuq it-twajbin tal-art, *

biex dawn joqogħdu miegħi.
Min jimxi fit-triq il-perfetta, *

dan hu li jaqdini.

Ma jgħammarx f’dari min jimxi bil-qerq: *

ma jżommx quddiemi min jitkellem bil-gideb.
Għodwa wara l-oħra neqred il-ħżiena kollha tal-art, *

biex inwarrab mill-belt tal-Mulej ‘il kull min jagħmel il-ħażen.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Alla bagħat l-anġlu Gabrijiel għand Marija Verġni l-għarusa ta’ Ġużeppi.

Jew:  Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja lil min ħalaq kollox.

 

Ant. 2  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

Jew:  Int nissilt lil dak li għamlek, u bqajt dejjem Verġni.

 

       Kantiku                 Daniel 3: 26, 27, 29, 34-41

It-talba ta’ Għażarija fin-nar

 

Indmu u erġgħu lura minn dnubietkom biex jinħafrulkom (Atti 3:19).

 

Imbierek int, Mulej, Alla ta’ missirijietna, *

ta’ min ifaħħrek, u ismek hu msebbaħ għal dejjem.
Għax int ġust f’dak kollu li għamiltilna, *

kull ma għamilt hu sewwa.
Għax dnibna u għamilna l-ħażin *

meta tlaqna lilek.

 

Minħabba f’ismek, Mulej, la titlaqniex għalkollox, *

la tħassarx il-patt tiegħek,
la twarrabx il-ħniena tiegħek minn fuqna, *

minħabba f’Abraham, il-ħabib tiegħek,
minħabba f’Iżakk, il-qaddej tiegħek, *

u minħabba f’Iżrael, il-qaddis tiegħek,
li lilu kont wegħidt nisel bla għadd, *

daqs il-kwiekeb tas-sema u daqs ir-ramel ta’ xatt il-baħar.

 

Għax aħna, Mulej, sirna iżgħar minn kull ġens ieħor, *

u minħabba dnubietna illum iċċekkinna fid-dinja kollha.

U bħal issa la hemm iżjed prinċep, *

la profeta u lanqas mexxej;
la hemm offerta tal-ħruq u lanqas sagrifiċċju, *

la għotja u lanqas inċens,
u lanqas baqa’ mkien fejn noffrulek l-ewwel frott tagħna, *

jew fejn nitolbuk il-ħniena.

 

Madankollu, b’qalbna mgħaffġa u ruħna mċekkna, *

jalla nkunu ningħoġbu quddiemek.
Qisna b’sagrifiċċju tal-ħruq ta’ ngħaġ u barrin, *

qisna b’eluf ta’ ħrief imsemmna;
ħa jkun hekk illum is-sagrifiċċju tagħna quddiemek, *

u jalla nimxu għal kollox warajk,
għax xejn ma jitħawdu *

dawk li jittamaw fik.

 

U issa b’qalbna kollha nimxu warajk, *

nibżgħu minnek u nfittxu lilek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

Jew:  Int nissilt lil dak li għamlek, u bqajt dejjem Verġni.

 

Ant. 3  Filwaqt li emmnet il-wegħda tal-Mulej, il-Verġni nisslet b’kelma bla ma ttiefset xbubitha, u baqgħet Verġni meta tat lid-dinja s-Salvatur.

Jew:  Imbierka inti mill-Mulej, o Verġni, għax bis-saħħa tiegħek ħadna sehem mill-frott tal-ħajja.

 

Salm 134: 1-12

Tifħir lill-Mulej għal għeġubijietu

 

Poplu miksub, xandar l-egħmejjel sbieħ ta’ dak li sejħilkom mid-dlam għad-dawl tiegħu tal-għaġeb (1 Pietru 2:9).

 

 

Faħħru isem il-Mulej, *

faħħruh, qaddejja tal-Mulej,
intom li qegħdin f’dar il-Mulej, *

fil-wesgħat ta’ madwar it-tempju ta’ Alla tagħna.

 

Faħħru l-Mulej, għax hu tajjeb, *

għannu lil ismu, għax hu sabiħ.
Għax għażel il-Mulej ‘il Ġakobb, *

lil Iżrael, biex ikun il-poplu tiegħu.

 

Naf tassew li kbir il-Mulej; *

fuq l-allat kollha Alla Sidna.
Kull ma jogħġbu l-Mulej jagħmlu †

fis-smewwiet u fuq l-art, *
fil-baħar u f’qiegħ l-ibħra kollha.

Hu jtella’ s-sħab minn truf l-art, †

jibgħat il-beraq u x-xita, *
joħroġ l-irjieħ mill-imħażen tiegħu.

 

Hu darab l-ulied il-kbar tal-Eġittu, *

kemm bnedmin u kemm bhejjem.
Sinjali u għeġubijiet għamel f’nofsok, Eġittu, *

u laqtu l-Fargħun u l-qaddejja tiegħu kollha.
Hu darab ġnus bla għadd, *

u qered slaten qawwija.
Qered ‘il Siħon, sultan tal-Amurrin, †

lil Għog, sultan ta’ Basan, *
u s-saltniet kollha ta’ Kangħan.

U l-art tagħhom qassamha b’wirt, *

b’wirt lil Iżrael, il-poplu tiegħu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Filwaqt li emmnet il-wegħda tal-Mulej, il-Verġni nisslet b’kelma bla ma ttiefset xbubitha, u baqgħet Verġni meta tat lid-dinja s-Salvatur.

Jew:  Imbierka inti mill-Mulej, o Verġni, għax bis-saħħa tiegħek ħadna sehem mill-frott tal-ħajja.

 

L-EWWEL QARI                                                                                       Filippin 2: 6-7

 

Hu li għad li kellu n-natura ta' Alla,

            Ġesu’ ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla.

Iżda xejjen lilu nnifsu,

            billi ħa n-natura ta' lsir,

sar jixbah lill-bnedmin,

            u deher minn barra bħala bniedem.

 

Jew:                                                                                                            Sirak 24: 1-16                                                                                                           

L-għerf ifaħħar lilu nnifsu,

            u jiftaħar f'nofs il-poplu tiegħu.

 

Jiftaħ fommu fil-ġemgħa tal-Għoli,

            u jiftaħar quddiem qawwietu.

"Jien ħriġt minn fomm l-Għoli

            u għattejt l-art bħan-nida.

Tellajt fl-għoli l-għarix tiegħi,

            u t-tron tiegħi kien kolonna sħab.

 

Waħdi dort id-dawra ta' fuq is-smewwiet,

            u mxejt f'qiegħ l-abbiss.

Ħadt f'idejja mewġ il-baħar u l-art kollha,

            u kull poplu u ġens.

Fost dawn kollha fittixt fejn nistrieħ    

            u f'art min immur noqgħod.

 

Mbagħad il-Ħallieq ta' kollox tani ordni,

            u dak li ħalaqni għażel post għall-għarix tiegħi,

Qalli: "Tella' l-għarix tiegħek f'Ġakobb,

            u iret sehmek f'Iżrael."

Qabel kull żmien, fil-bidu, ħalaqni,       

            u sa l-aħħar taż-żmien ma niġix nieqes.

Għamiltha ta' qaddej quddiemu fl-Għarix Imqaddes,

            u hekk tqigħedt fis-sod f'Sijon.

Hekk ukoll qegħedni nistrieħ fil-belt maħbuba,

            u s-setgħa tiegħi kienet fuq Ġerusalemm. 

U xenxilt għeruqi f'poplu ta' ġieh,        

f'sehem il-Mulej, fil-wirt tiegħu.

 

Għolejt bħal ċedru tal-Libanu,

            u bħal ċipressa fuq l-għoljiet tal-Ħermon.

Għolejt bħal palma f'Għajn-geddi,       

            u bħal xtieli tal-ward f'Ġeriko,

Bħal żebbuġa l-ġmiel tagħha f'wita,     

            u bħal dolf għolejt.

Bħall-kannella u l-akaċja rmejt il-fwejjaħ,

            bħall-mirra mill-aħjar sawwabt il-fwieħa,

Bħall-galbanu, l-oniċi u l-istoraċ,

            u bħad-duħħan tal-inċens fl-għarix.

Jien bħal terebint frixt il-friegħi tiegħi,

            u l-friegħi tiegħi huma friegħi ta' min jagħtihom ġieh u jitgħaxxaq bihom.

 

 

 

 

 

 

 

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mid-Diskorsi tal-Papa San Ljun il-Kbir

 

Marija nisslet fl-ispirtu qabel ma nisslet fil-ġisem

           

Alla għażel lil Marija, min-nisel tas-sultan David, biex il-Verb Ibnu jsir bniedem minnha.  Imma hi nissiltu f’ruħha qabel ma nisslitu fil-ġuf.  Skont il-pjan ta’ Alla, il-Verb kien se jsir bniedem bl-opri tal-Ispirtu s-Santu.  Biex hi ma tibqax fid-dlam dwar dak li kien se jsir fiha, kif wkoll biex ma tibżax tilqa’ dan it-tnissil mhux tas-soltu, Alla bagħat l-anġlu biex igħarrafha b’kollox.  B’hekk saret taf li xbubitha ma kinitx se tittiefes meta ssir Omm Alla.  Alla l-Għoli wegħedha li jixħet id-dell tal-qawwa tiegħu fuqha; x’seta’ jaqtgħalha qalbha minn dan il-mod ġdid ta’ tnissil? Hija emmnet, u l-anġlu wettaqha fil-fidi billi qalilha bil-għaġeb li kien diġa’ sar f’Elisabetta li, għalkemm ma setgħetx u ma stennietx li jkollha t-tfal, Alla taha li tnissel.  Hekk Marija qawwiet qalbha li Alla kien se jagħmel ma’ xebba verġni dak li għamel ma’ mara bla tfal.

 

RESPONSORJU    

                                                                 

Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. * Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.

Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej miegħek.

Glorja lill-Missier ... * Sliem għalik ...

 

Jew:

 

Wara t-twelid, o Marija, bqajt Verġni bla mittiefsa. * Wara t-twelid, o Marija, bqajt Verġni bla mittiefsa.  

Omm Alla, idħol għalina; * bqajt Verġni bla mittiefsa.

Glorja lill-Missier ... * Wara t-twelid ...

 

Kantiku ta’ Zakkarija Fl-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Kantiku ta’ Zakkarija Kantiku ta’ Zakkarija Fl-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb.

 

PREĊI

 

Illum qegħdin niċċelebraw il-bidu tas-salvazzjoni tagħna bit-Tħabbira tal-Mulej.

Bil-ferħ ta’ qalbna nitolbu ’l Alla u ngħidulu:

            Tidħol għalina quddiemek l-Omm qaddisa ta’ Alla.

Il-Verġni Marija laqgħet b’ferħ kbir l-aħbar li bagħattilha ma’ Gabrijel:

   -       agħmel, o Alla, li aħna wkoll nilqgħu s-Salvatur tagħna b’radd ta’ ħajr.

Int ħarist lejn iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħek:

   -       ftakar fina lkoll u ħenn għalina, għax int Missier ħanin.

Marija hija Eva l-ġdida li obdiet il-Kelma divina tiegħek:

   -       ħa jsir minna wkoll skont ir-rieda tiegħek.

Agħmel li l-Verġni mqaddsa Marija tkun il-għajnuna tal-imsejknin u ta’ min hu

qalbu mbeżżgħa u dgħajjef:

   -       tidħol bit-talb tagħha għall-kleru, għar-reliġjużi, u għall-poplu kollu.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Verb tiegħek isir bniedem bħalna fil-ġuf ta’ Marija Verġni; agħtina l-grazzja biex aħna, li nistqarru li l-Feddej tagħna hu Alla u bniedem, insiru wkoll nixbhuh fil-ħajja tiegħu ta’ Alla. B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

Il-Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

INNU

 

            Marija għandha post fil-Knisja li huwa

l-għola wara Kristu

u minkejja dan qrib ħafna tagħna

għax int għażiltha biex tagħti lid-dinja

propju dik il-Ħajja li ġġedded kollox,

Ġesu’ Kristu, ibnek u Sidna.

 

U għalhekk infaħħruk, Marija, verġni u omm.

Wara s-Salvatur innifsu, int biss kollok qdusija,

meħlusa minn kull tebgħa ta’ dnub,

imżejna bid-doni t’Alla sa mill-konċepiment

bi qdusija unika.

 

Marija, meħlusa minn kull dnub u mmexxija mill-Ispirtu s-Santu,

int għannaqt ir-rieda salvifika t’Alla b’qalbek kollha,

u ddedikajt lilek innifsek kompletament bħala l-qaddejja tal-Mulej

biex twettaq ir-rieda tiegħu f’ħajtek,

u għall-misteru tas-salvazzjoni tagħna.

 

Marija, l-oriġini tiegħek privileġġjata u mimlija bil-grazzja

hi l-aħħar pass t’Alla fil-preparazzjoni tal-umanita’

biex din tirċievi s-Salvatur f’forma umana.

 

Il-milja ta’ kull grazzja tiegħek hi s-sinjal li l-Missier

ta lill-Knisja li għażel

u anki l-wegħda tiegħu lejn il-Knisja

tal-perfezzjoni tiegħu bħala l-Għarusa ta’ Kristu,

tiddi bis-sbuħija.

 

Il-qdusija tiegħek fil-bidu ta’ ħajtek

hi tħabbira ta’ dik il-qdusija sħiħa

li biha l-Missier se jdawwar lill-poplu tiegħu,

meta Ibnu jiġi jiltaqa’ magħna fl-aħħar taż-żmien.

 

Jew:

 

            Marija, induru lejk b’kunfidenza,

li dejjem lesta tismana b’effett ta’ omm

u bil-qawwa li tassistina.

Konsolazzjoni ta’ min hu mnikket,

Saħħa tal-morda,

Kenn tal-midinbin,

għaqlalna l-faraġ fit-tiġrib,

mistrieħ fil-mard,

u qawwa ħielsa fid-djufijiet tagħna.

 

Int li int il-meħlusa mid-dnub, wassalna biex nikkombattu d-dnub.

Agħqlalna ir-rebħa tat-tama fuq id-dwejjaq,

ta’ ferħ u sbuħija fuq d-dlam u l-kruha,

ta’ viżżjonijiet eterni fuq dawk temporali,

ta’ ħajja fuq il-mewt.

Marija, mnissla mingħajr dnub,

itlob għalina li nersqu għandek.

 

 

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  L-Anġlu tal-Mulej ħabbar lil Marija, u hi nisslet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Jew:  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. 

 

Salm 136: 1-6

F’xatt ix-xmajjar ta’ Babel

 

Dan il-jasal temporali tal-poplu għandna nqisuh bħala eżempju tal-jasal spiritwali (San Ilarju).

 

F’xatt ix-xmajjar ta’ Babel, †

hemm qgħadna bilqiegħda u bkejna, *
aħna u niftakru f’Sijon.

Mas-siġar tal-luq li hemm fiha *

dendilna ċ-ċetri tagħna.

 

Għax hemm, dawk li jassruna *

talbuna ngħannulhom xi għanja;
dawk li hemm għakksuna †

stennew minna għana ta’ ferħ: *
“Għannulna mill-għana ta’ Sijon.”

 

Kif nistgħu ngħannu l-għana tal-Mulej *

f’art barranija?
Tibbiesli idi l-leminija, *

jekk qatt ninsa lilek, Ġerusalemm!
Jeħilli lsieni mas-saqaf ta’ ħalqi, *

jekk ma niftakarx fik,
jekk ma nżommx ‘il Ġerusalemm *

fuq kull ferħ tiegħi!

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  L-Anġlu tal-Mulej ħabbar lil Marija, u hi nisslet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Jew:  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. 

           

Ant. 2  Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla; int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben, u jkun jissejjaħ Bin Alla l-Għoli.

Jew:  Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd; daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu.

 

 

Salm 137

Radd ta’ ħajr

 

Is-slaten tal-art iġibu t-teori tagħhom lill-Belt qaddisa (Apokalissi 21:24)

 

Inroddlok ħajr, Mulej, b’qalbi kollha, *

għaliex int smajt kliem fommi.
Quddiem l-allat irrid ngħannilek. *

B’wiċċi fl-art ninxteħet

quddiem is-santwarju tiegħek,

u nroddlok ħajr għat-tjieba u l-fedeltà tiegħek, *

għax int kabbart ismek u kelmtek fuq kollox.

 

Meta sejjaħtlek int weġibtni, *

kattartli l-qawwa f’ruħi.
Iroddulek ħajr, Mulej, is-slaten kollha tal-art, *

għaliex semgħu l-kliem ta’ fommok.
U jgħannu l-imġiba tal-Mulej, *

għax kbir hu sebħ il-Mulej.
Kbir il-Mulej, imma jieħu ħsieb iż-żgħar; *

u, għalkemm fl-għoli, jagħraf mill-bogħod.

Jekk insib ruħi fl-għali, *

inti tħarisli ħajti;
terfa’ idek kontra l-għedewwa tiegħi, *

u l-leminija tiegħek issalvani mill-qilla tagħhom.
Il-Mulej iżomm kelmtu miegħi. †

It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem; *
la titlaqx għemil idejk!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla; int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben, u jkun jissejjaħ Bin Alla l-Għoli.

Jew:  Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd; daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu.

 

Ant. 3 Jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek.

Jew:  Il-Mulej kabbarlek ismek, hekk li l-bnedmin qatt ma jieqfu jfaħħruk.

 

                    Kantiku            Apokalissi 4: 11; 5:9, 10: 12

Innu tal-mifdijin

 

Mulej Alla tagħna, jistħoqqlok tirċievi *

l-glorja, il-ġieh u l-qawwa,
għax int ħlaqt il-ħwejjeġ kollha; *

bir-rieda tiegħek kienu u nħalqu.

 

Int jistħoqqlok tieħu l-ktieb *

u tikser is-siġilli tiegħu,
għax int qatluk, u b’demmek ksibt għal Alla *

bnedmin minn kull tribù u lsien,

minn kull poplu u ġens,

u għamilthom għal Alla tagħna Saltna u Qassisin *

li għad isaltnu fuq l-art.

 

Il-Ħaruf li kien maqtul jistħoqqlu jirċievi †

l-qawwa, l-għana, l-għerf u s-saħħa, *
il-ġieh u l-glorja u t-tifħir.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek.

Jew:  Il-Mulej kabbarlek ismek, hekk li l-bnedmin qatt ma jieqfu jfaħħruk.

 

L-EWWEL QARI                                                                                1 Ġwanni 1: 1-2

 

Dak li kien mill-bidu,

            dak li aħna smajna,

li rajna b'għajnejna,

            li lejh ħarisna

u li messew idejna,

            jiġifieri l-Kelma tal-ħajja

għax il-ħajja dehret;

            u aħna rajnieha u qegħdin nixhdu għaliha,

qegħdin inxandrulkom il-ħajja ta' dejjem

li kienet għand il-Missier u dehret lilna.

 

Jew:                                                                                                          Efesin 2: 12-22                                                                      

Ftakru li f'dak iż-żmien kontu mingħajr Kristu; kontu barra miċ-ċittadinanza ta' Iżrael, barranin għall-Patt tal-wegħda; kontu bla tama u bla Alla fid-dinja. Imma issa, fi Kristu Ġesù, intom, li darba kontu 'l bogħod, issa tqarribtu bis-saħħa tad-demm ta' Kristu.

 

Kristu hu s-sliem tagħna, hu, li minna t-tnejn għamel poplu wieħed, billi ġarraf il-ħajt li kien jifridna - il-mibegħda ta' bejnietna - u ħassar bis-sagrifiċċju ta' ġismu l-liġi bil-kmandamenti u l-preċetti tagħha. Mit-tnejn, ried b'hekk joħloq bih innifsu bniedem wieħed, il-bniedem il-ġdid, billi jagħmilhom paċi t-tnejn bejniethom jħabbibhom it-tnejn ma' Alla f'ġisem wieħed permezz tas-salib li bih qered il-mibegħda ta' bejniethom. Mbagħad ġie jħabbar is-sliem, sliem lilkom li kontu fil-bogħod, u sliem lil dawk li kienu fil-qrib. Permezz tiegħu, it-tnejn li aħna għandna bi Spirtu wieħed id-dħul għal għand il-Missier.

 

Għalhekk ma għadkomx aktar barranin u frustieri, imma intom ċittadini flimkien mal-qaddisin u nies tad-dar ta' Alla, mibnija lkoll fuq is-sisien tal-appostli u tal-profeti, fejn Kristu hu l-ġebla tax-xewka. Fih il-bini kollu jintrabat sewwa, jitla' f'tempju qaddis fil-Mulej; fih, intom ukoll fl-Ispirtu, tinbnew flimkien f'dar fejn jgħammar Alla.

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mid-Diskorsi tal-isqof Santu Wistin. 

 

Emmnet bil-fidi, nisslet bil-fidi

 

Nitlobkom tisimgħu sewwa x’qal Kristu Sidna meta midd idu lejn id-dixxiplu tiegħu: Dawn, ara, huma ommi u ħuti; kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li bagħatni, dak huwa ħija, u oħti, u ommi. Forsi l-Veġni Marija ma għamiltx ir-rieda tal-Missier?  Hija emmnet bil-fidi, nisslet bil-fidi, kienet magħżula biex minnha jitwildilna s-salvatur fost il-bnedmin, Kristu ħalaqha qabel ma hija nisslet lilu. 

 

Iva, il-Verġni mqaddsa għamlitha r-rieda tal-Missier, u għamlitha sewwa, u għalhekk għal Marija hi ħaġa aqwa li kienet waħda mid-dixxipli ta’ Kristu milli omm Kristu. Għalhekk Marija kienet hienja, għax qabel ma tat l-Imgħallem lid-dinja, hija ġibitu fil-ġuf.

 

RESPONSORJU                                       

 

Il-Verb sar bniedem, u għammar fostna. * Il-Verb sar bniedem, u għammar fostna.  

Hu kien fil-bidu ma’ Alla, * u għammar fostna.   

Glorja lill-Missier ... * Il-Verb ...

Jew:

 

Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd. * Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd.  

Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu * u ħatarha fost kulħadd. 

Glorja lill-Missier ... * Għażilha ...

                 

                  Kantiku ta’ Marija L-anġlu Gabrijel qal lil Marija: Sliem għalik, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek; imbierka inti fost in-nisa.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Kantiku ta’ Marija L-anġlu Gabrijel qal lil Marija: Sliem għalik, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek; imbierka inti fost in-nisa.

 

PREĊI

 

Il-Missier etern f’dan il-jum bagħat l-Anġlu tiegħu biex iħabbar is-Salvatur

tagħna lil Marija.  Nadurawh u b’fiduċja kbira ngħidulu:

Mulej, sawwab fuqna il-kotra tal-grazzji tiegħek.

Int għażilt lil Marija biex tkun Omm Ibnek:

-         ħenn għal dawk kollha li qegħdin jistennew il-fidwa bih.

Int, permezz ta’ Gabrijiel, ħabbart is-sliem u ferħ kbir lil Marija:

            agħti l-ferħ u s-sliem tassew lid-dinja kollha.

Permezz ta’ Marija, li laqgħet il-kelma tiegħek, u bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu,

int bgħatt il-Verb tiegħek biex igħammar fostna:

-         ħejji lil qalbna biex nilqgħu lil Kristu kif laqgħetu l-Verġni Marija.

Inti tħares lejn iċ-ċkejknin u timla bil-ġid lil min hu bil-ġuħ:

-         serraħ lil min hu mtaqqal, għin lil min hu fil-bżonn, ieqaf mal-moribondi.

Għalik ma hemm xejn li ma jistax isir, u int waħdek tagħmel l-għeġubijiet:

-         salva lilna u lil ħutna kollha meta fl-aħħar jum tqajjem lill-mejtin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Verb tiegħek isir bniedem bħalna fil-ġuf ta’ Marija Verġni; agħtina l-grazzja biex aħna, li nistqarru li l-Feddej tagħna hu Alla u bniedem, insiru wkoll nixbhuh fil-ħajja tiegħu ta’ Alla. B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

L-ERBGĦA

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

INNU

 

O Marija, minn nisa kollha

            int il-magħżula,

            li l-profeti wegħdu,

li tnissel l-Iben Imwiegħed;

Il-ġenerazzjoni Lhudija

ppreparat it-triq għalik,

li f’ġufek il-bniedem-Alla

jiġi u jeħles lill-bniedem.

 

            O Marija, int tirrapreżenta

            kull ma’ Alla għallem lir-razza tagħna,

            għax int l-ewwel u qabel kollox,

il-mimlija bil-grazzja tiegħu;

aħna nfaħħru dan il-ġieh meraviljuż

li int tajt ħajja lilU

li minn għandek ħa l-ġisem

u salvana minn dnubietna.

             

 

 

 

 Jew: 

 

Immil quddiemek, Verġni tal-verġni,

            għamara tal-Għarus divin,

tempju tal-Għerf etern,

santwarju tal-Ispirtu s-Santu,

palazz tat-Trinita’ Imbierka,

Omm mimlija mħabba u tjieba,

funtana ta’ sbuħija,

għejjun tal-għaġeb,

ċavetta tad-deheb tas-saltna t’Alla,

int l-ammirazzjoni tal-anġli,

il-ferħ tal-familja tal-bnedmin.

Min jista’ qatt jagħmel ġustizzja lill-glorja tiegħek,

lill-maesta’ tiegħek ta’ grazzja?

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet b’belt tal-Lhudija.           

Jew:  Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja lil min ħalaq kollox.

 

Salm 107

Tifħir lil Alla u talba għall-għajnuna

 

Alla refa’ lil Ibnu fil-għoli tas-smewwiet; għalhekk l-art kollha xxandar il-glorja ta’ Kristu (Arnobju).

 

Sħiħa qalbi, o Alla! *

Ħa ngħanni u ninseġ għanja:

Qum, ruħ tiegħi, qum, arpa u ċetra! *

Ħa nqajjem sbiħ il-jum!

 

 

Infaħħrek, Mulej, fost il-popli, *

ngħannilek fost il-ġnus;
għax m’ogħla s-smewwiet it-tjieba tiegħek, *

sas-sħab il-fedeltà tiegħek.

Ogħla ‘l fuq mis-smewwiet, o Alla! *

Uri l-glorja tiegħek fuq l-art kollha,
biex ikunu meħlusa l-għeżież tiegħek; *

għinna bil-leminija tiegħek u weġibna!

 

Tkellem Alla fis-santwarju tiegħu: †

“Ferħan nieħu b’sehmi lil Sikem, *
nagħmel oqsma mill-wied ta’ Sukkot.

Tiegħi hu Gilgħad, tiegħi Manasse, †

Efrajm hu l-elmu ta’ rasi, *
u Ġuda x-xettru tiegħi.

Moab lenbija fejn ninħasel, †

fuq Edom inqiegħed il-qorq tiegħi, *
fuq Filistja nifraħ rebbieħ!”

 

Min se jwassalni sal-belt bis-swar? *

Min se jeħodni sa Edom?
Mhux int, o Alla, li warrabtna, *

u li m’għadekx toħroġ mal-eżerċtu tagħna?

Agħtina l-għajnuna kontra l-għadu; *

għax xejn ma tiswa l-għajnuna tal-bniedem.
Bl-għajnuna ta’ Alla nuru ħilitna; *

hu li jisħaq l-għedewwa tagħna.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet b’belt tal-Lhudija.           

Jew:  Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja lil min ħalaq kollox.

 

Ant. 2  Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija tagħha qabżet fil-ġuf u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu.

Jew:  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

       Kantiku                                 Iżaija 61: 10-62: 5

Il-profeta jifraħ b’Ġerusalemm il-ġdida

 

Il-Belt il-qaddisa, Ġerusalemm il-ġdida, rajtha ... mhejjija bħal għarusa mżejna għall-għarus tagħha (Apokalissi 21:2).

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, *

taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi.

Għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, *

bil-mantar tal-ġustizzja għattieni,
bħal għarus imżejjen b’kuruna, *

bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

 

Bħalma l-art tnibbet l-inbiet, *

bħalma l-ġnien inibbet il-miżrugħ fih,
hekk il-Mulej inibbet il-ġustizzja *

u t-tifħir quddiem kollha kemm huma l-ġnus.

 

Minħabba f’Sijon ma nehdiex, *

minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx.
Bħal dija għad tfeġġ il-ġustizzja tagħha, *

bħal torċa għad taqbad is-salvazzjoni tagħha.

 

Il-ġustizzja tiegħek għad jarawha l-ġnus, *

u s-sebħ tiegħek jarawh is-slaten kollha.
B’isem ġdid għad isejħulek, *

isem li għad jagħżlu fomm il-Mulej.
Għad tkun kuruna ta’ ġmiel f’id il-Mulej, *

u dijadema ta’ sultan f’id Alla tiegħek.

Ma jgħidulekx aktar “il-mitluqa”, *

anqas lil artek ma jsejħulha aktar “l-imħarbta”.
Lilek għad isejħulek “għaxqti fiha”, *

u lil artek għad isejħulha “għarusa”;
għax l-għaxqa tal-Mulej fik; *

u artek għad titgħarras.

 

Bħalma għarus jitgħarras xebba, *

hekk jitgħarrsek il-Bennej tiegħek;
u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu, *

hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija tagħha qabżet fil-ġuf u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu.

Jew:  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

Ant. 3  Hienja int, Marija, għax int emmint li jseħħ kull ma bagħat jgħidlek il-Mulej.

Jew:  Imbierka inti mill-Mulej, o Verġni, għax bis-saħħa tiegħek ħadna sehem mill-frott tal-ħajja.

 

Salm 143: 1-10

Talba għar-rebħa u l-paċi

 

Għal kollox nista’ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini (Filippin 4:13).

 

Imbierek il-Mulej, il-blata tiegħi, †

li jħarriġli jdejja għat-taqbida *
u subgħajja għat-taqtigħa.

Tjieba tiegħi u qawwa tiegħi, *

kenn tiegħi u ħellies tiegħi,
tarka tiegħi, fih jien nistkenn; *

hu li jrażżan il-popli taħti.

 

Mulej, x’inhu l-bniedem biex taħseb fih, *

jew bin il-bniedem biex tiftakar fih?
Bħal daqxejn ta’ nifs hu l-bniedem; *

bħal dell li jgħaddi huma jiemu.

 

Ofroq, Mulej, is-smewwiet tiegħek, u inżel; *

miss l-għoljiet, u huma jdaħħnu.
Agħmel il-beraq u xerridhom; *

faqqa’s-sajjetti u ħarrabhom.

 

Midd idek mill-għoli, *

aħtafni mill-ilma kotran;
eħlisni minn id il-barrani, †

li b’fommu jgħid il-gideb, *
u b’lemintu jixhed il-qerq.

 

O Alla, għanja ġdida rrid ninsiġlek,*

fuq arpa ta’ għaxar kordi ngħannihielek.
Int li tagħti r-rebħa lis-slaten, *

li teħles lil David, il-qaddej tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Hienja int, Marija, għax int emmint li jseħħ kull ma bagħat jgħidlek il-Mulej.

Jew:  Imbierka inti mill-Mulej, o Verġni, għax bis-saħħa tiegħek ħadna sehem mill-frott tal-ħajja.

 

 

 

 

 

L-EWWEL QARI                                                                                       Joel 2: 27-3: 1a

 

U tagħrfu li jien ninsab f'nofs Iżrael,

            u li jiena l-Mulej, Alla tagħkom, u m'hemmx ħliefi!

u l-poplu tiegħi ma jkollu qatt iżjed mniex jistħi!

            "Wara dan, jiġri li jiena nsawwab

l-Ispirtu tiegħi fuq il-ħlejjaq kollha.      

            Uliedkom iħabbru, subjien u bniet, jaraw viżjonijiet.

 

Jew:                                                                                         Għanja tal-Għanjiet 2: 8-14                                                                                                    

Leħen il-maħbub tiegħi - arah, hu ġej,

            jaqbeż fuq il-muntanji,

jitqâbeż fuq l-għoljiet.

Il-maħbub tiegħi qisu xi għażżiela,

            jew ferħ iċ-ċriev.

Hemm huwa, wieqaf, wara l-ħajt tagħna,      

            iħares minn ġot-tieqa,

u jgħarrex wara l-gradi tal-ħadid.

Qabad jitkellem hu, il-maħbub tiegħi, u qiegħed jgħidli:

            "Maħbuba tiegħi, qum, ejja, sabiħa tiegħi!

 

Għax, ara, għaddiet ix-xitwa,

            spiċċat ix-xita, marret.

Fuq l-art ġa deher il-ward,

            iż-żmien tal-għana wasal,

fuq artna nstama' leħen il-gamiem.

Diġà beda mit-tin ħiereġ il-frott,

            n-nwar tad-dwieli jxerred riħa ħelwa.

Maħbuba tiegħi, qum, ejja,

            ġmiel tiegħi!

 

 

Ħamiema tiegħi ġewwa x-xquq tal-blat,

            moħbija ġo xi rdum,

Urini wiċċek,

            semmagħli leħnek,

Għax leħnek ħlejju,

            u sbejjaħ wiċċek.

 

IT-TIENI QARI

 

Mill-Enċiklika Redemptoris Mater tal-Papa Ġwanni Pawlu II

 

L-għemil sħiħ tas-salvazzjoni jinsab b'mod konċentrat f'Omm Alla

           

Meta Eliżabbetta selmet lil qariba ċkejkna tagħha li ġiet minn Nazzaret, Marija wieġbet bil-Magnificat. Fit-tislima tagħha, Eliżabbetta sejħet lil Marija “imbierka” minħabba “l-frott tal-ġuf tagħha,” umbagħad sejħitilha “imbierka” minħabba l-fidi tagħha. Dawn iż-żewġ barkiet jirreferu direttament għat-Tħabbira. Issa, fiż-Żjara, meta t-tislima ta’ Eliżabbetta tixhed dak il-mument sublimi, il-fidi ta’ Marija takkwista konoxxenza ġdida u espressjoni ġdida. Dak li baqa’ moħbi fil-fond tal-“ubbidjenza tal-fidi” fit-Tħabbira issa jista’ jingħad li ħiereġ fid-deher bħal fjamma ċara li tagħti l-ħajja tal-Ispirtu.

 

Il-kliem li użat Marija fid-daħla tagħha fid-dar ta’ Eliżabbetta, huma professjoni ispirata tal-fidi tagħha, fejn ir-risposta tagħha għall-kelma rrivelata hija espressa bl-eżaltazzjoni reliġjuża u poetika tal-esseri kollu tagħha lejn Alla. F’dawn il-kelmiet sublimi, li huma fl-istess waqt sempliċi ħafna u totalment ispirati mill-iskrittura tal-poplu ta’ Iżrael, tiddi l-esperjenza personali ta’ Marija u l-estasi tal-qalb tagħha. Fihom jiddi raġġ tal-misteru ta’ Alla, il-glorja tal-qdusija bla għajb tiegħu, l-imħabba eterna li bħal don li ma jinbidilx tidħol fl-istorja tal-bniedem.

 

Marija hi l-ewwel waħda li taqsam f’din ir-rivelazzjoni ġdida ta’ Alla u fl-istess waqt f’din “l-għotja” ġdida ta’ Alla nnifsu. Għalhekk tistqarr: “Għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar, qaddis hu l-isem tiegħu.” Kliemha jirriflettu il-ferħ tal-Ispirtu li hu diffiċli tesprimi: “L-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur  tiegħi.” Tabilħaqq, “il-verital-aktar profonda ta’ Alla u s-salvazzjoni tal-bniedem hi rrivelata lilna fi Kristu, li hu fl-istess waqt il-medjatur u l-milja tar-rivelazzjoni.”

Fl-eżultazzjoni tagħha, Marija tistqarr li ssib lilha nnifisha fil-qalb ta’ din il-milja ta’ Kristu. Hi konxja li l-wegħda magħmula lil missirijiet, l-ewwel nett “lil Abraham u nislu għal dejjem,” qed isseħħ fiha. Hi għalhekk għandha l-konoxxenza li fiha bħala Omm Kristu hi t-totalita’ ekonomika tas-salvazzjoni, fejn “minn żmien għal żmien” huwa rrivelat hu li, bħala Alla tal-Patt, “jiftakar fil-ħniena tiegħu.”

 

RESPONSORJU    

                                                                 

Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd. * Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd.  

Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu * u ħatarha fost kulħadd. 

Glorja lill-Missier ... * Għażilha ...

 

Jew:

 

Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. * Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.

Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej miegħek.

Glorja lill-Missier ... * Sliem għalik ...

 

Kantiku ta’ Zakkarija Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, infexxet f’għajta kbira u qalet: Minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi?

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Zakkarija Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, infexxet f’għajta kbira u qalet: Minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi?

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:

   -       agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.

Verb etern, int għallimt lil Ommok tagħżel għaliha s-sehem it-tajjeb:

   -       agħtina li nagħmlu bħalha, billi nfittxu l-ikel li jsaħħaħna għall-ħajja ta’

dejjem.

Salvatur tad-dinja, bil-grazzja qawwija tal-fidwa tiegħek int ħarist minn qabel lil

Ommok minn kull tebgħa ta’ dnub:

   -       żommna safja u mbiegħda mid-dnub.

Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed

qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu:

   -       agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem, li tista’ kollox, meta l-Verġni mqaddsa Marija saret Omm Ibnek, qabel ma tatu lid-dinja int nebbahtha biex tmur iżżur lil Eliżabetta; agħmel li aħna wkoll inġibu ruħna skont ma jnebbaħna l-Ispirtu s-Santu, biex inkunu nistgħu, flimkien ma’ Marija, infaħħru dejjem il-kobor tiegħek. B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

Il-Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

 

INNU

 

            X’ferħ,

x’kuntentizza hemm fil-ġenna!

 

Il-fergħa miz-zokk ta’ Ġesse,

imħawla żmien ilu,

fi żmien il-patrijarki,

            illum nibtet u bdiet tikber.

 

Minnha se toħroġ Fjura

li ddestinata li tfejjaq id-dinja,

Fjura li l-fwieħa tagħha tqajjem lill-mejtin,

li t-tomgħa tagħha tfejjaq lill-morda,

u li s-sbuħija tagħha tgħaxxaq lill-anġli.

Fjura bajda u ħamra

li l-anġli jixxenqu li jaraw.

 

Jew:

 

            Ħares lejn Marija, il-maħbuba tiegħi,

            fik, meta Gabriel daħal għandha

u staqsietu biex tifhem aħjar ir-rieda t’Alla:

“Kif ikun dan?”

u l-ministru tal-Ispirtu wieġeb

lil Marija u qallha: “Għal Alla faċli,

kollox faċli għalih” –

kemm żammitha b’vera meta semgħet, u qalet:

“Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej.”

 

Għalhekk ġie, b’mod li hu jaf kif,

hu tqanqal u ġie bil-mod li għoġob lilu,

hu daħal u għammar fiha mingħajr ma hija fehmet,

irċevietu bla tbatija ta’ xejn.

Hu kien f’ġufha bħala tarbija,

u minkejja dan, id-dinja kollha kienet mimlija bih.

B’imħabbtu hu ġie hawn biex iġedded

l-immaġini qadima t’Adam.

 

Jew:

 

Ave Maria, gratia plena, dominus tecum,
benedicta tu in mulieribus,
et benedictus fructus ventris tui, Jesu.
Sancta Maria, Mater Dei,
ora pro nobis peccatoribus,
nunc et in hora mortis nostrae. Amen.

 

Jew:

 

Sliema għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek,         

imbierka inti fost in-nisa,

u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesu'.

Qaddisa Marija, Omm Alla, 

itlob għalina midimbin,

issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Marija daħlet għand Żakkarija, u sellmet lil Eliżabetta.

Jew:  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

 

 

 

Salm 138: 1-18, 23-24

Alla jara kollox

 

Min qatt għaraf moħħ il-Mulej? Min qatt kien il-kunsillier tiegħu? (Rumani 11:34)

 

I

Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni; †

int taf meta noqgħod u meta nqum, *
int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti.

Int tagħraf il-mixi u l-waqfien tiegħi; *

triqati kollha inti tafhom sewwa.
Inkun għadni anqas lissint il-kelma, *

meta int, Mulej, tkun ġa tafha kollha.

Dawramejt inti tħaddanni, *

u tqegħedli idek fuqi.
L-għerf tiegħek tal-għaġeb, †

ma nwassalx għalih; *
għoli wisq, ma nlaħħaqx miegħu.

Fejn immur ‘il bogħod mill-ispirtu tiegħek? *

Jew fejn nista’ naħrab minn quddiem wiċċek?
Jekk nitla’ fis-smewwiet, hemm int; *

jekk nimtedd f’qiegħ l-art, int hemm ukoll.
Jekk nilbes il-ġwienaħ tas-sebħ, *

u mmur ngħammar fi truf il-baħar,
hemm ukoll tilħaqni idek. *

u taqbadni l-leminija tiegħek.
Jekk ngħid: “Ħa jaħbini d-dlam, *

ħa jkunli d-dawl lejl madwari,”
anqas id-dlam ma hu mudlam; †

għalik il-lejl jiddi bħan-nhar; *
id-dlam bħad-dawl għalik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Ant. 1  Marija daħlet għand Żakkarija, u sellmet lil Eliżabetta.

Jew:  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

           

Ant. 2  Malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ.

Jew:  Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

 

II

Għax int sawwart il-ġewwieni tiegħi, *

u f’ġuf ommi inti nsiġtni.
Inroddlok ħajr, għax tal-għaġeb għamiltni: †

tal-għaġeb huma l-għemejjel tiegħek. *
U ‘l ruħi inti tafha tajjeb.

 

Ma kienx moħbi għadmi minnek, †

meta kont qiegħed insir fis-satra *
u nintiseġ fil-qigħan tal-art.

Raw għajnejk l-għemejjel tiegħi: *

kollha nkitbu fil-ktieb tiegħek;
u jiemi kienu ġa magħduda *

meta ebda wieħed ma kien għad hemm.

 

Kemm huma tqal ħsibijietek għalija, o Alla! *

Kemm hu bla tarf l-għadd tagħhom!
Li kelli ngħoddhom, huma aktar mir-ramel; *

x’ħin nasal fl-aħħar, inkun għadni fil-bidu miegħek.

 

Għarbilni, o Alla, u agħraf qalbi; *

iflini, u kun af ħsibijieti.
Ara iniex miexi fi triq ħażina, *

u mexxini fit-triq ta’ dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ.

Jew:  Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek, il-frott tal-ġuf tiegħek.

Jew:  Iġbidna warajk, Xebba bla tebgħa, ejja niġru; il-fwejjaħ tiegħek fihom riħa li tgħaxxaq.

 

                    Kantiku                             Kolossin 1: 12-20

Kristu hu l-kbir fost il-ħlejjaq kollha,

Il-kbir li qam mill-imwiet

 

Roddu ħajr lill-Missier, †

li għamilkom denji *
li tissieħbu fil-wirt tal-qaddisin fis-saltna tad-dawl.

Hu ħelisna mill-ħakma tad-dlam, *

u daħħalna fis-saltna ta’ Ibnu l-għażiż,

li bih għandna l-fidwa, *

il-maħfra tad-dnubiet.

 

Hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, *

il-kbir fost il-ħlejjaq kollha;
għax bih kien maħluq kollox: *

fis-sema u fl-art,
dak kollu li jidher †

u dak kollu li ma jidhirx, *
troni u ħakmiet, prinċpati u setgħat.

 

 

Kollox bih u għalih kien maħluq, †

hu qabel kollox, *
u kollox bih qiegħed iżomm.

Hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja; †

hu l-bidu, il-kbir li qam mill-imwiet, *
sabiex ikun hu l-ewwel f’kollox.

 

Fih għoġobha tgħammar il-milja kollha tad-divinità, *

fih Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu,
u bid-demm tiegħu, imxerred fuq is-salib, *

ġieb is-sliem permezz tiegħu fis-sema u fl-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek, il-frott tal-ġuf tiegħek.

Jew:  Iġbidna warajk, Xebba bla tebgħa, ejja niġru; il-fwejjaħ tiegħek fihom riħa li tgħaxxaq.

 

L-EWWEL QARI                                                                                1 Pietru 5: 5b-7

 

Ilbsu l-umiltà ma' xulxin għax:

            “Alla jiqfilhom lill-kburin

U jagħti l-grazzja lill-umli.”

Kunu mela umli taħt l-id setgħana ta' Alla,

biex hu jerfagħkom meta jkun il-waqt.

Ixħtu fuqu l-ħsibijiet kollha tagħkom

għax hu jaħseb fikom.

 

Jew:                                                                                                          Kolossin 3: 12-17                                                                  

Intom il-magħżulin ta' Alla, il-qaddisin u l-maħbubin tiegħu. Ilbsu mela sentimenti ta' ħniena, tjieba, umiltà, ħlewwa u sabar. Stabru b'xulxin, u jekk xi ħadd minnkom ikollu xi jgħid ma' ħaddieħor, aħfru lil xulxin; bħalma l-Mulej ħafer lilkom, hekk agħmlu intom ukoll. U fuq kollox ilbsu l-imħabba, li hi l-qofol tal-perfezzjoni. Ħalli s-sliem ta' Kristu jsaltan fi qlubkom, dak is-sliem li għalih kontu msejjħa biex issiru ġisem wieħed. U ta' dan roddu ħajr lil Alla. Ħalli l-kelma ta' Kristu tgħammar sħiħa fikom; għallmu bl-għerf kollu u widdbu lil xulxin b'salmi u innijiet u b'għana spiritwali, u b'radd il-ħajr kantaw f'qalbkom innijiet lil Alla. Kull ma tagħmlu jew tgħidu, agħmlu kollox f'isem il-Mulej Ġesù, u roddu ħajr lil Alla l-Missier permezz tiegħu.

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mill-Omiliji ta’ San Beda l-Venerabbli, saċerdot. 

 

Marija tfaħħar lill-Mulej għal li għamel magħha

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi. B’dawn il-kelmiet, Marija stqarret l-ewwelnett id-doni speċjali mogħtija lilha, u mbagħad semmiet il-grazzji ġenerali li Alla sa mill-bidu qatt ma jonqos li jagħti lill-bnedmin.

 

Tfaħħar il-kobor tal-Mulej ir-ruħ ta’ dak li jingħata kollu kemm hu biex ifaħħar u jaqdi lil Alla bis-sentimenti kollha tiegħu, u jħares il-kmandamenti tiegħu ħalli juri li qiegħed dejjem iżomm fi ħsiebu s-setgħa u l-kobor tiegħu. Jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħu l-ispirtu ta’ dak li l-għaxqa waħdanija tiegħu hi t-tifkira ta’ min ħalqu, li minnu jittama s-salvazzjoni ta’ dejjem.

           

Mela dawn il-kelmiet joqgħdu tajjeb fuq ix-xofftejn tal-perfetti kollha; imma kien jixraq l-iżjed li tgħidhom l-Omm qaddisa ta’ Alla, li, bi privileġġ speċjali, l-ispirtu tagħha kien imħeġġeġ bl-imħabba lejn dak li ferraħha bit-tnissil tiegħu minnha bħala bniedem. Kellha raġun Marija tifraħ wisq iżjed mill-qaddisin l-oħra b’Ġesu’, is-Salvatur tagħha, għax hi mhux biss għarfitu bħala l-għajn eterna tas-salvazzjoni, imma wkoll kienet taf li hu l-stess li se jitwieled minnha bħala bniedem, b’mod li l-istess persuna tkun tassew Binha u Sidha.

           

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Stqarret li l-kobor kollu tagħha ma kien xejn mertu tagħha, imma don ta’ dak li hu setgħani u kbir fih innifsu, u jkabbar u jqawwi lill-fidili ċkejknin u dgħajfin tiegħu.

           

Għamlet tajjeb li żiedet tgħid: Qaddis hu l-isem tiegħu. B’hekk wissiet lil dawk kollha li jisimgħu dawn il-kelmiet, anzi wriethom kif għandhom minnufih jemmnu f’isem il-Mulej u jsejħulu, biex huma wkoll jistgħu jkollhom sehem mill-qdusija ta’ dejjem u mis-salvazzjoni vera, skont il-kliem tal-profeta: U jiġri li kull min isejjaħ isem il-Mulej ikun salv. Għax dan hu l-isem li Marija fehmet meta aktar ‘il fuq qalet: U l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi.

           

Minn hawn ġejja d-drawwa tassew sabiħa u ta’ fejda fil-Knisja mqaddsa, li l-fidili kollha, fl-Uffiċċju tal-għasar, itennu kuljum il-kantiku ta’ Marija, ħalli b’hekk it-tifkira tal-inkarnazzjoni tal-Mulej tħeġġeġ sikwit lill-insara bl-imħabba, u l-eżempju ta’ Omm Alla jsaħħuhom u jwettquhom dejjem iżjed fil-virtu’.  U hi ħaġa f’waqtha li dan isir fil-għasar, biex wara t-taħbit tal-ġurnata u t-tixrid fuq il-ħafna ħsibijiet, ir-ruħ tagħna, meta jasal ħin il-mistrieħ, tinġabar fiha nfisha f’għaqda waħda ma’ dak li jkollha fi ħsiebha.

 

RESPONSORJU                                       

 

Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. * Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.

Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej miegħek.

Glorja lill-Missier ... * Sliem għalik ...

 

Jew:

 

Hienja int, Marija, għax emmint li għad iseħħ dak kollu li l-Mulej bagħat igħidlek. U Marija qalet: * Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej.  

Ejja, u isma, u ngħidlek l-għemejjel kbar li Alla għamel miegħi. * Ruħi tfaħħar …

                 

Kantiku ta’ Marija Kull nisel isejjaħli hienja, għaliex Alla xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tiegħi, qaddejja tiegħu.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Marija Kull nisel isejjaħli hienja, għaliex Alla xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tiegħi, qaddejja tiegħu.

 

 

 

 

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

O Alla, li tagħmel l-egħgubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni

bla tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:                                     

-         ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebh.

Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:                     

-         agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.

Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:

-         agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża

tagħha ta’ omm.

Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:

-         bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

Talba

 

O Alla ta’ dejjem, li tista’ kollox, meta l-Verġni mqaddsa Marija saret Omm Ibnek, qabel ma tatu lid-dinja int nebbahtha biex tmur iżżur lil Eliżabetta; agħmel li aħna wkoll inġibu ruħna skont ma jnebbaħna l-Ispirtu s-Santu, biex inkunu nistgħu, flimkien ma’ Marija, infaħħru dejjem il-kobor tiegħek. B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

IL-ĦAMIS

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

INNU

 

Verġni mwielda, aħna mmilu quddiemek;

Imbierek il-ġuf li weldek;

Marija, Omm ħelwa u umli,

imbierka kienet f’Binha.

imbierka l-qaddejja li temgħatek;

imbierka kienet l-id li mexxietek;

imbierka kienet l-għajn materna

li ħarset it-tfulija tiegħek.

 

Imbierka hi mill-ħolqien kollu,

li weldet is-salvazzjoni tad-dinja;

u mbierka dejjem dawk,

li l-aktar iħobbuk u jaqduk l-aħjar.

Verġni mwielda, aħna mmilu quddiemek;

imbierek il-ġuf li weldek;

Marija, Omm ħelwa u umli,

imbierka kienet f’Binha.

             

 

 

 

 Jew: 

 

Qaddisa Vergni Marija, Omm Alla

Jiena niġi quddiemek, fix-xejn kollu tiegħi,

biex inġedded id-devozzjoni tiegħi kollha lejk,

Kun issa u għal dejjem

l-Omm, l-avukata u l-protetriċi tagħna;

saltan fuqna bħala s-Sultana sovrana tagħna,

ħarisna mill-waqgħat,

u jekk naqgħu

agħtina l-għajnuna biex nerġgħu nqumu mingħajr dewmien.

Uri lilek innifsek bħala Omm Alla,

li f’idejha ġew fdati l-midinbin kollha;

kun int il-patruna tagħna lkoll

flimkien ma Ibnek il-maħbub.   

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Għidulna, ragħajja: lil min rajtu? Min deher fuq l-art? Rajna l-Mulej imwieled, u l-qtajja’ tal-anġli jfaħħruh.

Jew:  Omm safja u tal-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ’l Alla fid-dinja.

 

Salm 142:1-11

Talba fid-dwejjaq

 

Il-bniedem ma jkunux iġġustifikat bl-opri tal-liġi, imma bil-fidi f’Ġesu’ Kristu (Galatin 2:16).

 

Mulej, isma’ t-talba tiegħi, †

agħtini widen, nitolbuk bil-ħniena; *
weġibni minħabba l-fedeltà u l-ġustizzja tiegħek.

Tressaqx għall-ħaqq lill-qaddej tiegħek, *

għax ebda bniedem ma hu ġust quddiemek.

 

Għax l-għadu għamel għalija, *

mal-art tefagħni taħt riġlejh:
fid-dlam xeħetni ngħammar, *

bħal min imut għal dejjem.
Ruħi tinfena minn ġewwa, *

qalbi titniehed ġewwa fija.
Niftakar fiż-żmien l-imgħoddi, †

naħseb f’kull ma int għamilt, *
għemil idejk dejjem fi ħsiebi.

Lejk immidd idejja, *

ruħi bħal art bil-għatx tixtieqek.

 

Fittex weġibni, Mulej! *

Ruħi tinsab bla saħħa.
La taħbix wiċċek minni, *

li ma nkunx bħal min nieżel għall-qabar.
Fakkarni mas-sebħ fi tjubitek, *

għax fik jien nittama.
Għarrafni t-triq li minnha għandi ngħaddi, *

għax lejk jien nerfa’ ruħi.

 

Eħlisni mill-għedewwa, Mulej, *

għax inti l-kenn tiegħi.
Għallimni nagħmel ir-rieda tiegħek,

għax int Alla tiegħi. *
L-ispirtu tajjeb tiegħek imexxini fuq art watja.

 

F’ġieħ ismek, Mulej, agħtini l-ħajja, *

oħroġni mil-għawġ minħabba l-ġustizzja tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Ant. 1  Għidulna, ragħajja: lil min rajtu? Min deher fuq l-art? Rajna l-Mulej imwieled, u l-qtajja’ tal-anġli jfaħħruh.

Jew:  Omm safja u tal-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ’l Alla fid-dinja.

 

Ant. 2  L-anġlu qal lir-ragħajja: Ġibtilkom aħbar ta’ ferħ kbir, għax illum twildilkom is-Salvatur tad-dinja.

Jew:  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

       Kantiku                                   Iżaija 66: 10-14a

Faraġ u ferħ fil-belt imqaddsa

 

Ġerusalemm ta’ fuq hi ħielsa, li hi ommna (Galatin 4:26).

 

Ifirħu lil Ġerusalemm, u thennew biha, *

intom ilkoll ħbieb tagħha!
Aqbżu bil-ferħ, intom ilkoll *

li qsamtu swied il-qalb magħha!
Hekk intom terdgħu u tixbgħu *

minn sider il-faraġ tagħha;
terdgħu u titgħaxxqu *

minn sider is-sebħ tagħha.

Għax dan jgħid il-Mulej: †

“Arani! Se nifrex fuqha s-sliem bħal xmara *
u bħal xmara tfur il-ġid tal-ġnus.

It-trabi tagħha fuq id-dirgħajn jintrefgħu, *

u jżiegħlu bihom fuq l-irkubbtejn.

Bħalma omm tfarraġ lil binha, †

hekk jiena nfarraġ lilkom, *
u f’Ġerusalemm titfarrġu.”

 

Taraw u tifraħ qalbkom, *

u għadamkom bħal ħaxix iħaddar.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  L-anġlu qal lir-ragħajja: Ġibtilkom aħbar ta’ ferħ kbir, għax illum twildilkom is-Salvatur tad-dinja.

Jew:  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

Ant. 3  Illum twildilna tifel, u jsemmuh Alla l-qawwi.

Jew:  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

Salm 146: 1-11

Is-setgħa u t-tjieba tal-Mulej

 

Lilek, o Alla, nfaħħru: lilek b’Mulej nistqarru.

 

Faħħru l-Mulej, †

għax tajjeb li tgħanni lil Alla tagħna; *
għax ħelu u xieraq it-tifħir tiegħu.

 

Jibni ‘l Ġerusalemm il-Mulej, *

jiġma’ l-imxerrdin ta’ Iżrael.
Hu jfejjaq il-qlub maqsuma, *

u jorbot il-ġrieħi tagħhom.
Hu jgħodd in-numru tal-kwiekeb; *

kollha jsejħilhom b’isimhom.
Kbir Sidna l-Mulej, u ta’ qawwa kbira; *

bla tarf id-dehen tiegħu.
Jerfa’ l-imsejknin il-Mulej, *

u jniżżel sa l-art il-ħżiena.

 

Għannu lill-Mulej innu ta’ radd il-ħajr; *

doqqu fuq l-arpa lil Alla tagħna.
Hu li jiksi bis-sħab is-smewwiet, †

iħejji għall-art ix-xita, *
u jnibbet il-ħaxix fuq l-għoljiet.

 

Hu jipprovdi lill-bhejjem l-għalf tagħhom, *

u lill-frieħ taċ-ċawl meta jgħajtu.
Ma jitgħaxxaqx bis-saħħa taż-żiemel, *

anqas b’riġlejn in-nies b’saħħithom.
Jitgħaxxaq il-Mulej b’min għandu l-biża’ tiegħu, *

u b’min jittama fit-tjieba tiegħu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Illum twildilna tifel, u jsemmuh Alla l-qawwi.

Jew:  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

L-EWWEL QARI                                                                                       Lhud 1: 1-2

 

Alla fl-imgħoddi kellem lil missirijietna ħafna drabi u b'ħafna manjieri permezz tal-profeti. Issa f'dan l-aħħar żmien, huwa kellimna permezz ta' Ibnu, li hu għamlu werriet ta' kollox, u li bih ukoll għamel il-ħolqien.

 

Jew:                                                                                                               Titu 2: 11-12                                                                                                           

Għax dehret il-grazzja ta' Alla, għas-salvazzjoni lill-bnedmin kollha; hi trawwimna nwarrbu l-ħażen u l-ġibdiet tad-dinja, biex ngħixu bir-rażna u l-ġustizzja u t-tjieba f'dan iż-żmien.

 

Jew:                                                                                       Għanja tal-Għanjiet 6: 9-10                                                                                                     

Imma waħda biss il-ħamiema tiegħi, waħda l-perfetta tiegħi,

            hi l-waħdanija t'ommha,

hi biss l-għażiża ta' dik li wilditha.

Rawha x-xebbiet, qalulha li hi hienja,

            rġejjen, konkubini, lkoll faħħruha:

"Min hija dik li tielgħa bħaż-żerniq,

            sabiħa donnha l-qamar, tiddi bħax-xemx,

tal-biża' bħall-eżerċtu lest għat-taqbida?"

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mid-Diskorsi tal-isqof Santu Wistin ta’ Villanova

(Omelija fuq it-Twelid ta’ Marija II, 7-9)

 

Omm tal-krejatur tagħha!

           

X’mara meraviljuża, li tkun l-omm tal-krejatur tiegħek! X’unur għal dik il-mara, li jkollha iben li jkun daqs Alla. Il-Missier iħobb lil ibnu; l-Omm tifraħ b’binha. Il-Missier jgħid lil Iben: Fil-ġuf, qabel il-kewba ta’ filgħodu, Jiena sawwartek; l-Omm tgħid lil binha: Fil-ġuf, Jiena, Vergni, ġibtek fid-dinja.

 

Hija mistgħaġba bil-glorja li hi stess għandha, u l-anqas hi stess ma tista’ tifhem l-unur tagħha, għaliex kif hija saret l-omm tal-krejatur, hija saret l-aqwa u l-aħjar xebba u reġina tal-ħolqien kollu. Tassew, Marija, is-Setgħani għamel miegħek ħwejjeg kbar; tassew għaliex għamlek l-omm tiegħu stess, u kull nisel ta’ kull żmien jibda jsejjħlek hienja.        

 

RESPONSORJU 

                                                                 

Inti mbierka, Verġni Marija, għaliex ġarrejt fik lill-Mulej, il-Ħallieq tad-dinja. * Omm ta’ min ħalqek, inti tibqa’ verġni għal dejjem.

Sliem għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek. * Omm ta’ min ...

 

 

 

 

 

Jew:

 

Is-Sultan tas-smewwiet għoġbu jitwieled għalina minn ommu xebba, biex lill-bniedem li kien mitluf jerġa’ jsejjaħlu għas-saltna tas-sema. * Tifraħ il-qtajja’ tal-anġli, għax Alla nnifsu ġie biex isalva lill-bniedem.

Glorja ’l Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. * Tifraħ il-qtajja’ ...

 

Kantiku ta’ Zakkarija Ħienja int, Marija, għax int emmint li jseħħ kull ma bagħat igħidlek il-Mulej.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Zakkarija Ħienja int, Marija, għax int emmint li jseħħ kull ma bagħat igħidlek il-Mulej.

 

PREĊI

 

Il-Verb ta’ Alla li kien qabel kull żmien, twieled għalina fi żmiena. Infaħħruh kif

jistħoqqlu u b’qalbna ferħana ngħidulu :

Tifraħ l-art, Mulej, bil-miġja tiegħek.

Kristu inti l-Verb etern ta’ Alla li niżilt fl-art u fawwartha bil-hena:

   -       ibqa’ ferraħ lil qalbna bil-grazzja taż-żjara tiegħek.

Salvatur tagħna, bi twelidek urejtna li Alla jżomm kelmtu magħna:

-       agħmel li nżommu sa l-aħħar il-kelma li tajnieh u nħarsu l-wegħdiet tal-magħmudija.

Sultan tas-sema u l-art, int bgħatt l-anġli biex iħabbru s-sliem lill-bnedmin:

   -       żommna fis-sliem tiegħek tul ħajjitna kollha.

Mulej, int ġejt fostna biex tkun id-dielja tassew li troddilna frott il-ħajja:

   -       agħmel li nibqgħu dejjem fik bħal friegħi ħajja, biex ma nisfgħux bla frott.

 

Missierna, eċċ.

 

 

 

 

 

 

Talba

 

O Alla li tista’ kollox, aħna mtlejna bid-dawl ġdid tal-Verb tiegħek magħmul bniedem. Agħmel, għalhekk, li d-dawl tal-fidi li qiegħed jiddi f’ruħna, ikun jidher ukoll fl-għemil tagħna. B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Talba Alternattiva

 

O Alla li tista’ kollox u Missier id-dawl, Tarbija ġiet mogħtija lilna u ngħatalna iben. Il-Kelma eterna tiegħek niżlet mis-sema fil-ħemda tal-lejl, u issa l-knisja tiegħek hija mimlija bil-ferħ bil-preżenza ta’ Alla fostha. Iftħilna qlubna biex nirċevu l-ħajja tiegħu u saħħaħ dawl għajnejna mas-sebħ, ħalli ħajjitna tkun mimlija bil-glorja u l-paċi tiegħu, Hu li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

Il-Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

INNU

 

Min hi din it-tarbija,

li qed tistrieħ f’ħoġor Marija?

li l-anġli jsellmu b’għanjiet ħelwin,

filwaqt li l-għassa r-ragħajja jżommu?

Dan, dan hu Kristu ir-Re,

li r-ragħajja jgħassu u l-anġli jkantaw;

ħaffu, ħaffu, biex tatu l-aħbar,

it-Tarbija, l-Iben ta’ Marija. 

 

Kif jinsab fil-faqar ta’ stalla,

kejn il-baqra u l-ħmir qed jieklu?

Nisrani tajjeb, ibża’, għax għall-midinbin

il-Kelma siekta qed titkarrab.

Imsiemer, lanza għad jinfduh,

is-salib jinġarr għalija, għalik:

Sliem, sliem, lill-Kelma saret bniedem,

it-Tarbija, l-Iben ta’ Marija! 

 

Mela ġibulu nċens, deheb u mirra,

ejjew, ragħajja, slaten biex takkwistawh;

rr-re ta’ rejjiet, salvazzjoni jġib,

ħa jsaltan fil-qlub li jħobbuh.

Għolu, għolu l-kant fil-għoli,

il-Verġni tgħanni għanjietha:

nifirħu, nifirħu, għax twieled Kristu,

it-Tarbija, l-Iben ta’ Marija! 

 

Jew:

 

            Tifraħ l-omm u s-smewwiet,

xebba u sħaba, verġni u tron,

il-ftaħir u l-pedament tal-Knisja tagħna.

Interċedi bil-ħrara għalina

biex permezz tiegħek

ikollna l-ħniena f’Jum il-Ġudizzju

u nirċievu l-ġid etern

li lesta Alla għal dawk li jħobbuħ,

permezz tal-grazzja u l-imħabba

ta’ Sidna Ġesu’ Kristu,

li flimkien mal-Missier u mal-Ispirtu Santu

nagħtuh glorja, setgħa u unur

issa u għal dejjem u għall-eternita’.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Tiegħek is-setgħa sa minn twelidek fuq l-għoljiet imqaddsa, sa minn qabel is-sebħ bħan-nida jien nissiltek. 

Jew:  Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.  

 

Salm 143

Radd il-ħajr wara r-rebħa u s-sliem

 

Idejh kienu mħarġa għat-taqbida meta rebaħ id-dinja; u qal:

“Jiena rbaħtha d-dinja” (San Ilarju).

 

I

Imbierek il-Mulej, il-blata tiegħi, †

li jħarriġli jdejja għat-taqbida *
u subgħajja għat-taqtigħa.

Tjieba tiegħi u qawwa tiegħi, *

kenn tiegħi u ħellies tiegħi,
tarka tiegħi, fih jien nistkenn; *

hu li jrażżan il-popli taħti.

 

Mulej, x’inhu l-bniedem biex taħseb fih, *

jew bin il-bniedem biex tiftakar fih?
Bħal daqxejn ta’ nifs hu l-bniedem; *

bħal dell li jgħaddi huma jiemu.

 

 

Ofroq, Mulej, is-smewwiet tiegħek. u inżel; *

miss l-għoljiet, u huma jdaħħnu.
Agħmel il-beraq u xerridhom; *

faqqa’s-sajjetti u ħarrabhom.

 

Midd idek mill-għoli, *

aħtafni mill-ilma kotran;
eħlisni minn id il-barrani, †

li b’fommu jgħid il-gideb, *
u b’lemintu jixhed il-qerq.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Tiegħek is-setgħa sa minn twelidek fuq l-għoljiet imqaddsa, sa minn qabel is-sebħ bħan-nida jien nissiltek. 

Jew:  Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.  

                       

Ant. 2 Għand il-Mulej hemm it-tjieba u l-fidwa għandu bil-kotra.

Jew: Alla l-Għoli qaddes il-għamara tiegħu.

 

II

O Alla, għanja ġdida rrid ninsiġlek,*

fuq arpa ta’ għaxar kordi ngħannihielek.
Int li tagħti r-rebħa lis-slaten, *

li teħles lil David, il-qaddej tiegħek.

 

Mis-sejf tal-ħażin ħarisni; *

eħlisni minn id il-barrani,
li b’fommu jgħid il-gideb, *

u b’lemintu jixhed il-qerq.

 

 

Ħa jkunu wliedna f’żgħożithom *

bħal xitel imlaħħaq sewwa;
uliedna l-bniet bħal kolonna minquxa, *

iżejnu l-irkejjen tal-palazzi.
Ħa jkunu l-imħażen tagħna mfawra, *

u jagħtu kull xorta ta’ ġid.
L-imrieħel bl-eluf iwelldu, †

għaxriet ta’ eluf fir-raba’ tagħna; *
ħa jkunu tqal il-bhejjem tagħna.

Ebda selħa fis-swar, u ebda ħarba, *

anqas għajat ta’ niket fil-pjazez tagħna.

 

Hieni l-poplu li għandu dan kollu! *

Hieni l-poplu li Jaħweh hu Alla tiegħu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Għand il-Mulej hemm it-tjieba u l-fidwa għandu bil-kotra.

Jew: Alla l-Għoli qaddes il-għamara tiegħu.

 

Ant. 3 Fil-bidu u qabel kull żmien, il-Verb kien Alla; hu llum twieled biex isalva d-dinja.

Jew:  Kulħadd igħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

                    Kantiku       Apokalissi 11: 17-18; 12: 10b-12a

Il-ħaqq ta’ Alla

 

Niżżuk ħajr, Mulej, Alla li tista’ kollox, †

li int u li kont, *
talli ħadt il-qawwa kbira tiegħek u bdejt issaltan.

Il-ġnus imtlew bil-korla, †

imma ġiet il-korla tiegħek *
u wasal iż-żmien li jsir ħaqq mill-mejtin,

u jingħata l-ħlas mistħoqq *

lill-qaddejja tiegħek il-profeti,
lill-qaddisin u ‘l dawk li jibżgħu minn ismek, *

kemm iż-żgħar u kemm il-kbar.

 

Issa ġiet is-salvazzjoni u l-qawwa

u s-saltna ta’ Alla tagħna *
u s-setgħa tal-Messija tiegħu,

għax twaddab ‘il barra dak li jixli ‘l ħutna, *

li lejl u nhar jixlihom quddiem Alla tagħna.

 

U huma ħarġu rebbieħa fuqu

bis-saħħa ta’ demm il-Ħaruf *
u bis-saħħa tax-xhieda li taw,

u xejn ma għożżew ħajjithom, *

hekk li ħadu saħansitra l-mewt.
Għalhekk ifirħu, smewwiet, *

u intom li tgħammru fihom.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Fil-bidu u qabel kull żmien, il-Verb kien Alla; hu llum twieled biex isalva d-dinja.

Jew:  Kulħadd igħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

L-EWWEL QARI                                                                                1 Ġwanni 1: 1-2

 

Iżda meta waslet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu, mwieled minn mara, mwieled taħt il-Liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta' wlied.

 

 

 

Jew:                                                                                                          Efesin 2: 12-22                                                                      

Araw b'liema għożża ħabbna l-Missier; nistgħu nissejjħu wlied Alla, u hekk aħna tassew. Għalhekk id-dinja ma tagħrafniex, għax ma għarfitx lilu. Għeżież, issa aħna wlied Alla, imma x'se nkunu 'l quddiem m'huwiex irrivelat lilna. Madankollu nafu li meta jidher hu, aħna nkunu bħalu, għax narawh kif inhu. Kull min għandu din it-tama fih, jissaffa bħalma safi huwa Kristu.

 

Kull min jagħmel id-dnub jikser ukoll il-liġi; għax id-dnub huwa l-ksur tal-liġi. U intom tafu li Ġesù deher biex ineħħi d-dnubiet, hu, li ma hemm ebda dnub fih. Kull min jgħammar fih ma jidnibx; iżda kull min jidneb, lil Ġesù la rah u lanqas għarfu. Uliedi, tħallux min iqarraq bikom. Min jagħmel il-ġustizzja, hu ġust fih innifsu, bħalma Kristu huwa ġust. Iżda min jagħmel id-dnub ġej mix-Xitan, għax ix-Xitan dineb sa mill-bidu. Kien għalhekk li deher l-Iben ta' Alla, biex iħott kull ma għamel ix-Xitan.

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mill-omelija tal-isqof San Ġwann Grisostmu 

 

It-twelid ta’ iben Marija

 

Emmnu dak li ngħidu fuq il-Verġni mbierka, u la tidejqux issejħulha kemm qaddejja kif ukoll Omm Alla, kemm verġni kif ukoll omm. Hija l-qaddejja bħala l-krejatura tiegħu li twieled minnha; hija l-Omm ta’ Alla għaliex permezz tagħha Alla ħa n-natura ta’ bniedem. Hija verġni għaliex hija ma nisslitx f’ġufha bl-intervent ta’ bniedem; hija omm għaliex hija weldet u saret omm ta’ dak li kien imnissel mill-Missier qabel kull żmien.

 

Hija għalhekk l-omm tas-Sultan tal-anġli u ommna; minn għandha l-Iben ta’ Alla ħa l-ġisem u bih qagħad għat-tisliba. Tixtieq tkun taf kemm il-Verġni hija għola mill-qawwiet tas-sema? Mela isma’ b’attenzjoni. Huma jgħattu wiċċhom u jtiru bil-biża’ u r-roda, imma hija toffri lill-umanita’ kollha lil Alla, u permezz tagħha nirċievu l-maħfra ta’ dnubietna. Hija weldet lil dak li l-anġli igglorifikaw meta ġew biex jadurawh fit-twelid tiegħu. Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, kantaw u paċi fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu.

 

RESPONSORJU                                       

 

Wara t-twelid, o Marija, bqajt Verġni bla mittiefsa. * Wara t-twelid, o Marija, bqajt Verġni bla mittiefsa.  

Omm Alla, idħol għalina; * bqajt Verġni bla mittiefsa.   

Glorja lill-Missier ... * Wara t-twelid ...

 

Jew:

 

Ngħollik bit-tifħir, Alla tiegħi, għaliex għoġbok teħlisni. * Ngħollik bit-tifħir, Alla tiegħi, għaliex għoġbok teħlisni. 

U ma ferraħx l-għedewwa tiegħi bija. * Għaliex għoġbok teħlisni. 

Glorja lill-Missier ... * Ngħollik bit-tifħir ...

                                   

Kantiku ta’ Marija Illum twieled Kristu; illum deher is-Salvatur; illum fuq l-art igħannu l-angli u jifirħu l-arkanġli; illum jimtlew bl-hena l-ġusti, u jgħidu: Glorja ’l Alla fl-ogħla tas-smewwiet.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Marija Illum twieled Kristu; illum deher is-Salvatur; illum fuq l-art igħannu l-angli u jifirħu l-arkanġli; illum jimtlew bl-hena l-ġusti, u jgħidu: Glorja ’l Alla fl-ogħla tas-smewwiet.

 

PREĊI

 

Meta twieled Kristu, l-anġli xandru s-sliem lid-dinja. Nitolbu bil-ferħ lis-Salvatur

tagħna u b’qima kbira ngħidulu :

Ħa jġib is-sliem fid-dinja t-twelid tiegħek, Mulej.

Mulej, imla l-Knisja tiegħek b’kull ġid:

-         int li tfarraġha bil-misteru ta’ twelidek.

Inti ġejt biex tkun ir-Ragħaj il-kbir tagħna u l-Għassies ta’ rwieħna:

-         agħmel li l-Papa u l-Isqfijiet tagħna jkunu amministraturi tajba tal-grazzja tiegħek, li hi  ta’ ħafna xorta.

Sultan ta’ dejjem, int bħala bniedem għext ħajja qasira u ridt tgħaddi mit-tiġrib

tagħna l-bnedmin:

-       agħmel li aħna, minn din il-ħajja dgħajfa u li tintemm, ngħaddu għal miegħek fil-ħajja ta’ dejjem.

Int, li d-dinja kollha stennietek, ġejt fil-milja taż-żminijiet:

   -       ħenn għal dawk li għadhom jistennewk u wrihom li inti fostna.

Int sirt bniedem bħalna u ġeddidt in-natura tagħna mħassra bil-mewt:

   -       ġedded fis-sħiħ u għal dejjem lil ħutna l-mejtin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int b’mod tal-għaġeb ħlaqt il-bniedem fil-kobor tiegħu, u b’għaġeb akbar ġeddidtu wara li waqa’. Agħmel li nissieħbu ma’ Kristu fin-natura tiegħu ta’ Alla, kif hu għoġbu jieħu sehem magħna fin-natura tagħna l-bnedmin. Hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Talba Alternattiva

 

O Alla kollok imħabba, Missier ta’ kulħadd, bil-Kelma tiegħek li saret bniedem, keċċejt id-dlamijiet li kienu jgħattu d-dinja. Għamilna poplu ta’ dan id-dawl.

Għamel li nkunu fidili lejn il-Kelma tiegħek, ħalli nġibu il-ħajja tiegħek fid-dinja li hi nxenqa għalih. Dan nitolbuh bi Kristu Sidna.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

IL-ĠIMGĦA

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

INNU

 

Dak Alla li l-art u s-sema

jaduraw u jgħollu bit-tifħir,

li tagħhom qawwijietu, u t-tifħiru jxandru,

għoġbu jgħammar f’ġisem Marija.

 

O Omm imbierka! Santwarju magħżul

fejn l-Arkitet divin,

li f’idejh iżomm l-art u s-sema,

sab il-kenn fil-moħba fejn qagħad:

 

Imbierka fil-messaġġ li Gabriel ġab;

imbierka fix-xogħol li l-Ispirtu niseġ;

aktar imbierka, li ġġib tarbija

lil dak li d-dinja ilha mxenqa għalih.

 

Mulej, il-Verġni mwielda, għalik

kull tifħir u glorja għall-eternita’,

li mal-Missier naduraw

u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem.

             

 

Jew:  

 

Verġni tal-Verġni,

għażiltek illum

bħala s-sovrana, ir-reġina, l-imperatriċi,

u niddikjara lili nnifsi, kif filfatt jien,

il-qaddej u l-iskjav tiegħek.

 

Ninvoka l-isem rjali tiegħek Marija,

li jfisser, Sinjura sovrana,

u nitolbok b’qalbi kollha

biex iddaħħalni fiċ-ċirku privileġġuż

tal-familja tiegħek

bħala wieħed mill-qaddejja,

biex nagħmel ir-rieda tiegħek

bħala skjav umli u ibnek maħbub.

 

Bħala sinjali li aċċettajtni

naqqax f’qalbi

bin-nar ta’ mħabbtek,

mhux it-timbru ta’ skjav imġiegħel,

imma dawk iż-żewġ kelmiet imbierka tal-anġlu:

Ave Marija.

 

Sakemm għadni ħaj

ħa tkun imħabbtek li tiżgurani

li jien inġib dawn il-kliem

f’qalbi u fil-memorja tiegħi,

u li sa l-aħħar nifs ta’ ħajti

ir-rieda tiegħi tkun dejjem imħeġġa

bix-xewqa kbira tiegħi li nservik,

sovrana u reġina tiegħi,

glorjuża fil-maesta’ tiegħek.

Minkejja li bl-ebda mod ma jistħoqqli

it-titlu ta’ tant unur,

jien nilqa’ b’siċerita’ li nkun l-iskjav tiegħek,

li nservik b’qalbi kollha,

li nħares lil ismek,

u dak ta’ Ibnek,

kontra kull insult,

sakemm ikun possibli għalija,

u ma nħalli lil ħadd madwari

jofferdi lil Ibnek b’xi mod.

Bl-imħabba tiegħek lejn Ibnek,

bil-glorji li rċevejt

mingħand it-Trinital-Aktar Qaddisa,

twarrabnix mis-servizz tiegħek

imma bħala s-sovrana u r-reġina tiegħi

ħu kontroll fuq l-azzjonijiet tiegħi kollha,

ikkmandani dak li trid,

idderiġi x-xogħol tiegħi kollu,

irranġa d-difetti fih.

 

Matul ħajti kollha

saltan fuqi

bħala l-qaddej u l-iskjav tiegħek.

fis-siegħa ta’ mewti,

kif nittama

fl-aħħar tas-servizz ta’ mħabba tiegħi

fost il-membri privileġġati tal-familja tiegħek,

ilqa’ r-ruħ tiegħi

u wassalha

fil-preżenza ta’ Alla.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Mulej Ġesu’, miegħek tingħaqad ruħi.

Jew:  Minn Marija twieled Ġesu’ li jsejħulu l-Messija.

 

 

 

 

 

 

 

 

Salm 50

O Alla, ħenn għalija

 

Iġġeddu fl-ispirtu tal-fehma tagħkom u ilbsu il-bniedem il-ġdid (Efesin 4:23-24).

 

Ikollok ħniena minni, o Alla, fi tjubitek; *

fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.
Aħsilni kollni mill-ħtija tiegħi; *

naddafni mid-dnub tiegħi. –

 

Għax jien nagħrafhom ħtijieti; *

id-dnub tiegħi dejjem quddiemi.
Kontrik biss jiena dnibt, *

u dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt.
Hekk jingħaraf is-sewwa tal-kelma tiegħek, *

u bla tebgħa jidher il-ħaqq tiegħek.

 

Ara, jiena ssawwart fil-ħtija, *

u fid-dnub nisslitni ommi.
Int li tħobb il-qalb sinċiera, *

għallimni l-għerf fil-fond ta’ qalbi.

 

Roxxni bl-ilma, u nissaffa; *

aħsilni, u aktar mis-silġ nibjad.
Agħmel li nisma’ l-ferħ u l-hena, *

biex għadmi, li int sħaqt, jithenna.

 

Dawwar wiċċek minn ħtijieti; *

ħassar ħżuniti kollha.
Oħloq fija qalb safja, o Alla, *

u spirtu qawwi ġedded fija.

 

 

La twarrabnix minn quddiemek; *

tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek.
Roddli l-hena tas-salvazzjoni tiegħek, *

u bi spirtu qalbieni wettaqni.

 

Lill-midinbin ngħallem triqatek, *

u l-ħatjin lejk jerġgħu lura.
Eħlisni mill-piena tal-mewt, o Alla, †

Alla tas-salvazzjoni tiegħi; *
u lsieni jfaħħar il-ġustizzja tiegħek.

 

Iftaħli xufftejja, Sidi, *

u fommi jxandar it-tifħir tiegħek.
Għax lilek ma jogħġbokx is-sagrifiċċju; *

noffrilek vittmi maħruqa, u ma tilqagħhomx.
Is-sagrifiċċju tiegħi, o Alla, hu l-qalb niedma; *

qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla.

 

Agħmel il-ġid lil Sijon fi tjubitek; *

erġa’ ibni l-ħitan ta’ Ġerusalemm.
Imbagħad tilqa’ bil-qalb vittmi xierqa, †

sagrifiċċji ta’ vittmi maħruqa u mitmuma; *
imbagħad joffrulek għoġiela fuq l-artal tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Mulej Ġesu’, miegħek tingħaqad ruħi.

Jew:  Minn Marija twieled Ġesu’ li jsejħulu l-Messija.

 

Ant. 2  Nifirħu, għax qegħdin nissieħbu fit-tbatijiet ta’ Kristu.

Jew:  Flimkien miegħek, Omm tagħna, aħna nbierku lill-Mulej, li fis-siegħa ta’ mewtu ħalliena f’idejk bħala wliedu.

 

       Kantiku                         Tobit 13: 10-15, 13-15

Radd il-ħajr għall-ħelsien tal-poplu

 

Urieni l-Belt il-qaddisa, Ġerusalemm ... bis-sebħ ta’ Alla fiha (Apokalissi 21:10-11).

 

Bierku l-Mulej, intom il-magħżulin kollha tiegħu; *

agħmlulu festi ta’ ferħ, u agħtuh glorja.
Int, Ġerusalemm, belt ta’ Alla, *

għal kull m’għamilt b’idejk il-Mulej sawtek.

 

Rodd il-ħajr lill-Mulej għall-ġid li għamillek,*

bierek lil Alla ta’ dejjem;
ħalli fik jerġa’ jibni t-tempju tiegħu †

u jroddlok lura l-imjassra kollha, *
biex għal dejjem ta’ dejjem tithenna.

 

B’dija tal-għaġeb għad tiddi; *

tagħtik ġieh l-art kollha minn tarf għall-ieħor.
Ġnus mill-bogħod għad jiġu għandek, †

bid-doni f’idejhom, *
biex fik jaduraw lill-Mulej.

Artek għalihom tkun art qaddisa, *

għax fik jiġu jsejħu l-isem kbir tal-Mulej.
Int għad titgħaxxaq b’uliedek, *

għax ilkoll għad jitbierku

u jinġabru quddiem il-Mulej.

 

Hienja dawk kollha li jħobbuk, *

li jifirħu bis-sliem tiegħek.
Hienja n-nies kollha, *

li sewwdu qalbhom għas-swat li qlajt,

fik għad jifirħu *

            u jaraw il-ferħ tiegħek għal dejjem.

Bierek, ruħi, lill-Mulej, is-Sultan il-Kbir.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Nifirħu, għax qegħdin nissieħbu fit-tbatijiet ta’ Kristu.

Jew:  Flimkien miegħek, Omm tagħna, aħna nbierku lill-Mulej, li fis-siegħa ta’ mewtu ħalliena f’idejk bħala wliedu.

 

Ant. 3  Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu bid-demm ta’ Kristu.

Jew: Il-Mulej għolla lil Marija Verġni fuq il-qtajja’ tal-anġli, u qegħdilha fuq rasha kuruna ta’ tnax-il kewkba.

 

Salm 147: 12-20

Ġerusalemm tiġġedded

 

Ejja nurik il-Għarusa mart il-Ħaruf (Apokalissi 21:9).

 

Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; *

faħħar ‘l Alla tiegħek, Sijon!

 

Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, *

u jbierek ġewwa fik ‘l uliedek.
Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, *

u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.
Hu jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu; *

bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.

 

Jibgħat is-silġ bħas-suf; *

ixerred bħar-rmied il-ġlata.
Jitfa’ s-silġ bħall-frak tal-ħobż; *

u jagħqad l-ilma bil-kesħa tiegħu.
Isemma’, kelmtu, u jinħall is-silġ; *

jonfoħ ir-riħ tiegħu, u jiġri l-ilma!

 

 

Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb, *

il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.
Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; *

lil ħadd ma għarraf id-digrieti tiegħu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu bid-demm ta’ Kristu.

Jew: Il-Mulej għolla lil Marija Verġni fuq il-qtajja’ tal-anġli, u qegħdilha fuq rasha kuruna ta’ tnax-il kewkba.

 

L-EWWEL QARI                                                                                       Kolossin 1: 24-25

 

Jien issa nifraħ bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f'ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta' Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja. Tagħha jiena sirt ministru, skont ma tani nagħmel Alla għalikom, jiġifieri li nxandar b'mod sħiħ il-Kelma ta' Alla. 

 

Jew:                                                                           Proverbji 8: 32-35; 9: 1-6, 10-15                                                                                                          

“U issa wliedi, isimgħu lili:

            henjin dawk li jimxu fi triqati.

Isimgħu t-tagħlim u tiksbu l-għerf,

            u twarrbux it-tagħlim.

Hieni l-bniedem li jismagħni, li jishar kuljum wara biebi,

            li jgħasses kuljum mal-għatba ta' biebi;

Għax min isib lili jsib il-ħajja,

            u jikseb l-imħabba tal-Mulej;

Iżda min jitlef lili, hu jbati;

            kull min jobgħod lili jħobb il-mewt."

 

L-għerf bena d-dar tiegħu,

            waqqaf is-seba' kolonni tagħha;

Qatel il-bhejjem imsemmna, ħejja l-inbid

            u l-mejda tiegħu.

U bagħat il-qaddejja jxandru l-istedina

            minn fuq l-imkejjen għolja tal-belt:

"Min hu ċkejken ħa jiġi għandi?"

            u lil min hu bla moħħ jgħidlu:

"Ejjew, kulu l-ħobż tiegħi

            u ixorbu l-inbid li ħejjejt għalikom.

Warrbu l-bluhat tagħkom, u tgħixu,

            u timxu 'l quddiem fl-għaqal."

 

Il-biża' tal-Mulej hu l-bidu tal-għerf,

            u li tagħraf lill-Qaddis hu d-dehen;

Għax bija jitkattrulek jiem ħajtek,

            u jiżdidulek snin għomrok.

Jekk int għaref, lilek jiswa,

            jekk int insolenti, int biss tbati.  

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mid-Diskorsi tal-isqof San Lawrenz Ġustinjani.

 

Marija kienet iżżomm dan kollu f’qalbha

           

Marija qrat, semgħet u rat, u baqgħet iżżomm sewwa f’qalbha kull ma saret taf, u kienet toqgħod taħseb fuqu bejnha u bejn ruħha.  Min jaf kemm kienet titqawwa fil-fidi, tikber fil-merti, tissaħħaħ fil-għerf, u titħeġġeġ dejjem iżjed bin-nar tal-imħabba!  Aktar ma kienet tiftakar u taħseb fil-misteri tas-sema, aktar kienet timtela bil-ferħ, titwettaq bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, timxi lejn Alla, u tħares l-umilta’ tagħha.  Dan hi l-ġid li tagħmel il-grazzja ta’ Alla: hija tgħolli ħafna lil min hu ċkejken ħafna, u tbiddlu minn glorja għal glorja.  

 

Tassew imbierka r-ruħ tal-Verġni: l-Ispirtu s-Santu għammar fiha, u għallimha toqgħod dejjem għal dak kollu li l-Verb ta’ Alla ried minnha.  Ma kinitx tagħmel dak li tħoss hi jew li jidhrilha hi, imma kienet iġġib ruħha minn barra skont mal-Gherf kien inebbahha temmen minn ġewwa. 

 

Għax kien xieraq li l-Għerf ta’ Alla, hu u jibni l-Knisja bħala d-dar tiegħu biex igħammar fiha, jinqeda b’Marija santissma u jagħmilha eżempju ħaj tal-ħarsien tal-liġi, tas-safa tar-ruħ, tal-ħajja umli, u tal-offerta spiritwali.

           

Ruħ nisranija, kun ixbah lilha.  Biex int tisaffa fl-ispirtu, biex iseħħlek titnaddaf mit-tiġis tal-ħtija, idħol fit-tempju ta’ qalbek.  Alla hemmhekk iħares iżjed lejn is-sentimenti tagħna milli lejn dak li nagħmlu. 

 

U għalhekk, sew jekk nieqfu mitlufa f’Alla bil-qawwa ta’ ħsibijietna, sew jekk inkunu f’sensina u nfittxu li nikbru fil-virtu’ jew naħdmu għall-ġid tal-proxxmu, dan kollu ma nagħmluhx għal ħaġa oħra ħlief għax inħossu l-imħabba ta’ Kristu ssuqna.  Din hi tassew offerta safja u spiritwali li togħġob: ma ssirx f’tempju maħdum bl-idejn, imma fit-tempju ta’ qalbna, fejn Kristu l-Mulej iħobb jidħol.

 

RESPONSORJU 

                                                                 

Permezz tiegħek aħna nixorbu mill-għejjun tas-salvazzjoni, O Mbierka Verġni Marija. * Permezz tiegħek aħna nixorbu mill-għejjun tas-salvazzjoni, O Mbierka Verġni Marija.

Mill-pjagi divini ta’ Kristu, * O Mbierka Verġni Marija.

Glorja lill-Missier ... * Permezz tiegħek aħna nixorbu ...

 

Jew:

 

O Verġni Marija, ħadd m’hu daqsek mill-bniet ta’ Ġerusalemm, għax int omm ir-Re tar-Rejiet, int ir-Reġina tas-sema u tal-anġli. * Imbierka inti fost in-nisa,

u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek. * Imbierka inti ...

Kantiku ta’ Zakkarija Ifraħ, Omm tad-duluri, għax, wara l-ħafna sofferenzi tiegħek, Alla żejnek bil-kuruna tal-glorja tas-sema, u qiegħdek fuq it-tron maġenb Ibnek bħala Sultana tal-ħlejjaq kollha.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Zakkarija Ifraħ, Omm tad-duluri, għax, wara l-ħafna sofferenzi tiegħek, Alla żejnek bil-kuruna tal-glorja tas-sema, u qiegħdek fuq it-tron maġenb Ibnek bħala Sultana tal-ħlejjaq kollha.

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:

   -       agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.

Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:

   -       eħlisna mit-taħsir tad-dnub.

Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:

   -       bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..

Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:

   -       agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu. Agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

Il-Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

INNU

 

Iva, min għandu l-fidi f’Ġesu’,

ikanta l-għeġubijiet li seħħew,

meta bl-imħabba ta’ Alla l-Missier

dnubietna ġew mirbuħa,

meta ħoloq lill-Verġni Marija

Omm l-Iben waħdieni tiegħu.

Sliem, Marija, mimlija bil-grazzja.

 

Imbierka kienu n-nies magħżula

li minnhom il-Mulej ġie,

imbierka kienet l-art imwiegħda

imżejna bħala d-dar tiegħu fuq l-art;

imma iżjed imbierka l-omm,

dik li ġarritu f’ġufha.

Sliem, Marija, mimlija bil-grazzja.

 

Għalhekk ħa jkun il-poplu fidil

li jxandar l-unur ta’ isimha,

ħa tkun il-Knisja fid-dixxerniment tagħha

trodd ħajr;

dak li omm Kristu għanniet fil-ferħ

ħa jkun il-poplu ta’ Kristu li jgħanni bl-istess mod.

Sliem, Marija, mimlija bil-grazzja.

Faħħar, O Marija, faħħar lill-Missier,

faħħar lis-Salvatur u Ibnek,

faħħar l-Ispirtu etern,

li għamlek arka u tron.

fuq il-krejaturi kollha ’l fuq merfugħa,

ifaħħru b’umilta’ lit-tlieta f’wieħed.

Sliem, Marija, mimlija bil-grazzja.

 

Jew:

 

            L-Ispirtu firex ġwenħajħ fuq ġuf il-Veriġni.

hija nisslet u weldet.

u hija saret omm verġni permezz tal-ħniena ta’ Alla.

hija nisslet u weldet iben bla uġigħ,

u kien hemm skop għal dan.

Hi ma staqsietx għal qabla biex tgħinnha,

għax Alla ra x’kellha bżonn biex teħles.

Bħala bniedma, hija weldet skont ir-rieda ta’ Alla.

b’turija hija weldet.

b’qawwa kbira hija kisbitu.

b’ringrazzjament hija ħabbitu.

b’ġentilezza hija ħarsitu.

bil-kbir hija urietu.

Halleluia !

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Kristu hu s-sliem tagħna; bil-mewt tiegħu fuq is-salib reġa’ ħabbibna ma’ Alla.       

Jew:  L-anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija, u hi nisslet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

 

 

 

Salm 144

Tifħir lill-kobor ta’ Alla

 

Ġust int, Mulej, int li hu u li kien (Apokalissi 16:5).

 

I

Ħa nkabbrek, Alla tiegħi, sultan, *

u nbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem.
Kuljum irrid inbierkek, *

u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem.

 

Kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru ħafna, *

bla tarf il-kobor tiegħu.
Nisel lil nisel isebbaħ għemilek, *

u s-setgħa tiegħek ixandru.

 

Il-ġmiel u l-kobor tas-sebħ tiegħek iħabbru, *

u fuq l-għeġubijiet tiegħek jitħaddtu.
Il-qawwa tal-għemejjel tiegħek tal-biża’ jxandru; *

u jien fuq l-għemejjel kbar tiegħek nitħaddet.
It-tjubija tiegħek bla qjies ifakkru, *

jgħajtu bil-ferħ minħabba l-ġustizzja tiegħek.

 

Twajjeb u ħanin il-Mulej, *

idum biex jagħdab u kollu tjieba.
Twajjeb ma’ kulħadd il-Mulej, *

tjubitu fuq kull ma għamel.

 

Kull ma għamilt iroddlok ħajr, Mulej; *

iberkuk il-ħbieb tiegħek kollha.
Is-sebħ tas-saltna tiegħek ixandru, *

fuq is-setgħa tiegħek jitkellmu,
biex jgħarrfu lill-bnedmin il-qawwa tiegħek, *

u s-sebħ u l-ġmiel tas-saltna tiegħek.
Saltnatek hi saltna għaż-żminijiet kollha, *

minn nisel għal nisel il-ħakma tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Kristu hu s-sliem tagħna; bil-mewt tiegħu fuq is-salib reġa’ ħabbibna ma’ Alla.       

Jew:  L-anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija, u hi nisslet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

                                   

Ant. 2 Nersqu lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, u lejn Ġesu’, il-medjatur tal-patt il-ġdid.

Jew:  Wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ kien hemm ommu.

 

II

Ta’ kelmtu l-Mulej fil-wegħdiet tiegħu kollha, *

twajjeb f’dak kollu li għamel.
Iwieżen il-Mulej ‘il kull min se jaqa’, *

iqajjem ‘il kull min hu mitluq.
Għajnejn kulħadd iħarsu lejk, Mulej, *

u inti tagħtihom l-ikel f’waqtu.
Int tiftaħ idek, *

u xxabba’ ‘l kulħadd bil-ġid!

 

Ġust il-Mulej fl-imġiba tiegħu kollha, *

twajjeb f’dak kollu li għamel.
Qrib il-Mulej lejn kull min isejjaħlu, *

lejn kull min isejjaħlu fis-sewwa.
Jaqtgħalhom xewqithom lil dak li jibżgħu minnu, *

jisma’ l-għajta tagħhom, u jsalvahom.
Iħares il-Mulej lil ħbiebu kollha, *

imma lill-ħżiena kollha jeqridhom.

 

 

Tifħir il-Mulej ixandar fommi; †

u jbierek kulħadd l-isem qaddis tiegħu *
għal dejjem ta’ dejjem!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Nersqu lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, u lejn Ġesu’, il-medjatur tal-patt il-ġdid.

Jew:  Wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ kien hemm ommu.

 

Ant. 3 Fi Kristu għandna l-fidwa bid-demm tiegħu.

Jew:  Ifraħ, Omm Verġni, għax Kristu rxoxta mill-qabar.

 

                    Kantiku                            Apokalissi 15: 3-4

Innu ta’ qima

 

Kbar u tal-għaġeb l-għemejjel tiegħek, *

Mulej, Alla li tista’ kollox;
sewwa u veri t-triqat tiegħek, *

Sultan tal-ġnus.

 

Min, Mulej, ma jibżax minn ismek? *

Min ma jsebbħux?
Għaliex int waħdek qaddis: †

u l-ġnus kollha jiġu jinxteħtu quddiemek, *
għax magħrufa saru l-ġudizzji tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Fi Kristu għandna l-fidwa bid-demm tiegħu.

Jew:  Ifraħ, Omm Verġni, għax Kristu rxoxta mill-qabar.

 

 

 

L-EWWEL QARI                                                                                2 Timotju 2: 10-12a

 

Għalhekk kollox nieħu bis-sabar għall-imħabba ta' dawk li Alla għażel, biex huma wkoll jiksbu s-salvazzjoni, li hi ta' glorja għal dejjem fi Kristu Ġesù. Din hi kelma ta' min joqgħod fuqha: Jekk aħna mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll; jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu miegħu wkoll.

 

Jew:                                                                                                         2 Ġwanni 4: 12-22                                                                 

Ħassejt ferħ kbir li sibt 'il xi wħud minn uliedek miexja fil-verità, kif ikkmandana nagħmlu l-Missier. U issa, Sinjura, nitolbok li nħobbu 'l xulxin; dan li qiegħed niktiblek m'huwiex xi kmandament ġdid, għax ilu għandna sa mill-bidu. L-imħabba hija din: li nimxu skont il-kmandamenti tiegħu. U dan il-kmandament, kif smajtu sa mill-bidu, huwa li timxu fl-imħabba.

 

Għax ħarġu fid-dinja ħafna qarrieqa, nies li ma jridux jistqarru li Ġesù Kristu ġie fil-ġisem; dawn huma l-qarrieqa u l-antikrist! Ħarsu rwieħkom, li ma tmorrux titilfu dak li għalih ħdimtu, imma li tieħdu ħlas sħiħ. Jekk xi ħadd jaqbeż 'il barra u ma jibqax fit-tagħlim ta' Kristu, dan m'għandux lil Alla fih. Imma min jibqa' fit-tagħlim, għandu l-Missier u l-Iben fih. Jekk jiġikom xi ħadd u ma jġibilkomx dan it-tagħlim, la tilqgħuhx għandkom u la ssellmulux, għax min isellimlu jkun qiegħed jissieħeb miegħu fl-għemejjel ħżiena tiegħu.

 

Għandi ħafna fuqiex niktbilkom, imma ma ridtx ninqeda b'karti u linka; nittama li nkun magħkom u nkellimkom wiċċ imbwiċċ, u hekk il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Ulied oħtok, il-Magħżula, jibagħtu jsellu għalik.

 

 

 

 

 

 

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mid-Diskorsi ta’ San Bernard, abbati.

 

L-omm wieqfa ħdejn is-salib

 

Il-martirju tal-Verġni jissemma kemm fil-profezija ta’ Xmun u kemm fl-istess rakkont tal-passjoni tal-Mulej. Dan, qal ix-xwejjaħ qaddis għat-tfajjel Ġesu’, se jkun sinjal li jmeruh, u int, qal imbagħad lil Marija, sejf jinfidlek ruħek.

           

Tassew, Omm imbierka, is-sejf nifidlek ruħek! Kieku ma nifidlikx ruħek, ma kienx jinfed lill-ġisem ta’ Ibnek.  Għax wara li miet Ġesu’, l-Iben tiegħek, - ta’ kulħadd, imma tiegħek b’mod speċjali, - il-lanza ħarxa ma missitlux ruħu; nifditlu biss ġenbu, għax anqas wara li miet ma ħelsuhielu għalkemm ma setgħux jagħmlulu ħsara iktar.  Imma lilek, iva, nifditlek ruħek.  Ruħ Ġesu’ ma kinitx iżjed fih, imma tiegħek ma setgħetx toħroġ.  In-niket li nifidlek lil ruħek kien hekk kbir li nistgħu bir-raġun kollu nsejħulek iżjed minn martri, ladarba l-qawwa tan-niket kienet tisboq kull tbatija tal-ġisem.

           

Forsi ma kinitx taqta’ aktar minn sejf dik il-kelma li nifditlek tassew ruħek, kelma li tinfed sa fejn jinfirdu minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu: Mara, hawn hu ibnek? X’bidla din!  Ingħatalek Ġwanni minflok Ġesu’, l-ilsir minflok is-Sid, id-dixxiplu minflok l-Imgħallem, bin Żebedew minflok Bin Alla, bniedem sempliċi minflok Alla veru!  Kif jista’ jkun li kelma bħal din ma tinfidlikx il-qalb l-iżjed ħelwa tiegħek meta aħna, imqar jekk biss niftakru fiha, inħossuha taqsmilna qalbna, avolja qalb iebsa daqs il-ħadid u ż-żonqor?

 

RESPONSORJU                                       

 

Is-Sultana tas-sema u Sidt id-dinja kienet wieqfa ħdejn is-salib tal-Mulej. * Is-Sultana tas-sema u Sidt id-dinja kienet wieqfa ħdejn is-salib tal-Mulej.    

Stħaqqilha l-glorja tal-martirju li, bla ma mietet, ġarrbet. * Ħdejn is-salib tal-Mulej. 

Glorja lill-Missier ... * Is-Sultana tas-sema ...

Jew:

 

Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd. * Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd.  

Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu * u ħatarha fost kulħadd. 

Glorja lill-Missier ... * Għażilha ...

                 

Kantiku ta’ Marija  Kif Ġesu’ lemaħ lil ommu wieqfa ħdejn is-salib, u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: Mara, hawn u ibnek. Imbagħad qal lid-dixxiplu: Hawn hi ommok.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Marija  Kif Ġesu’ lemaħ lil ommu wieqfa ħdejn is-salib, u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: Mara, hawn u ibnek. Imbagħad qal lid-dixxiplu: Hawn hi ommok.

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

O Alla, li tagħmel l-għubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni

bla tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:                                     

   -       ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.

Int, li tajtna lil Marija bħala ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-

imnikktin, aħfer lill-midinbin:

   -       agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.

Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:

   -        ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.

Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:

-         agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

   -       agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek

mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu. Agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

IS-SIBT

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

INNU

 

Sliem għalik, o qaddisa Reġina tas-Smewwiet.

Sliem għalik o qaddisa Reġina tal-Anġli.

Sliem għalik, Għerq ta’ Ġesse.

Sliem għalik, Bieb tas-Sema.

Permezz tiegħek id-Dawl daħal fid-dinja.

Ifraħ, Verġni glorjuża!

 

Sabiħa fost in-nisa kollha.

Sliem għalik, Splendur radjanti,

interċedi ma’ Kristu għalina.

 

 

 

 

Jew:  

 

Qaddisa Marija,

Reġina u Sultana tiegħi,

jiena nagħtik lili nnifsi,

nafda fil-fedelta u l-protezzjoni tiegħek.

 

Nintelaq kompletament

fl-imħabba materna tiegħek,

ġismi, ruħi,

dak kollu li jien, u kull ma nippossedi,

matul dan il-jum,

waqt kull mument tal-ħajja tiegħi,

u speċjalment fis-siegħa tal-mewt tiegħi.

 

Għal darba oħra nafda f’idejk

it-tamiet u l-konsolazzjoniet kollha tiegħi,

l-anzjetajiet u l-inkwiet kollu tiegħi,

ħajti u l-aħħar nifs tiegħi,

ħalli bit-talb u l-merti tiegħek,

f’dak kollu li nagħmel ikolli biss għan wieħed,

l-unur tiegħek u r-rieda qaddisa ta’ Ibnek.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej.

Jew:  Qum, Verġni Sultana! Int jistħoqqlok ġieh bla tmiem: itla’ fil-palazz glorjuż tas-Sultan ta’ dejjem.

 

 

 

 

 

 

Salm 91

Tifħir lill-Awtur u s-Sid tal-ħolqien

 

Tifħir lill-Iben il-waħdieni ta’ Alla għal kull ma għamel. (San Atanasju)

 

Tajjeb li nfaħħru l-Mulej, *

li ngħannu lil ismek, inti l-Għoli.
Inxandru filgħodu t-tjieba tiegħek, *

u billejl il-fedeltà tiegħek,
fuq l-għaxar kordi u fuq l-arpa, *

u bid-daqq taċ-ċetra.
Għax inti, Mulej, ferraħtni b’għemilek; *

għal għemil idejk jien ngħanni bil-ferħ.

 

Kemm huma kbar, Mulej, l-għemejjel tiegħek, *

kemm huma għolja ħsibijietek!
Il-bniedem bla moħħ ma jagħrafhomx, *       

u l-iblah ma jifhimhomx.

Imqar jekk iħaddru bħall-ħaxix il-ħżiena, *    

u jwarrdu dawk kollha li jagħmlu l-ħażen,
ilkoll għad jinqerdu għal dejjem; *       

imma inti, Mulej, għal dejjem filgħoli.

 

Għax l-għedewwa tiegħek, Mulej, †    

l-għedewwa tiegħek jintilfu; *

jitferrxu dawk kollha li jagħmlu l-ħażen.

Imma lili daqs gendus saħħaħtni, *

żejt ifuħ sawwabtli fuqi.
Għajnejja jaqgħu fuq l-għedewwa tiegħi, *   

widnejja jisimgħu bit-telfa tal-ħżiena li qamu għalija.

 

Il-bniedem ġust bħal palma jħaddar, *

bħal ċedru tal-Libanu jikber.
Imħawlin f’dar il-Mulej *

iħaddru fil-btieħi tat-tempju ta’ Alla tagħna.
Sa fi xjuħithom il-frott jagħmlu, *

kollhom ħajja u ħdura,
biex ixandru li ġust hu l-Mulej, il-blata tiegħi, *

u ebda qerq ma jinsab fih.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej.

Jew:  Qum, Verġni Sultana! Int jistħoqqlok ġieh bla tmiem: itla’ fil-palazz glorjuż tas-Sultan ta’ dejjem.

 

Ant. 2  Il-Mulej għolla lil Marija Verġni fuq il-qtajja’ tal-anġli; jifirħu l-fidili kollha, u jbierku lil Alla.

Jew:  Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd; daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu.

 

       Kantiku                                   Eżekjel 36: 24-28

Il-Mulej iġedded il-poplu tiegħu

 

Huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom. (Apokalissi 21:3)

 

Jien neħodkom minn fost il-ġnus, †

            u niġmagħkom mill-artijiet kollha, *

u nerġa’ ndaħħalkom f’artkom.
U nroxx fuqkom ilma safi, †

u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom, *

mill-idoli kollha tagħkom insaffikom.

 

U nagħtikom qalb ġdida, *

u nqiegħed ġo fikom ruħ ġdida.
U nneħħi minn ġisimkom il-qalb tal-ġebel *

u nagħtikom qalb tal-laħam.
U nqiegħed ruħi ġo fikom, †

u nagħmel li timxu skont il-kmandamenti tiegħi *

u li żżommu l-preċetti tiegħi u tħarsuhom.

 

U tgħammru fl-art li tajt lil missirijietkom, †

u intom tkunu l-poplu tiegħi, *

u jiena nkun Alla tagħkom.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Il-Mulej għolla lil Marija Verġni fuq il-qtajja’ tal-anġli; jifirħu l-fidili kollha, u jbierku lil Alla.

Jew:  Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd; daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu.

 

Ant. 3  Il-Mulej kabbarlek ismek, hekk li l-bnedmin qatt ma jieqfu jfaħħruk.

Jew:  Ħwejjeġ sbieħ igħid Alla fuqek, Verġni Marija.

 

Salm 8

Il-kobor ta’ Alla u d-dinjita’ tal-bniedem

 

Hu kollox qiegħed taħt riġlejh, u għamlu Ras fuq il-knisja kollha (Efesin 1:22)

 

Mulej, Sid tagħna, *

kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

 

Int qegħedt is-sebħ tiegħek *

‘il fuq mis-smewwiet.
Int, li s-sebħ tiegħek jgħannih *

fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib;
Int, li bnejt sur kontra l-għedewwa, *

biex iġġib fix-xejn l-għadu u ‘l min iqum kontrik.

 

Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk, *

il-qamar u l-kwiekeb li int qegħedt fihom!
X’inhu l-bniedem, biex tiftakar fih, *

bin il-bniedem, biex taħseb fih?

 

Ftit inqas mill-allat għamiltu, †

bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu, *
qegħedtu fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk!

 

Kollox taħt riġlejh qegħedtlu: *

in-ngħaġ u l-baqar kollha, sa l-bhejjem tax-xagħri;
l-għasafar tal-ajru u l-ħut tal-baħar, *

dak kollu li jterraq fil-baħar.

 

Mulej, Sid tagħna, *

kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Il-Mulej kabbarlek ismek, hekk li l-bnedmin qatt ma jieqfu jfaħħruk.

Jew:  Ħwejjeġ sbieħ igħid Alla fuqek, Verġni Marija.

 

L-EWWEL QARI                                                                                    Iżaija 61: 10

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej,

taqbeż bil-ferħ ruħi b'Alla tiegħi.

Għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni,

bil-mantar tal-ġustizzja għattieni,

bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

 

Jew:                                                                                                      Apokalissi 12: 1                                                                                                  

U deher sinjal kbir fis-sema: Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b'kuruna ta' tnax-il kewkba fuq rasha.

 

Jew:                                                                                                      Ġuditta 13: 17-20                                                                                                          

Il-poplu kollu għal dan il-kliem baqa' miblugħ, u baxxew rashom u bdew jaduraw lil Alla, u għollew leħinhom għalenija u qalu: "Mbierek int, o Alla tagħna, li llum ġibt fix-xejn l-għedewwa tal-poplu tiegħek."

 

U Għużżija qalilha: "Mbierka int, binti, minn Alla l-Għoli, imbierka fost in-nisa kollha tad-dinja; u mbierek il-Mulej Alla, li għamel is-smewwiet u l-art, li wasslek biex qtajt ras il-kap tal-għedewwa tagħna. It-tama li kellek ma tgħib qatt minn qalb il-bnedmin, huma u jiftakru fil-qawwa ta' Alla.

 

Jalla l-Mulej jagħmel li dan ikun ta' tifħir għalik għal dejjem u jżurek b'kull ġid, għax int ma bżajtx għal ħajtek meta rajt lil pajjiżna batut, imma ħriġt tilqa' kontra r-rovina li kienet theddidna, u bqajt miexja dritta fit-triq ta' Alla tagħna." U l-poplu kollu wiegeb: “Ammen! Ammen!”

 

IT-TIENI QARI

 

Qari ittra ta’ Paschasius Radbert, abbati

 

Marija mtella s-Sema

           

Illum il-ġlorjuża u dejjem verġni Marija titla’ fis-sema. Inħeġġkhom biex tifirħu, għaliex jekk nista’ ngħid hekk, hija ġiet mgħollija b’mod l-iktar għoli biex tkun ma’ Kristu li qiegħed isaltan għal dejjem. Ir-Reġina tad-dinja llum kienet meħuda minn din l-art u minn dan iż-żmien ta’ ħażen. Nerġa’ ntenni, ifirħu, għaliex dik li hija ċerta mill-glorja bla tmiem tagħha daħlet fil-palazz tas-smewwiet.

 

Aqbez bil-ferħ, ngħidlek, u ħalli d-dinja kollha tifraħ għaliex illum is-Salvazzjoni tqarbet għalina ilkoll….

 

Sliema għalik Marija mimlija bil-grazzja; Il-Mulej miegħek; imbierka inti fost in-nisa. Jixraq li l-Verġni tiġi mogħtija dawn id-doni u tkun mimlija bil-grazzji, għaliex hija ġabet il-glorja fis-Sema u ġabet fid-dinja lil Alla u paċi fl-art, il-fidi lill-pagani, it-tmiem tad-dnub, ordni ġdid għall-ħajja u d-dixxiplina tal-morali.

           

Kien jixraq ukoll li anġlu jkun mibgħut lill-Verġni, għaliex il-verġinita’ dejjem tfisser għaqda ma’ l-anġli….

           

Ifraħ qal l-anġlu, għaliex inti mimlija bil-grazzja Iva mimlija! għaliex fil-waqt li oħrajn jaqsmu fil-grazzja, fuq Marija ġiet inferra il-milja bla nuqqas tal-grazzja.

 

RESPONSORJU    

                                                                 

Ilum il-Verġni Marija ġiet imtellgħa fis-sema. * Ilum il-Verġni Marija ġiet imtellgħa fis-sema.

Rebbieħa ma’ Kristu għal dejjem. * Ilum il-Verġni Marija ġiet imtellgħa fis-sema.

Glorja lill-Missier… * Ilum il-Verġni Marija...

 

Jew:

 

                  Wara t-twelid, o Marija, bqajt Verġni bla mittiefsa. * Wara t-twelid, o Marija, bqajt Verġni bla mittiefsa.

                  Omm Alla, idħol għalina. * Bqajt Verġni bla mittiefsa.

                  Glorja lill-Missier… * Wara t-twelid...

 

Kantiku ta’ Zakkarija Kollha ġmiel u sbuħija l-Verġni bint Ġerusalem, tielgħa glorjuża qisha x-xemx fiż-żerniq.

 

 

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Zakkarija Kollha ġmiel u sbuħija l-Verġni bint Ġerusalem, tielgħa glorjuża qisha x-xemx fiż-żerniq.

PREĊI

 

Nagħtu glorja lis-Salvatur tagħna, li għażel lill-Verġni Marija bħala ommu. Nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek, Ommok Mulej.

Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx,

   -       eħlisna mit-taħsir tad-dnub.

Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed

qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu,

   -       agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.

Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-

ġisem,

   -       agħtina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.

Sid is-sema u l-art, int qegħidt lil Marija sultana fil-leminija tiegħek,

   -       agħmel li jkun jistħoqqilna nissieħbu magħha fil-glorja.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int tellajt fil-glorja tas-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla tebgħa, Marija Omm Ibnek; agħmel li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema, biex jistħoqqilna sehem magħha fil-glorja li tajtha.  B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen. 

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

 

 

Il-Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

INNU

 

         Tifħir lil Marija, Bieb tas-Sema,

         il-Kewba Gwida tan-Nisrani fi triqtu,

         Omm tal-Mulej u r-Re tagħna,

         dawl u tama tal-erwieħ mitlufa.

 

         Meta smajt is-sejħa t’Alla

         għażilt li twettaq il-pjan tiegħu,

         bl-att perfett tal-imħabba tiegħek

         it-tama feġġet għall-bnedmin fil-waqgħa.

 

         Għinna biex nibdlu l-għemil tagħna,

         żomm l-attakk qawwi tax-xitan,

         imxi magħna t-triq id-dejqa,

         aqlalna’ l-grazzji li jonqosna.

 

         Marija, uri l-materinta’ tiegħek,

         wassal it-talb ta’ wliedek għand Kristu,

         Kristu, ibnek, li fdiena,

         li, għalina, kien sagrifikat.

 

         Verġni magħżula u waħdek imbierka,

         dejjem fidila lejn is-sejħa t’Alla,

         mexxina fil-ħajja fuq din l-art,

         igwidana int, biex imqarqa ma naqgħux.

 

         Marija għinna ngħixu l-fidi tagħna,

         biex naslu naraw lil Ibnek;

         għaqqad it-talb tagħna ma tiegħek,

         sakemm nirbħu l-battalja ta’ din il-ħajja.

 

         Tifħir lill-Missier, tifħir lill-Iben,

         tifħir lill-Ispirtu Paraklitu;

         noffru kollox minn idejn Marija,

         biex tagħmel komplet it-talb tagħna.

 

Jew:

 

         Sinjura tiegħi,

         refuġju, ħajja u għajnuna tiegħi,

         l-armatura u l-unur tiegħi,

         it-tama u l-qawwa tiegħi,

         agħmel li jiena ngawdi

         id-doni kotrana u tal-għaġeb ta’ Ibnek,

         Alla tiegħek u Alla tagħna,

         fis-saltna tas-smewwiet.

        

         Jiena nemmen bis-sħiħ

         li inti għandek il-qawwa li tagħmel dak li trid,

         għaliex inti l-Omm tal-Aktar Għoli.

         Għalhekk, Sinjura l-Aktar Safja,

         jiena nitolbok

         li ma nkunx iddiżappuntat fl-istennijiet tiegħi

         iżda naqlgħhom, O għarusa ta’ Alla,

         li ġibt fid-dinja lilu li hu l-istennija ta’ kulħadd:

         Il-Mulej tagħna Ġesu’ Kristu,

         Alla veru u Sid ta’ kollox,

         ta’ dan li jidher u ta’ dak li ma jidhirx,

         tiegħu kull glorja, unur u rispett

         issa u għal dejjem u għaż-żmien ta’ bla tmiem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Marija ġiet imtellgħa fis-sema: jifirħu l-anġli, ifaħħru u jbierku lill-Mulej.

Jew:  Kristu tela’ fl-ogħla smewwiet, u hejja għall-Omm safja tiegħu post fil-ħajja ta’ dejjem.

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Marija ġiet imtellgħa fis-sema: jifirħu l-anġli, ifaħħru u jbierku lill-Mulej.

Jew:  Kristu tela’ fl-ogħla smewwiet, u hejja għall-Omm safja tiegħu post fil-ħajja ta’ dejjem.

 

Ant. 2 Marija Verġni giet imtellgħa fil-għoli tas-smewwiet, fejn is-Sultan tas-slaten qiegħed fuq it-tron tiegħu, imdawwar bil-kwiekeb.

Jew: Eva għalqet bieb is-sema għal kulħadd; Marija Verġni fetħitu mill-ġdid għalina.

 

Salm 129

Minn qiegħ l-art insejjaħ

 

Hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom (Mattew 1:21)

 

Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej: *

isma’, Sidi, il-leħen tiegħi!
Ħa jkunu widnejk miftuħa, *

jiena u nitolbok bil-ħniena.

 

Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej, *

Sidi, min jista’ jżomm sħiħ?
Imma għandek hemm il-maħfra, *

biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek.

 

Jien lill-Mulej nistenna, *

ruħi f’kelmtu tittama.
Tistenna ruħi lil Sidi, *

aktar milli l-għassiesa s-sebħ.

Aktar milli l-għassiesa s-sebħ, *

jistenna Iżrael lill-Mulej!

 

Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba, *

u l-fidwa għandu bil-kotra.
Hu jifdi lil Iżrael *

minn ħtijietu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Marija Verġni giet imtellgħa fil-għoli tas-smewwiet, fejn is-Sultan tas-slaten qiegħed fuq it-tron tiegħu, imdawwar bil-kwiekeb.

Jew: Eva għalqet bieb is-sema għal kulħadd; Marija Verġni fetħitu mill-ġdid għalina.

 

Ant. 3 Imbierka int mill-Mulej, o Verġni, għax bis-saħħa tiegħek ħadna sehem mill-frott tal-ħajja.

Jew:  Il-Mulej refa’ lil Marija Verġni fil-għoli tas-smewwiet kollha; ngħollu bit-tifħir lil Kristu s-Sultan, li s-saltna tiegħu għal dejjem.

 

                    Kantiku                                    Filippin 2: 6-11

Kristu, il-Qaddej ta’ Alla

 

Ġesù Kristu, li kellu n-natura ta’ Alla, *

ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,

imma tneżża’ minn kollox, *

billi ħa n-natura ta’ lsir,

sar jixbah lill-bniedem *

u deher minn barra bħal bniedem:

ċekken lilu nnifsu, †

billi obda sal-mewt, *

anzi sal-mewt tas-salib.

 

Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet, *

u żejnu bl-Isem li hu fuq kull isem,

biex fl-Isem ta’ Ġesu’ †

fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art, *

il-ħlejjaq kollha jinżlu għarkobbtejhom,

u kull ilsien jistqarr:

“Ġesu’ Kristu hu l-Mulej *

għall-glorja ta’ Alla l-Missier.”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Imbierka int mill-Mulej, o Verġni, għax bis-saħħa tiegħek ħadna sehem mill-frott tal-ħajja.

Jew:  Il-Mulej refa’ lil Marija Verġni fil-għoli tas-smewwiet kollha; ngħollu bit-tifħir lil Kristu s-Sultan, li s-saltna tiegħu għal dejjem.

 

L-EWWEL QARI                                                                                1 Korintin 15: 22-23

 

Għax bħalma l-bnedmin kollha jmutu f'Adam, hekk ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu. Imma kulħadd skont kif imissu; jibda l-ewwel frott li hu Kristu; wara, dawk li huma ta' Kristu, f'jum il-miġja tiegħu.

 

Jew:                                                                                                  Ġuditta 13: 17b, 18a                                                                                

Imbierek int, O Alla tagħna, li llum ġibt fix-xejn l-għedewwa tal-poplu tiegħek. Imbierka int, binti, minn Alla l-Għoli, imbiereka fost in-nisa kollha tad-dinja

 

Jew:                                                                                                         Apokalissi 12:1                                                                                                           

U deher sinjal kbir fis-sema: Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b'kuruna ta' tnax-il kewkba fuq rasha.  

 

Jew:                                                                                                         Rumani 5: 12-21                                                                                                         

Għalhekk, bħalma kien permezz ta' bniedem wieħed li fid-dinja daħal id-dnub, u permezz tad-dnub il-mewt, u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha, għax kollha dinbu... Kienet għadha ma waslitx il-Liġi, id-dnub kien ġa fid-dinja: imma d-dnub ma kienx magħdud, ladarba Liġi ma kienx hemm. Madankollu l-mewt saltnet ukoll minn Adam sa Mosè, mqar fuq dawk li ma waqgħux fid-dnub li fih kien waqa' Adam, li kien xbieha ta' dak li kellu jiġi.

        

Imma d-don m'huwiex bħall-ħtija. Għax jekk permezz ta' ħtija waħda mietet il-kotra, aktar u aktar issa l-grazzja ta' Alla u  d-don mogħti bil-grazzja ta' bniedem wieħed li hu Ġesù Kristu, xterdu bil-bosta fuq il-kotra. U d-don anqas ma hu bħall-frott ta' dak il-wieħed li dineb; għax tassew, il-ġudizzju mogħti fuq dnub wieħed wassal sal-kundanna, iżda d-don mogħti wara ħafna dnubiet iwassal għall-ġustifikazzjoni. Għax jekk minħabba fil-ħtija ta' wieħed waħdu saltnet il-mewt, permezz ta' dak il-wieħed, aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra  tal-grazzja u d-don tal-ġustizzja għad isaltnu fil-ħajja permezz ta' wieħed li hu Ġesù Kristu. Mela kif bil-ħtija ta' wieħed waħdu waslet il-kundanna fuq il-bnedmin kollha, hekk ukoll bl-opra tal-ġustizzja ta' wieħed waslet lill-bnedmin kollha l-ġustifikazzjoni tal-ħajja. Għax kif bid-diżubbidjenza ta' bniedem wieħed il-ħafna saru midinbin, hekk ukoll bl-ubbidjenza ta' wieħed il-ħafna jsiru ġusti. Il-Liġi daħlet, biex kotru d-dnubiet; fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja. B'hekk, kif id-dnub saltan permezz tal-mewt, hekk issa l-grazzja ssaltan permezz tal-ġustizzja għall-ħajja ta' dejjem bis-saħħa ta' Ġesù Kristu Sidna.

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mill-omelija fuq ir-raqda tal-Imbierka Verġni Marija mill-isqof San Ġermanu ta’ Kostantinopli. 

 

L-Assunzjoni ta’ Marija

 

Veru, iva veru, għal darba oħra nerġa’ ntenni b’ringrazzjament: anke jekk inti tlaqt minn din l-art pero ma abbandunajtx lill-insara. Int li tixbah il-ħajja li ma tintemmx, ma abbandunajtx id-dinja li tintemm, għall-kuntrarju inti tersaq lejn dawk li jsejħu lil ismek. Isibuk dawk li jfittxuk b’fedelta’. U dawn id-derhiet juru spirtu ħaj u attiv u ġisem li ma jintemmx. Kif seta’ jerġa’ jsir trab dak il-ġisem li wassal is-salvazzjoni lill-umanita’ kollha bl-inkarnazzjoni ta’ Ibnek?

        

Iva tlaqt din l-art biex turi li l-misteru tal-inkarnazjoni kien sar tassew. Il-fatt li inti stennejt it-tmiem naturali tal-ħajja umana jikonvinċi lid-dinja li Alla li twieled minnek ġie bħala veru bniedem, l-Iben ta’ vera Omm, li kienet soġġeta għal-ligi u għal-limitazzjonijiet tan-natura, b’ordni divin u b’ħajja fuq din l-art li tintemm. Bħala waħda li kellek ġisem uman, inti ma stajtx taħrab il-mewt, id-destin komuni tal-umanita’.

        

Hekk ukoll Ibnek, għalkemm Alla fuq kollox, anke hu, kellu sehem, biex ngħidu hekk, fl-mortalita’ tagħna, u daq il-mewt tal-ġisem f’din l-art. Huwa ċar li bl-istess mod kif għamel li l-qabar tiegħu jagħti l-ħajja hekk ukoll huwa sebbaħ is-sepulkru tiegħek, il-qabar fejn inti dħalt fir-raqda, qabar li rċieva l-ħajja; u għalhekk li iż-żewg oqbra irċevew il-ġisem tagħkom iżda ma rawx taħsir. Għaliex ma setax ikun li l-arka li kellha fiha lil Alla, tispiċċa fit-trab bil-qerda tal-mewt.

        

Hekk kif hu li umilja lilu nnifsu fik kien Alla sa mill-bidu u l-eternita’, hekk ukoll l-Omm il-Ħajja kellha taqsam fil-milja tal-Ħajja, biex tilqa’ l-mewt tagħha bħala raqda u taċċetta t-traslazzjoni għall-qawmien tagħha bħala Omm il-Ħajja. Hekk kif tarbija tfittex u tixxennaq għal ommha u l-omm tħobb tqatta’ ħin mat-tarbija tagħha, kien jixraq ukoll, li bl-imħabba materna’ tiegħek għal Ibnek u Alla tiegħek, terġa’ tmur għandu. Kien sew ukoll li Alla, li ħares l-imħabba ta’ Ibnu għalik, ra wkoll li jżomm din l-għaqda tiegħu miegħek għal dejjem.

           

B’dan il-mod, inti sofrejt il-mewt tal-bnedmin mortali u għaddejt għall-ħajja eterna fejn Alla jgħammar; u għaliex inti ħaġa waħda miegħu, bħal Omm Alla, inti ma tabbandunax il-ħajja minn miegħu.    

 

 

 

 

 

Jew:       

 

Qari mill-Kostituzzjoni Appotolika Alla, li jqassam id-doni b’idejh miftuħa, (Munificentissimus) tal-Papa Piju Tnax

 

Ġismek qaddis u wisq glorjuż

 

Għalhekk il-kbira Omm Alla Marija, sa minn dejjem ta’ dejjem kienet marbuta b’mod tassew tal-għaġeb ma’ Binha Ġesu’ b’digriet wieħed tal-providenza t’Alla; bla tebgħa fit-tnissil tagħha, xebba bla mittiefsa u Omm Alla fl-istess waqt, sieħba minn qalbha tal-Feddej fir-rebħa sħiħa tiegħu fuq id-dnub u fuq dak kollu li d-dnub iġib miegħu, hi kisbet ġieh liema bħalu, ġieh li qisu jgħaqqad fih u jinseġ flimkien b’mod tal-għaġeb il-privileġġi kollha tagħha; kisbet il-ġieh li ġisimha ma jarax it-taħsir tal-qabar, għaliex kif Binha ħareġ rebbieħ fuq il-mewt, hekk hi wkoll kellha toħroġ rebbieħa fuq il-mewt u tiġi mtellgħa fil-glorja tas-smewwiet bir-ruħ u l-ġisem biex toqgħod bħala Sultana fuq il-lemin ta’ Binha, is-Sultan taż-żminijiet kollha, is-Sultan ta’ dejjem.

   

RESPONSORJU                                       

 

Marija Verġni mtellgħa fil-għoli, fuq il-qtajja’ tal-anġli. * Marija Verġni mtellgħa fil-għoli, fuq il-qtajja’ tal-anġli.

                  Imbierek il-Mulej, li għollieha. * Fuq il-qtajja’ tal-anġli.  Glorja lill-Missier…

                  Marija Verġni mtellgħa fil-għoli,  fuq il-qtajja’ tal-anġli.

 

Jew:

 

                  Marija ġiet imtellgħa fis-sema, jifirħu l-anġli. * Marija ġiet imtellgħa fis-sema, jifirħu l-anġli. 

                  Ifaħħru u jbierku lill-Mulej. * Jifirħu l-anġli.  Glorja lill-Missier… Marija ġiet...

 

Kantiku ta’ Marija Illum Marija Verġni telgħet fis-sema; ifirħu, għax qiegħda ssaltan ma’ Kristu għal dejjem.

Jew: Kull nisel isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel ħwejjeġ kbar.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Kantiku ta’ Marija Illum Marija Verġni telgħet fis-sema; ifirħu, għax qiegħda ssaltan ma’ Kristu għal dejjem.

Jew: Kull nisel isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel ħwejjeġ kbar.

 

 

 

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni

bla tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:

-         ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.

Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-

imnikktin, aħfer lill-midinbin:

-         agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.

Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja,

-         ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.

Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:

-         agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int tellajt fil-glorja tas-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla tebgħa, Marija Omm Ibnek; agħmel li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema, biex jistħoqqilna sehem magħha fil-glorja li tajtha.  B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen. 

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

UFFIĊĊJU TAL-QARI

 

V. Mulej, iftaħli xofftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Invitatorju

 

Ant.    Kristu hu Bin Marija: ejjew nadurawh.

Jew:    Niċċelebraw il-festa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

 

Salm 94

Sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum”

(Lhud 3,13)

(Tingħad l-antifona u tiġi mtennija)

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta’ ferħ.    

 

(Antifona mtennija)

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet tal-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.    

 

(Antifona mtennija)

 

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, *
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
       u n-nagħaġ tiegħu.    

 

(Antifona mtennija)


Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu! *
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.   


 

(Antifona mtennija)

 

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; *
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”    


(Antifona mtennija)

 

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.  *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen. 

 

(Antifona mtennija)

 

 

 

 

L-Uffiċċju tal-Qari

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu:

kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Hallelujah.

 

Jekk l-Uffiċċju jibda bil-versett invitatorju, jitħalla barra dan ta’ hawn fuq.

 

INNU

 

            Dak Alla li l-art u s-sema

jaduraw u jgħollu bit-tifħir,

li tagħhom qawwijietu, u t-tifħiru jxandru,

għoġbu jgħammar f’ġisem Marija.

 

O Omm imbierka! Santwarju magħżul

fejn l-Arkitet divin,

li f’idejh iżomm l-art u s-sema,

sab il-kenn fil-moħba fejn qagħad:

 

Imbierka fil-messaġġ li Gabriel ġab;

imbierka fix-xogħol li l-Ispirtu niseġ;

aktar imbierka, li ġġib tarbija

lil dak li d-dinja ilha mxenqa għalih.

 

Mulej, il-Verġni mwielda, għalik

kull tifħir u glorja għall-eternita’,

li mal-Missier naduraw

u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem. Ammen.

 

 

Jew:

Iva, min għandu l-fidi f’Ġesu’,

ikanta l-għeġubijiet li seħħew,

meta l-imħabba t’Alla l-Missier

dnubietna ġew mirbuħa,

meta ħoloq lill-Verġni Marija

Omm l-Iben waħdieni tiegħu.

Sliem, Marija, mimlija bil-grazzja.

 

Imbierka kienu n-nies magħżula

li minnhom il-Mulej ġie,

imbierka kienet l-art imwiegħda

imżejna bħala d-dar tiegħu fuq l-art;

imma iżjed imbierka l-omm,

dik li ġarritu f’ġufha.

Sliem, Marija, mimlija bil-grazzja.

 

Għalhekk ħa jkun il-poplu fidil

li jxandar l-unur ta’ isimha,

ħa tkun il-Knisja fid-dixxerniment tagħha

trodd ħajr;

dak li omm Kristu għanniet fil-ferħ

ħa jkun il-poplu ta’ Kristu li jgħanni bl-istess mod.

Sliem, Marija, mimlija bil-grazzja.

 

Faħħar, O Marija, faħħar lill-Missier,

faħħar lis-Salvatur u Ibnek,

faħħar l-Ispirtu etern,

li għamlek arka u tron.

fuq il-krejaturi kollha ’l fuq merfugħa,

ifaħħru b’umilta’ lit-tlieta f’wieħed.

Sliem, Marija, mimlija bil-grazzja.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerreq fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Salm 23

Dħul il-Mulej fit-tempju tiegħu

 

Il-bibien tas-smewwiet infetħu għal Kristu fit-tlugħ tiegħu fis-sema bħala bniedem (San Irinew).

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

            id-dinja u kull ma jgħix fiha.
Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qiegħdha.

 

Min jista’ jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej, *

min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, †

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *
u anqas ma jaħlef bil-qerq.

Dan ikollu barka mingħand il-Mulej, *

u ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ‘l wiċċek, Alla ta’ Ġakobb.

 

Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *        

Hu l-Mulej tal-eżerċti: dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerreq fuqha t-tjieba tiegħu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes il-għamara tiegħu.

 

Salm 45

Alla l-kenn u l-qawwa tagħna

 

Isemmuh Għimmanu-El, li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna’ (Mattew 1:23).

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.
Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarrfu l-muntanji f’nofs il-baħar;
anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

 

Il-Mulej tal-eżerċiti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha,

jferrħu l-belt ta’ Alla, *
l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *  

jgħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.
Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb!

 

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.
Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art; †

l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *
jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes il-għamara tiegħu.

Ant. 3 Kulħadd igħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

           

Salm 86

Ġerusalemm omm il-ġnus kollha

 

Ġerusalemm ta’ fuq hi ħielsa, li hi ommna (Galatin 4:26).

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;
hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:
“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.
Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!
U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”
U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Kulħadd igħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla * Hieni min iħarisha.

 

L-EWWEL QARI                                                         Galatin 3:22–4:7                             

                                                                                     

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin                                 

 

Aħna wlied Alla u werrieta tiegħu bil-fidi

           

Ħuti: L-Iskrittura xeħtet kollox taħt id-dnub, ħalli l-wegħda, bis-saħħa tal-fidi f’Ġesu’ Kristu, tingħata lil dawk li jemmnu.

           

Qabel ma ġiet il-fidi, aħna konna miżmumin priġunieri taħt il-ħarsien tal-liġi, sa ma tiġi l-fidi li kellha tkun rivelata.  Il-liġi, mela, kienet tmexxina qisna tfal lejn Kristu, biex inkunu iġġustifikati permezz tal-fidi.  Issa li l-fidi ġiet, ma naħtiġux aktar min imexxina.  Għax intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz tal-fidi fi Kristu Ġesu’. Intom, li intom mgħammda fi Kristu, ilbistu ‘l Kristu.  Issa ma hemmx iżjed Lhudi u anqas Grieg, ma hemmx ilsir u anqas ħieles, ma hemmx ilsir u anqas ħieles, ma hemmx raġel u anqas mara; għax intom ilkoll ħaġa waħda fi Kristu Ġesu’.  Imma jekk intom ta’ Kristu, intom ukoll nisel Abraham, werrieta skont il-wegħda.

           

Irrid ngħid li, sakemm idum iż-żmien li fih il-werriet ikun għadu tifel, dan ma jkunx aħjar minn ilsir, għad li hu sid il-ġid kollu; iżda jkun taħt il-ħarsien tat-tuturi u tal-amministraturi, sa ma jasal iż-żmien magħżul mill-missier.  Hekk ukoll aħna: meta konna tfal, konna lsiera taħt l-elementi tad-dinja.  Iżda meta, waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied! U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: Abba, Missier!  U hekk mintix iżjed ilsir, iżda iben: u jekk iben, werriet ukoll permezz ta’ Alla.

 

RESPONSORJU                                                                     

 

Waslet il-milja taż-żminijiet, u Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja, imwieled minn Verġni, imwieled taħt il-liġi; * biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi.

Bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb * biex jifdi lil dawk ...

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mid-Diskorsi tal-beatu Elred, abbati

 

Marija hi ommna

 

Nersqu lejn il-għarusa tiegħu, nersqu lejn ommu, nersqu lejn il-qaddejja t-tajba tiegħu.  Il-Verġni mqaddsa Marija hi dan kollu.

           

Iżda biex se nersqu lejha?  X’rigali se noffrulha?  Mhux li konna għalinqas inroddulha d-dejn li għandna magħha!  Għax għandna nagħtuha: għandna nagħtuha l-ġieh, is-servizz, l-imħabba u t-tifħir tagħna.  Hi Omm Sidna: għalhekk għandna nroddulha l-ġieh.  Jekk xi ħadd ma jweġġahx lill-omm, kif jista’ ma jonqosx mill-ġieh lill-iben?  U l-Iskrittura tgħid: Weġġah lil missierek u ’l ommok.

           

Ħuti, xi rridu nfissru b’dan?  Marija mhijiex ommna?  U żgur, ħuti, hi ommna tassew.  Aħna twelidna biha, mhux għad-dinja, imma għal Alla.

           

Intom temmnu u tafu li aħna lkoll konna mejtin, bnedmin qodma, fid-dlamijiet, fil-miżerja.  Konna mejtin, għax tlifna lil Alla; bnedmin qodma, għax tħassarna; fid-dlamijiet, għax tlifna d-dawl tal-għerf; u għalhekk konna mitlufa għal kollox.

           

Iżda Marija wilditna, u wilditna wisq aħjar minn Eva, għax Marija wildet lil Kristu.  Minn bnedmin qodma sirna ġodda, minn imħassra lbisna n-nuqqas ta’ taħsir, mid-dlamijiet ħriġna għad-dawl.

           

Marija hi ommna, omm il-ħajja tagħna, omm in-nuqqas ta’ taħsir tagħna, omm id-dawl tagħna. L-Appostlu jgħid li l-Mulej sar għalina għerf ġej minn għand Alla, ġustizzja, qdusija u fidwa.  Mela Marija, għax Omm Kristu, hi omm il-għerf tagħna, omm il-ġustizzja tagħna, omm il-qdusija tagħna, omm il-fidwa tagħna. 

 

Għalhekk hi ommna wisq aktar mill-omm li nisslitna skont il-ġisem.  Jiġifieri, hija tatna twelid aqwa, ladarba lilha nafu l-qdusija tagħna, il-għerf, il-ġustizzja, it-tqaddis u l-fidwa tagħna.

           

Tgħid l-Iskrittura : Faħħru l-Mulej fil-qaddisin tiegħu. Issa jekk Sidna hu ta’ min ifaħħru f’dawk il-qaddisin li bihom jagħmel l-għeġubijiet u l-mirakli, mela kemm iżjed hu ta’ min ifaħħru fil-qaddisa li biha dak li hu tal-għaġeb fuq l-għeġubijiet kollha għamel lilu nnifsu!

 

 

 

 

 

 

RESPONSORJU                                                                     

 

Hienja int, Verġni Marija, u jistħoqqlok tassew kull tifħir; * għax bik feġġ Kristu Alla tagħna, ix-Xemx tal-ġustizzja.

Bih konna salvati u mifdija.

Bil-ferħ ta’ qalbna niċċelebraw din il-festa tiegħek, Verġni Mqaddsa Marija * għax bik feġġ Kristu Alla tagħna, ix-Xemx tal-ġustizzja.

 

Alternattiva:

 

Qari mill-Kostituzzjoni dommatika tal-Konċilju Vatikan it-tieni, fuq il-Knisja.

 

Il-maternita’ ta’ Marija fil-pjan tal-grazzja

           

Il-Verġni mbierka kienet minn dejjem ippredestinata biex tkun Omm Alla, bl-istess digriet tal-Inkarnazzjoni tal-Verb.  Il-providenza t’Alla riditha tkun f’din l-art l-Omm twajba tal-Feddej u l-qaddejja umli tal-Mulej, li b’qalb kbira u b’mod speċjali ssieħbet miegħu f’ħidmietu.  Hija nisslet lil Kristu, wilditu, rabbietu, offrietu lill-Missier fit-tempju, u sofriet ma’ Binha huwa u jmut fuq is-salib ; b’hekk hija kellha sehem speċjali fil-ħidma tas-Salvatur, u bl-ubbidjenza tagħha, bil-fidi, it-tama u l-ħeġġa ta’ mħabbitha, hija ħadmet id f’id miegħu biex l-erwieħ jiksbu mill-ġdid il-ħajja tal-grazzja.  Minħabba f‘hekk hija saret għalina omm fl-ordni tal-grazzja. Marija bdiet tkun ommna fil-pjan tal-grazzja sa minn dak il-waqt li, b’fidi kbira, laqgħet il-messaġġ li tħabbrilha mill-anġlu; bla biża’ ta’ xejn baqgħet iġġib ruħha ta’ ommna taħt is-salib; u għandha u tibqa’ dejjem ommna, sa ma sseħħ għal kollox il-ġemgħa tal-magħżulin kollha.  Għax għalkemm ġiet imtellgħa fis-sema, hija ma telqitx minn taħt idejha dan l-uffiċċju għas-salvazzjoni tagħna, imma għandha tidħol għalina b’kull mod, biex Alla jagħtina l-grazzja meħtieġa għas-salvazzjoni ta’ dejjem.

           

Fl-imħabba tagħha ta’ omm hija l-ħin kollu taħseb f’dawk l-aħwa ta’ Binha li, fit-triq tagħhom lejn is-sema, għandhom jitħabtu fost it-twegħir u d-dwejjaq, u tibqa’ tieħu ħsiebhom sa ma jidħlu fil-hena tal-belt vera tagħhom.

Hu minħabba f’hekk li l-Knisja ssejjaħ lill-Verġni mbierka bl-ismijiet ħelwa ta’ Avukata, Awżiljatriċi, Għajnuna u Medjatriċi ħadd ma għandu jaħseb li b’daqshekk il-Knisja tifhem tnaqqas jew iżżid xi ħaġa fil-kobor u l-qawwa ta’ Kristu, li hu waħdu l-Medjatur.

 

Ħadd, fost il-ħlejjaq, ma jista’ qatt jitqies daqs il-Verb magħmul bniedem, daqs il-Feddej.  Iżda bħalma l-ministri u l-poplu fidil, kulħadd skont il-mod tiegħu, għandhom sehem fis-saċerdozju ta’ Kristu; u bħalma l-ħlejjaq kollha, kull waħda skont il-mod tagħha, jieħdu tassew mit-tjieba t’Alla; hekk ukoll jiġri fil-medjazzjoni ta’ Kristu, li ma hemmx ħliefha.  Hija mhux biss ma twarrabx ħaddiema oħra, imma tqanqal il-ħlejjaq biex, kull waħda skont il-mod tagħha, jaħdmu id f’id ma’ Kristu l-Medjatur, dejjem bħala sehem f’ħidma waħda ħierġa minn għajn waħda.

           

Il-Knisja ma tibżax tistqarr dan l-uffiċċju li Marija għandha taħt Kristu; hija dejjem tħossu jaħdem fuqha, u tħajjar lill-fidili biex iweġġhu minn qalbhom dan l-uffiċċju tagħha, ħalli jitqawwew bil-għajnuna ta’ din l-omm u jistgħu jingħaqdu bis-sħiħ mal-Medjatur u s-Salvatur tagħna.

 

RESPONSORJU                                                                     

 

Verġni qaddisa u bla tebgħa, kif se nsib kliem biex infaħħar sbuħitek? * għax ġibt fil-ġuf lil dak li anqas is-smewwiet ma jesgħuh.

Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek * għax ġibt fil-ġuf …

 

INNU LILEK, O ALLA, INFAĦĦRU

 

Fil-Ħdud kollha, fis-solennitajiet u l-festi, l-innu Lilek O Alla Nfaħħru jsegwi it-tieni lezzjoni u r-responsorju tagħha.

 

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta
' dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha,

lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini
*
            ixandruk bla heda:

Qaddis,
* Qaddis, * Qaddis *
            il-Mulej Alla tal-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija
*
            bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar
*
            il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar
*
            il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru * 

il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha
* il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta
' kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu,
* id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.  
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem,
*
            ma stmerrejtx tinżel f'ġuf ta' Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
*
            u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta
' Alla, *
            fis-sebħ tal-Missier.

Ahna nemmnu * 

li int għad terġa' tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
*
            li inti fdejt b'demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek
*
            fil-glorja ta' dejjem.

 

 

 

 

V. Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, * bierek lill-wirt tiegħek.
R. Kun ir-ragħaj tagħhom, * erfagħhom għal dejjem.
V. Min jum għall-iehor * aħna nberkuk:

R. u nfaħħru ismek għal dejjem, * u għal dejjem ta’ dejjem.
V. Agħmel, Mulej, li llum * inħarsu ruħna minn kull dnub.
R. Ħenn għalina, Mulej, * ħenn għalina.
V. Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek, *
R. kif fik hi t-tama tagħna.
V. Fik, Mulej, jien nistkenn: *

R. ma jkolli qatt għax ninfixel.

 

 

TALBA TAL-GĦELUQ

 

Mulej Alla tagħna, inti għamilt lill-Verġni Marija il-mudell għal dawk kollha li jilqgħu l-kelma tiegħek u li jpoġġuha fil-prattika. Iftaħ il-qalb tagħna biex nilqgħuha bil-ferħ u bil-qawwa tal-Ispirtu agħmel li aħna wkoll insiru post

fejn il-Kelma tas-salvazzjoni tiegħek tiġi mwettqa. Nitolbuk dan b’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  

 

Inbieku l-Mulej.

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

 

 

 

 

 

 

TALB TA’ NOFS IL-JUM

 

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

INNU

 

            Onfoħ fuqi, nifs ta’ Alla,

Imlini bil-ħajja mill-ġdid,

Ħalli nħobb dak li tħobb int,

U nagħmel dak li kieku tagħmel int.

 

 

Onfoħ fuqi, nifs ta’ Alla,

Sakemm qalbi tkun safja,

Sakemm miegħek ikolli rieda waħda,

Biex ngħix u nippersevera.

 

Onfoħ fuqi, nifs ta’ Alla,

Irfina lir-ruħi bil-grazzja,

Sakemm dil-parti tieghi tad-dinja,

Tleqq bin-nar divin tiegħek.

 

Onfoħ fuqi, nifs ta’ Alla,

Ħalli ma mmut qatt,

Imma ngħix miegħek il-ħajja perfetta

Fl-eternita’ tiegħek.

 

 

Jew:

 

            Minn fost dawk kollha li jgħammru taħt is-smewwiet

            Ħa jitla’ t-tifħir tal-Krejatur:

            Ħa jgħannu isem ir-Redentur

            F’kull post, b’kull ilsien,

                                    Halleluia!

 

            Eterna hija l-ħniena tiegħek, Mulej;

            Il-verita’ eterna tisma’ l-kelma tiegħek:

It-tifħir tiegħek jinstema’ minn xatt għall-ieħor,

Sakemm xmux jitilgħu u ma jidlam qatt iżjed:

Halleluia!

 

 

 

 

F’Nofs in-nhar

 

            Għenna, Mulej biex nitgħallmu

            Il-veritajiet li Kelmtek turina:

Biex nistudjaw li l-liġijiet tiegħek jistgħu ikunu

Imnaqxa fil-qlub tagħna.

 

Għenna, Mulej, biex ngħixu

Il-fidi li nistqarru,

Ħalli l-ħsibijiet, il-kliem u l-għemil kollu tagħna

Jagħtu glorja lil ismek.

 

Għenna, Mulej, biex ngħallmu

Is-sbuħija ta’ triqatek,

Biex l-erwieħ imxenqa jsibu lil Kristu,

U jgħannu t-tifħir tiegħek b’vuċi għolja.

 

Jew:

 

            Mulej ta’ kull tama, Mulej ta’ kull ferħ,

Li l-fiduċja, dejjem tat-tfal, l-ebda bżonn ma jiddistruġġi,

Kun hemm fil-mixi tagħna, u agħtina, nitolbuk,

Il-barka tiegħek fi qlubna, Mulej, mal-bidu tal-jum.

 

Mulej ta’ kull ħerqa, Mulej ta’ kull fidi,

Li jdejk qawwija bis-sengħa ħadmuna,

Kun hemm fil-ħidma tagħna, u agħtina, nitolbuk,

Il-qawwa tiegħek fi qlubna, Mulej, f’nofs il-jum.

 

Mulej ta’ kull tjieba, Mulej ta’ kull grazzja,

Li jdejk bil-ħeffa jilqgħu, u dirgħajk jgħannqu,

Kun hemm fir-riton tagħna lejn id-dar, u agħtina, nitolbuk,

L-imħabba tiegħek fi qlubna, Mulej, fi tmiem il-jum.

 

Mulej ta’ kull ġentilezza, Mulej ta’ kull kalma,

Li l-vuċi tiegħek hi l-kuntentizza, u l-preżenza tiegħek hi balzmu,

Kun hemm fl-irqad tagħna, u agħtina, nitolbuk,

II-paċi tiegħek fi qlubna, Mulej, tul il-lejl.

 

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofs in-nhar

 

            Nemmen fis-sewwa u fil-verita’

Alla hu tlieta u Alla hu wieħed;

Wara dan nagħraf tajjeb

L-umanita’ li ħa l-Iben.

 

U nafda u nittama b’mod komplet

F’dik l-umanita’ msalba;

U nħobb fuq kollox, u biss

Kristu li miet għal dnubieti.

 

U nżomm f’venerazzjoni,

Għall-imħabba tiegħu biss,

Il-Knisja Mqaddsa bħala l-ħolqien tiegħu,

U t-tagħlim tagħha bħala tiegħu.

 

Tifħir u ringrazzjament dejjem jingħata

Ma u permezz tal-qtajja tal-anġli,

Lil Alla tal-art u s-sema,

Missier, Iben u Spirtu s-Santu.

 

Jew:

 

            Mulej Alla u Ħallieq ta’ kollox,

            Il-ħolqien iżomm bik.

            Filwaqt li kollox għad jinbidel u jintemm,

            Int qatt ma tinbidel u dejjem ġdid.

 

            Int tal-bniedem is-serħan u t-tarka,

            Il-blata fejn jibni fis-sod;

            Inti tal-ispirtu d-dar;

            Fik biss hi mwettqa t-tama.

 

            Lil Alla l’Missier u l’Iben

            U lill-Ispirtu s-Santu agħti tifħir,

            Trinita’ mbierka, minn żmien għal żmien

            Il-qawwa ta’ kull jum f’ħajjitna.

 

 

 

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

Ant. Ilkoll qalb waħda bejniethom kienu jitolbu flimkien ma’ Marija, Omm Ġesu’.

 

F’Nofs in-nhar

Ant. Qalet Omm Ġesu’: Kull ma jgħidilkom, agħmluh.

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofs in-nhar

Ant. Il-Mulej qal lil Ommu: Mara, hawn hu Ibnek. Imbagħad qal lid-dixxiplu: Hawn hi ommok.

 

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Mexxini, Mulej, mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek.

 

Salm 118: 33-40

 

V

Għallimni, Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek; *

            jiena rrid nibqa' fiha sal-aħħar.

Fehemni biex inħares il-liġi tiegħek, *

            u nagħmilha b'qalbi kollha.

 

Mexxini mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek; *

            għax fiha nsib l-għaxqa tiegħi.

Iġbidli qalbi lejn il-preċetti tiegħek, *

            u mhux lejn ir-regħba.

 

Tħallix lil għajnejja jħarsu lejn il-frugħa; *

            agħtini l-ħajja bil-kelma tiegħek.

Żomm il-wegħda li għamilt mal-qaddej tiegħek, *

            li int għamilt ma' dawk li jibżgħu minnek.

 

Warrab minni l-għajb li nibża' minnu, *

            għax tajbin huma d-digrieti tiegħek.

Ara kif jiena mxennaq għall-preċetti tiegħek; *

            fil-ġustizzja tiegħek agħtini l-ħajja.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Mexxini, Mulej, mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek.

Ant. 2  Min ifittex lill-Mulej xejn ma jkun jonqsu.

 

 

      Salm 33

Il-Mulej isalva l-ġusti

 

Intom ippruvajtu kemm hu tajjeb il-Mulej (1 Pietru 2:3).

 

I

Kull ħin inbierek il-Mulej; *

            tifħiru dejjem fuq fommi.

Bil-Mulej tiftaħar ruħi; *

            jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.

Xandru l-kobor tal-Mulej miegħi; *

            ħa ngħollu ismu flimkien.

 

Jien fittixt il-Mulej, u weġibni, *

            minn kull biża' tiegħi ħelisni.

Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom, *

            u ma jkollkomx għax tistħu.

 

Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu, *

            u mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu.

L-anġlu tal-Mulej jgħasses *

            madwar dawk li jibżgħu minnu, u jeħlishom.

Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej; *

            hieni l-bniedem li jistkenn fih.

Ibżgħu mill-Mulej, qaddisin tiegħu; *

            xejn ma jonqsu min jibża' minnu.

Is-setgħana jiftaqru u jbatu l-ġuħ; *

            min ifittex lill-Mulej xejn ma jkun jonqsu.

Għannu lill-Mulej għanja ġdida; *

ħa jitla’ minn truf l-art it-tifħir tiegħu!
Ħa jsebbħu l-baħar u kull ma fih, *

il-gżejjer u min jgħammar fihom.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Min ifittex lill-Mulej xejn ma jkun jonqsu.

Ant. 3  Fittex is-sliem u imxi warajh.

 

II

Ejjew uliedi, isimgħu lili; *

jiena l-biża' tal-Mulej ngħallimkom.

Min hu l-bniedem li jħobb il-ħajja, *

            u jixtieq jara għomru kollu riżq?

 

Ħares ilsienek mill-ħażen, *

            u xufftejk minn kliem il-qerq.

Tbiegħed mill-ħażen u agħmel it-tajjeb, *

            fittex is-sliem u imxi warajh.

 

Għajnejn il-Mulej lejn il-ġusti, *

            u widnejh miftuħa għall-għajta tagħhom.

Il-ħarsa tal-Mulej fuq il-ħżiena, *

            biex jeqred minn fuq l-art tifkirithom.

 

Jgħajjtu l-ġusti għall-għajnuna, †

            u l-Mulej jismagħhom; *

mid-dwejjaq kollha tagħhom jeħlishom.

Qrib il-Mulej lejn dawk b'qalbhom maqsuma, *

            jgħin lil dawk b'ruħhom mifnija.

 

Kbar huma l-ħsarat tar-raġel sewwa, *

            iżda minnhom kollha jeħilsu l-Mulej.

Iħarislu għadmu kollha, *

            ebda waħda ma titkissirlu.

 

Il-ħażin ħżunitu teqirdu; *

            min jobgħod il-ġust iħallas għall-ħtija.

Jifdi l-Mulej il-ħajja tal-qaddejja tiegħu; *

            kull min jistkenn fih ma jkollux xi jpatti.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Fittex is-sliem u imxi warajh.

 

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

L-EWWEL QARI                                                                              Sofonija 3:14, 15b

 

Għajjat bil-ferħ ta' qalbek, bint Sijon,

Iżrael, samma' leħnek!

Infexx fl-hena u ifraħ b'qalbek kollha,

bint Ġerusalemm!

Is-sultan t'Iżrael, il-Mulej,

hu f'nofsok.

 

 

 

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mid-Diskorsi tal-isqof Sant’Ambroġju.

 

Ħa tkun ruħ Marija f’kull wieħed u waħda minnkom

           

Eliżabbetta kienet mimlija bl-Ispirtu s-Santu wara li nisslet iben; Marija kienet mimlija qabel. “Inti l-imbierka,” qaltilha Eliżabbetta, “għaliex inti emmint.”

Aħna lkoll imberkin għaliex għaliex smajna u emminna. Ir-ruħ ta’ kull min jemmen titnissel u twelled il-Kelma ta’ Alla u tagħraf il-ħidma tiegħu.

 

Ħa tkun ruħ Marija f’kull wieħed u waħda minnkom biex tigglorifika lill-Mulej. Ħa jkun l-ispirtu tagħha f’kull wieħed u waħda minnkom biex jifraħ fil-Mulej. Kristu għandu Omm waħda fil-ġisem, imma aħna ikoll inweldu lil Kristu bil-fidi. Kull ruħ hi ħielsa mill-kundanna tad-dnub u fis-safa tagħha tista’ tirċievi il-Kelma ta’ Alla.

 

Hieni minn jisma’ l-kelma ta’ Alla. * Hieni min iħarisha.

 

 

F’Nofs in-nhar

 

L-EWWEL QARI                                                                                          Zakkarija 9:9

 

Ifraħ kemm tiflaħ, bint Sijon;

għajjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm!

Ara, is-sultan tiegħek ġej għandek;

ġust u rebbieħ.

 

 

 

 

 

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mid-Diskorsi tal-isqof San Pietru Kriżostnu

 

Ħadd m’għandu jiġġudika b’mod uman dak li hu magħmul f’misteru divin 

           

Il-Verġni nisslet u l-Verġni weldet it-tarbija tagħha. Tkunux iddisturbati minn dan it-tnissil jew titħawdu meta tisimgħu b’dan it-twelid. Ħadd m’għandu jiġġudika b’mod uman dak li hu magħmul f’misteru divin. Ħadd m’għandu jipprova jippenetra dan il-misteru tas-sema bir-raġunamenti tad-dinja. Ħadd m’għandu jittratta dan is-sigriet novell mit-tagħrif ta’ dak li soltu jiġri fil-ħajja ta’ kuljum. Ħadd m’għandu jimmanipola il-ħidma ta’ mħabba f’insult, jew jirriskja li jitlef il-fidi.

 

Hieni l-ġuf tal-Verġni Marija. * Li ġiebet fid-dinja ’l Bin il-Missier etern.

 

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofs in-nhar

 

L-EWWEL QARI                                                                                          Ġuditta 13:31

 

Imbierka inti fost it-tined kollha ta’ Ġuda; u f’kull nazzjon, dawk kollha li jisimgħu bik ikun milquta mit-terrur.

 

IT-TIENI QARI

 

Qari mid-Diskorsi ta’ awtur Grieg mhux magħruf

 

Marija hi ċċelebrata fil-kliem tal-Iskrittura mqaddsa

           

Marija waqfet fuq in-naħa tal-lemin, b’ilbies tad-deheb, b’ornament imsebbaħ bir-reqqa. Bħalma, bħala mara, ġiet imsejħa reġina u sinjura u Omm t’Alla, hekk issa, wieqfa bħala r-reġina fuq in-naħa tal-lemin tal-Iben l-aktar regali tagħha, hija ċċelebrata fil-kliem tal-Iskrittura mqaddsa bħala dik liebsa bl-ilbies tad-deheb li qatt ma ġie minsus. U għalhekk, filwaqt li nħarsu lejh li hu r-re u l-Mulej u Alla, u lejha li hi r-reġina u s-sinjura u l-Omm ta’ Alla, nikkontemplawhom bil-viżżjoni ċara tal-għajnejn ta’ moħħna, ejja nirrepetu u ntennu bla waqfien: Ir-reġina wieqfa fuq in-naħa tal-lemin, b’ilbies tad-deheb, b’ornament imsebbaħ bir-reqqa.

 

TALBA TAL-GĦELUQ

 

O Alla, agħmel li l-paċi li tant nixtiequ sseħħ: ħa ngħixu ħajjitna fil-kwiet u l-ferħ

u, bl-għajnuna tat-talb tal-Verġni Marija, naslu qawwija u sħiħa fis-saltna tiegħek. Nitolbuk dan bi Kristu Sidna.  Ammen.

 

Jew:

 

Alla u Missier it-tjieba, f’Marija, l-ewwel wilt tar-redenzjoni, inti tajtna Omm tant ġentili. Iftħilna qlubna għall-ferħ tal-Ispirtu, u agħtina li billi nimitaw il-Verġni aħna wkoll nitgħallmu nkabbruk permezz tal-ħidma kbira mwetqa fi Kristu, Ibnek.

 

Hu jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Jew:

 

Alla qaddis u ħanin, inti titgħaxxaq b’min hu umli u twettaq fihom permezz tal-Ispirtu l-aktar għeġubijiet tas-salvazzjoni. Ħares fuq l-innoċenza tal-Verġni Marija, u agħtina qlub sempliċi u ġenerużi li jwieġbu bla dewmien għas-sinjali tar-rieda tiegħek.

 

Nitolbuk dan b’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li jgħix u jsaltan flimkien miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Imbagħad, għallinqas fiċ-ċelebrazzjoni komunitarja, jingħad:

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

SALMODIJA KOMPLEMENTARI

GĦAD-DISGĦA, NOFS IN-NHAR U T-TLIETA

 

Wara l-V. O Alla, ejja eħlisni u l-innu, jingħadu s-salmi gradwali li ġejjin, bl-antifoni tagħhom, jew oħrajn propji jekk ikun hemm.

 

I

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

 

Ant. 1  Lill-Mulej sejjaħt, u hu weġibni.

 

Salm 119 (120)

Ix-xewqa tal-paċi

 

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

 

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *

u hu weġibni.

 

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *

u mill-ilsna qarrieqa.

X'se tieħu b'dan, u x'se jiswielek, *

ilsien qarrieq?

Vleġeġ misnuna ta' wieħed b'saħħtu, *

u ġamar tal-ġummar.

Imsejken jien, li ngħix barrani f'Mesek; *

li ngħammar fl-għerejjex ta' Kedar!

Ili ngħix biżżejjed *

ma' dawk li jobogħdu s-sliem.

Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *

insibhom lesti għall-ġlied.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Lill-Mulej sejjaħt, u hu weġibni.

Ant. 2  Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek.

 

Salm 120 (121)

Il-Mulej iħares il-poplu

 

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

 

Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; *

mnejn se tiġini l-għajnuna?

Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *

ma jongħosx dak li jħarsek.

Ara, la jongħos u lanqas jorqod *

dak li jħares lil Iżrael.

 

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *

anqas il-qamar billejl.

 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *

hu jħarislek ħajtek.

Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *

minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek.

Ant. 3  Fraħt b’dak li qaluli.

 

 

 

 

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Fraħt b’dak li qaluli.

 

 

 

 

 

II

 

F’Nofs in-nhar

 

 

Ant. 1  Int li tgħammar fis-smewwiet, ħenn għalina.

 

Salm 122 (123)

Il-Mulej it-tama tal-poplu

 

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

 

Lejk nerfa' għajnejja, *

int li tgħammar fis-smewwiet.

 

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *

bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;

hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *

sa ma jkollu ħniena minna.

 

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *

għax mitmugħa sax-xaba' bit-tagħjir.

Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *

biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Int li tgħammar fis-smewwiet, ħenn għalina.

Ant. 2  L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej.

 

 

 

 

 

 

 

Salm 123 (124)

Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

 

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

 

Li ma kienx il-Mulej magħna *

          – ħa jgħid hekk Iżrael –

li ma kienx il-Mulej magħna, *

meta qamu għalina n-nies,

ħajjin kienu jibilgħuna, *

meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

 

L-ilma kien jgħarraqna, *

il-wied kien jgħaddi minn fuqna;

minn fuqna kien jgħaddi *

mewġ ta' ilma qawwi.

 

Imbierek il-Mulej, *

li ma telaqniex priża għal snienhom.

Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *

Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

 

L-għajnuna tagħna f'isem il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej.

Ant. 3  Il-Mulej madwar il-poplu tiegħu, minn issa u għal dejjem.

 

Salm 124 (125)

Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

 

ls-sliem fuq Iżrael ta Alla (Gal 6,16).

 

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta' Sijon, *

li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.

Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *

hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,

minn issa u għal dejjem.

Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena

fuq l-art, wirt il-ġusti, *

biex ma jiġrix li l-ġusti

jmiddu jdejhom għall-ħażen.

 

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *

u lil dawk ta' qalbhom safja.

Imma 'l dawk li jgħawwġu triqthom †

jitlaqhom il-Mulej ma' dawk li jagħmlu l-ħażen.

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Il-Mulej madwar il-poplu tiegħu, minn issa u għal dejjem.

 

 

III

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofs in-nhar

 

 

Ant. 1  Kbir f’għemilu l-Mulej magħna: u aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Salm 125 (126)

Ferħ u hena fil-Mulej

 

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

 

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imjassra ta' Sijon, *

konna qisna mitlufa f'ħolma;

mbagħad bid-daħk imtela fommna, *

u bl-għajat ta' ferħ ilsienna.

Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *

"Kbir f'għemilu l-Mulej magħhom!"

Kbir f'għemilu l-Mulej magħna! *

U aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Biddel, Mulej, xortina, *

bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *

jaħsdu bl-għana ta' ferħ.

 

Huma u sejrin, imorru jibku, *

jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.

Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b'għana ta' ferħ, *

iġorru l-qatet f'idejhom.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Kbir f’għemilu l-Mulej magħna: u aħna bil-ferħ imtlejna.

Ant. 2  Jibnilna l-Mulej id-dar, u jħares il-belt tagħna.

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

          Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Jibnilna l-Mulej id-dar, u jħares il-belt tagħna.

Ant. 3  Kbir il-hena ta’ dawk li jibżgħu minnek, Mulej.

 

Salm 127 (128)

Is-sliem tad-dar fil-Mulej

 

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

 

 

Hieni kull min jibża' mill-Mulej, *

kull min jimxi fit-triqat tiegħu!

Mix-xogħol ta' idejk inti tiekol; *

hieni int, u riżqek tajjeb!

Martek tkun bħal dielja għammiela *

          fl-irkejjen ta' darek;

uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *

madwar il-mejda tiegħek.

 

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *

li jibża' mill-Mulej!

Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *

Jalla tara l-ġid ta' Ġerusalemm tul ħajtek kollha!

Jalla tara wlied uliedek! *

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kbir il-hena ta’ dawk li jibżgħu minnek, Mulej.

 

 

IT-TALBA TA’ GĦELUQ IL-JUM

IS-SIBT

(wara l-I Għasar tal-Ħdud u tas-Solennitajiet)

 

V/. O Alla, ejja eħlisni.

R/. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

Fi żmien ir-Randan ma tingħadx l-Hallelujah.

Wara dan il-versett tal-bidu tkun ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-

ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skont il-formoli użati fil-

Quddiesa.

 

ATT PENITENZJALI

l.. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad kulħadd flimkien jistqarr:

Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox,

u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna

bil-ħsieb, bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti:

u waqt li jħabbtu fuq sidirhom, jgħidu:

ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi.

Imbagħad ikomplu:

Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni,

lill-Anġli u l-Qaddisin kollha,

u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R/. Ammen.

 

Jew

 

II. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħad:

V. Ħenn għalina, Mulej

R. Għax dnibna kontra tiegħek.

V. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.

R. U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

Jew

 

III. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħadu dawn l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:

Int li kont mibgħut biex tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ġejt biex issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.

R. Kristu ħniena.

Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina, Alla, li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

 

INNU

 

Wara dan il-jum li tajtna,

nitolbuk, Ħallieq ta’ kollox,

biex fit-tjieba kbira tiegħek

tgħasses fuqna u tieqaf magħna.

 

Fik u bik jistrieħu qlubna,

jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,

sabiex għada minn filgħodu

jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

 

Bierek jiemna b’saħħa tajba,

ġid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,

u bid-dija tiegħek dawwal

dlam il-lejl li riesaq fuqna.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu faraġ tagħna. Ammen.

 

Jew, skont ir-rubriki fil-Propju taż-Żmien:

 

Kristu, dija u jum imsebbaħ,

bik tal-lejl titkeċċa d-dalma,

int tassew tad-dawl id-dija,

int xandar tad-dawl għall-hienja.

 

Nitolbuk, Qaddis, Sid tagħna,

f’dan il-lejl li ġej ħarisna;

ikun fik il-mistrieħ tagħna,

tina ftit sigħat ta’ heda.

Jekk l-għajnejn fl-irqad jingħalqu,

qalbna tibqa’ tishar miegħek;

midd, Mulej, il-leminija

bħala kenn ħanin fuq ħbiebek.

 

Ejja, Salvatur setgħani,

qatta x-xbiek tal-għadu tagħna,

wennes lill-qaddejja tiegħek,

li biex fdejthom xerridt demmek.

 

Ġieħ u sebħ għal dejjem, Kristu,

Sultan twajjeb, jintradd lilek,

lill-Missier u lill-Ispirtu

Difensuf u Faraġ tagħna. Ammen.

 

Fi żmien il-Għid:

 

O Ġesu, Feddej tad-dinja,

inti l-Verb tal-Missier Alla,

dawl minn dawl li dejjem tishar

fuq il-ħbieb fidili tiegħek:

 

Int li bik issawru l-ħlejjaq,

u li tagħżel żmien minn ieħor,

lejl ta’ serħ u sliem agħtina,

wara jum tħabrik u ħidma.

 

Int li qridt tad-dlam is-saltna,

għinna nirbħu l-għadu tagħna;

qatta’ x-xbiek li qed jonsbilna,

la tinsiex li b’demmek fdejtna.

 

 

F’dan iż-żmien qasir li għandna

liebsa t-toqol ta’ ġisimna,

tħalli qatt lil ruħna tongħos

waqt l-irqad meħtieġ tal-ġisem.

 

Glorja lilek, fir-rebħ tiegħek

fuq il-mewt, Ġesu’ setgħani;

mal-Missier u mal-Ispirtu,

ġieh jintraddlek issa u dejjem. Ammen.

 

 

SALMODIJA

 

Barra Ż.GĦ: Ant. Ħenn għalija, Mulej, u isma’ talbi.

Ż.GĦ: Ant: Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

Salm 4

Radd ta’ ħajr

 

Il-Mulej wera tjieba kbira ma’ dak li hu qajjem mill-imwiet. (S. Wistin).

 

Weġibni meta nsejjaħlek, *

Alla tal-ġustizzja tiegħi;
oħroġni fil-wisa’ meta nkun imdejjaq, *

ħenn għalija u isma’ talbi.

 

Intom, bnedmin, kemm se ddumu twebbsu qalbkom? *

Għax tħobbu l-frugħa u tfittxu l-gideb?
Kunu afu li l-Mulej wera tjieba kbira miegħi, *

jismagħni l-Mulej meta nsejjaħlu.

 

Triegħdu bil-biża’, u la tidinbux; *

aħsbu f’qalbkom bil-lejl, u isktu!
Offru s-sagrifiċċji li għandkom tagħmlu; *

u ittamaw fil-Mulej.

Ħafna jgħidu: “Min jurina r-risq?” *

Ixħet fuqna, Mulej, id-dawl ta’ wiċċek.
Int nissilt l-hena f’qalbi, *

aktar mill-kotra tal-qamħ u l-inbid tagħhom.
Nimtedd u norqod minnufih fis-sliem, *

għax int waħdek, Mulej, fis-sod tqegħedni.

 

Glorja.

 

Ant. 1: Ħenn għalija, Mulej, u isma’ talbi.

Ant. 2: Bierku l-Mulej fil-ljieli.

 

Salm 133

It-talb ta’ filgħaxija fit-tempju

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja kollha tiegħu, intom li tibżgħu minnu, iż-żgħar u l-kbar (Apok.19, 5).

 

Ejjew, bierku l-Mulej,

qaddejja kollha tal-Mulej, *

intom li toqogħdu f’dar il-Mulej.

Erfgħu jdejkom lejn it-tempju, *

u bierku l-Mulej fil-ljieli.

 

Ibierkek il-Mulej minn Sijon, *

hu li għamel is-sema u l-art!

 

Glorja.


Barra Ż.GĦ: Ant: Bierku l-Mulej fil-ljieli.

Ż.GĦ: Ant. Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                          Dewt 6: 4-7

 

Isma’, Iżrael: Wieħed hu l-Mulej, il-Mulej Alla tagħna. Ħobb, mela, lill-Mulej Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’saħħtek kollha. Żomm f’qalbek dawn it-twissijiet li jiena qiegħed nagħtik il-lum; għallimhom lil uliedek u kellimhom fuqhom, sew meta tkun f’darek, sew meta timxi barra fit-triq, sew meta tkun se timtedd, u sew meta tqum.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa, * Jien nerħi ruħi. Glorja. F’idejk.

 

F’Ħadd il-Għid u l-ottava jingħad:

Ant. Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah.

 

Fi żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi. Hallelujah, hallelujah. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. F’idejk.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u

nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

KANTIKU EVANĠELIKU                                        Lq. 2 :29-32

 

Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Iżrael

 

Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *

imur fis-sliem, skont kelmtek;

għaliex għajnejja raw *

is-salvazzjoni tiegħek,

li int ħejjejt *

għall-popli kollha:

dawl biex idawwal il-ġnus, *

u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.

 

Glorja.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

Talba

Fil-Ħdud u matul l-ottava tal-Għid:

Ejja żurna, Mulej, f’dan il-lejl li ġej fuqna, biex għada mas-sebħ inqumu bil-qawwa tiegħek, u nifirħu bil-qawmien ta’ Kristu Ibnek, li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

Fis-solennitajiet:

Żur, Mulej, lil din id-dar, u biegħed minnha kull tnassis tal-għadu; igħammru fiha l-anġli qaddisa tiegħek, biex iħarsuna u jżommuna fis-sliem; u xerred dejjem il-barka tiegħek fuqna.  Bi Kristu Sidna.

R. Ammen.

 

Wara t-talba tingħad il-barka:

Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb.

R. Ammen.

 

 

 

 

Fl-aħħarnett, mingħajr versett u talba, tingħad waħda mill-antifoni tal-Madonna.

 

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,

int bieb illi jagħti għas-sema,

int kewkba tal-baħar, Marija!

Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,

għajnuna tal-poplu l-maħtur,

li b’għaġeb nissilt ‘il min ħalqek

fis-siegħa li lqajt it-tislima

li tak Gabrijel, u bqajt xebba,

kif qabel, hekk wara t-tnissil.

Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

 

jew

 

Is-sliem, o Sultana

tas-sema, Sidt l-anġli;

int l-għerq u l-bieb safi

mnejn ġie dawl id-dinja.

O Verżni glorjuża,

ta’ ġmiel u sbuħija,

is-sliem għalik! Itlob

lil Kristu għalina.

 

jew

 

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;

ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.

Lilek ingħajtu,

għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu

f’dan il-wied tad-dmugħ.

 

Ejja, mela, avukata tagħna,

dawwar lejna

dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;

u wrina, wara dan it-turufnament,

lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.

O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

 

jew

 

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,

Omm qaddisa ta’ Alla:

la twarrabx minn quddiemek

it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,

u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,

O Verżni glorjuża u mbierka.

 

Jew, fi żmien il-Għid:

 

Sultana tas-sema, ifraħ, hallelujah,

            għax dak li stħaqqlek tkun ommu, hallelujah,

qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal, hallelujah:

            itlob ‘l Alla għalina, hallelujah.

 

 

IT-TALBA TA’ GĦELUQ IL-JUM

IL-ĦADD

(wara t-II Għasar tal-Ħdud u tas-Solennitajiet)

 

V/. O Alla, ejja eħlisni.

R/. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

Fi żmien ir-Randan ma tingħadx l-Hallelujah.

Wara dan il-versett tal-bidu tkun ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-

ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skont il-formoli użati fil-

Quddiesa.

 

ATT PENITENZJALI

l.. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad kulħadd flimkien jistqarr:

Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox,

u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna

bil-ħsieb, bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti:

u waqt li jħabbtu fuq sidirhom, jgħidu:

ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi.

Imbagħad ikomplu:

Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni,

lill-Anġli u l-Qaddisin kollha,

u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R/. Ammen.

 

Jew

 

II. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħad:

V. Ħenn għalina, Mulej

R. Għax dnibna kontra tiegħek.

V. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.

R. U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

 

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

Jew

 

III. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħadu dawn l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:

Int li kont mibgħut biex tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ġejt biex issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.

R. Kristu ħniena.

Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina, Alla, li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

INNU

 

Wara dan il-jum li tajtna,

nitolbuk, Ħallieq ta’ kollox,

biex fit-tjieba kbira tiegħek

tgħasses fuqna u tieqaf magħna.

 

Fik u bik jistrieħu qlubna,

jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,

sabiex għada minn filgħodu

jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

 

Bierek jiemna b’saħħa tajba,

ġid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,

u bid-dija tiegħek dawwal

dlam il-lejl li riesaq fuqna.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu faraġ tagħna. Ammen.

 

Jew, skont ir-rubriki fil-Propju taż-Żmien:

 

Kristu, dija u jum imsebbaħ,

bik tal-lejl titkeċċa d-dalma,

int tassew tad-dawl id-dija,

int xandar tad-dawl għall-hienja.

 

Nitolbuk, Qaddis, Sid tagħna,

f’dan il-lejl li ġej ħarisna;

ikun fik il-mistrieħ tagħna,

tina ftit sigħat ta’ heda.

 

Jekk l-għajnejn fl-irqad jingħalqu,

qalbna tibqa’ tishar miegħek;

midd, Mulej, il-leminija

bħala kenn ħanin fuq ħbiebek.

 

Ejja, Salvatur setgħani,

qatta x-xbiek tal-għadu tagħna,

wennes lill-qaddejja tiegħek,

li biex fdejthom xerridt demmek.

 

Ġieħ u sebħ għal dejjem, Kristu,

Sultan twajjeb, jintradd lilek,

lill-Missier u lill-Ispirtu

Difensuf u Faraġ tagħna. Ammen.

 

Fi żmien il-Għid:

 

O Ġesu, Feddej tad-dinja,

inti l-Verb tal-Missier Alla,

dawl minn dawl li dejjem tishar

fuq il-ħbieb fidili tiegħek:

 

Int li bik issawru l-ħlejjaq,

u li tagħżel żmien minn ieħor,

lejl ta’ serħ u sliem agħtina,

wara jum tħabrik u ħidma.

 

Int li qridt tad-dlam is-saltna,

għinna nirbħu l-għadu tagħna;

qatta’ x-xbiek li qed jonsbilna,

la tinsiex li b’demmek fdejtna.

 

F’dan iż-żmien qasir li għandna

liebsa t-toqol ta’ ġisimna,

tħalli qatt lil ruħna tongħos

waqt l-irqad meħtieġ tal-ġisem.

 

Glorja lilek, fir-rebħ tiegħek

fuq il-mewt, Ġesu’ setgħani;

mal-Missier u mal-Ispirtu,

ġieh jintraddlek issa u dejjem. Ammen.

 

 

 

SALMODIJA

 

Barra Ż.GĦ: Ant. Taħt ġwenħajh, tistkenn; ma tibżax mill-biża’ tal-lejl.

Ż.GĦ: Ant: Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

Salm 90

Għad-dell tal-Għoli

 

Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq is-sriep u skorpjuni (Lq 10, 19).

 

Int li tgħix għall-kenn tal-Għoli, *

li tgħammar għad-dell ta’ dak li jista’ kollox,

għid lill-Mulej:

“Kenn tiegħi u qawwa tiegħi int, *

Alla tiegħi, jien fik nittama.”

 

Għax hu jeħilsek mix-xibka tan-nassab, *

u mill-mard tal-mewt.

Bir-rix tiegħu jgħattik, *

u taħt ġwenħajh tistkenn.

Ma tibżax mill-biża’ tal-lejl, *

anqas minn vleġġa li tittajjar binhar,

minn pesta li tixtered fid-dlam, *

jew minn marda li ġġib ħerba f’nofsinhar.

 

Elf ruħ jaqgħu maġenbek, *

u għaxart elef fuq lemintek.

Imma lejk id-deni ma jersaqx, *

għax tarka u kurazza l-fedelta’ tiegħu.

Int dan tarah biss b’għajnejk, *

tara l-ħlas li jieħdu l-ħżiena.

Għax int għandek il-Mulej kenn tiegħek, *

għamilt l-Għoli għamara tiegħek.

Ebda deni ma jiġrilek, *

ebda ħsara ma tersaq lejn darek.

Għax l-anġli tiegħu hu jibgħatlek, *

u jħarsuk fi triqatek kollha.

Fuq idejhom jerfgħuk, *

li ma taħbatx ma’ xi ġebla riġlek.

Fuq l-iljun u l-lifgħa int timxi, *

ferħ ta’ ljun u serp int tirfes.

 

La tħabbeb miegħi, jien neħilsu: *

la għaraf ismi, jiena nħarsu.

Hu jsejjaħli, u jiena nwieġbu;

miegħu nkun fid-dwejjaq tiegħu, *

neħilsu u nerfagħlu ġieħu;

u b’għomor twil nimlieh, *

nurih is-salvazzjoni tiegħi.

 

Glorja.

 

Barra Ż.GĦ: Ant: Taħt ġwenħajh tistkenn; ma tibżax mill-biża’ tal-lejl.

Ż.GĦ: Ant. Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                          Apok 22: 4-5

 

Jaraw wiċċ il-Mulej, u jkollhom ismu fuq ġbinhom. Lejl ma jkunx hemm iżjed, u ma jkunux jeħtieġu dwal ta’ msiebaħ u dawl tax-xemx, għax il-Mulej Alla jkun jiddi fuqhom, u huma jsaltnu għal dejjem.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa, * Jien nerħi ruħi. Glorja. F’idejk.

F’Ħadd il-Għid u l-ottava jingħad:

Ant. Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah.

 

Fi żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi. Hallelujah, hallelujah. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. F’idejk.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u

nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

KANTIKU EVANĠELIKU                                        Lq. 2 :29-32

 

Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Iżrael

 

Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *

imur fis-sliem, skont kelmtek;

għaliex għajnejja raw *

is-salvazzjoni tiegħek,

li int ħejjejt *

għall-popli kollha:

dawl biex idawwal il-ġnus, *

u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.

 

Glorja.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

 

 

 

 

 

Talba

Fil-Ħdud u matul l-ottava tal-Għid:

Mulej, illum iċċelebrajna l-misteru tal-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet; issa nitolbuk il-grazzja li nistrieħu fis-sliem tiegħek u li tbiegħed minna kull deni, biex nerġgħu nqumu u nfaħħruk ferħana.  Bi Kristu Sidna.

R. Ammen.

 

Fit-Tlitt Ijiem imqaddsa tal-Għid u s-solennitajiet:

Żur, Mulej, lil din id-dar, u biegħed minnha kull tnassis tal-għadu; igħammru fiha l-anġli qaddisa tiegħek, biex iħarsuna u jżommuna fis-sliem; u xerred dejjem il-barka tiegħek fuqna.  Bi Kristu Sidna.

R. Ammen.

Wara t-talba tingħad il-barka:

Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb.

R. Ammen.

 

Fl-aħħarnett, mingħajr versett u talba, tingħad waħda mill-antifoni tal-Madonna.

 

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,

int bieb illi jagħti għas-sema,

int kewkba tal-baħar, Marija!

Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,

għajnuna tal-poplu l-maħtur,

li b’għaġeb nissilt ‘il min ħalqek

fis-siegħa li lqajt it-tislima

li tak Gabrijel, u bqajt xebba,

kif qabel, hekk wara t-tnissil.

Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

 

jew

 

Is-sliem, o Sultana

tas-sema, Sidt l-anġli;

int l-għerq u l-bieb safi

mnejn ġie dawl id-dinja.

O Verżni glorjuża,

ta’ ġmiel u sbuħija,

is-sliem għalik! Itlob

lil Kristu għalina.

 

jew

 

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;

ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.

Lilek ingħajtu,

għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu

f’dan il-wied tad-dmugħ.

Ejja, mela, avukata tagħna,

dawwar lejna

dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;

u wrina, wara dan it-turufnament,

lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.

O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

 

jew

 

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,

Omm qaddisa ta’ Alla:

la twarrabx minn quddiemek

it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,

u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,

O Verżni glorjuża u mbierka.

Jew, fi żmien il-Għid:

 

Sultana tas-sema, ifraħ, hallelujah,

            għax dak li stħaqqlek tkun ommu, hallelujah,

qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal, hallelujah:

            itlob ‘l Alla għalina, hallelujah.

 

IT-TALBA TA’ GĦELUQ IL-JUM

IT-TNEJN

 

V/. O Alla, ejja eħlisni.

R/. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

Fi żmien ir-Randan ma tingħadx l-Hallelujah.

Wara dan il-versett tal-bidu tkun ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-

ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skont il-formoli użati fil-

Quddiesa.

ATT PENITENZJALI

l.. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad kulħadd flimkien jistqarr:

Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox,

u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna

bil-ħsieb, bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti:

u waqt li jħabbtu fuq sidirhom, jgħidu:

ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi.

Imbagħad ikomplu:

Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni,

lill-Anġli u l-Qaddisin kollha,

u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R/. Ammen.

 

Jew

 

II. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħad:

V. Ħenn għalina, Mulej

R. Għax dnibna kontra tiegħek.

V. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.

R. U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

Jew

 

III. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħadu dawn l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:

Int li kont mibgħut biex tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ġejt biex issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.

R. Kristu ħniena.

Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina, Alla, li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

INNU

 

Wara dan il-jum li tajtna,

nitolbuk, Ħallieq ta’ kollox,

biex fit-tjieba kbira tiegħek

tgħasses fuqna u tieqaf magħna.

 

Fik u bik jistrieħu qlubna,

jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,

sabiex għada minn filgħodu

jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

 

Bierek jiemna b’saħħa tajba,

ġid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,

u bid-dija tiegħek dawwal

dlam il-lejl li riesaq fuqna.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu faraġ tagħna. Ammen.

 

Jew, skont ir-rubriki fil-Propju taż-Żmien:

 

Kristu, dija u jum imsebbaħ,

bik tal-lejl titkeċċa d-dalma,

int tassew tad-dawl id-dija,

int xandar tad-dawl għall-hienja.

 

Nitolbuk, Qaddis, Sid tagħna,

f’dan il-lejl li ġej ħarisna;

ikun fik il-mistrieħ tagħna,

tina ftit sigħat ta’ heda.

Jekk l-għajnejn fl-irqad jingħalqu,

qalbna tibqa’ tishar miegħek;

midd, Mulej, il-leminija

bħala kenn ħanin fuq ħbiebek.

 

Ejja, Salvatur setgħani,

qatta x-xbiek tal-għadu tagħna,

wennes lill-qaddejja tiegħek,

li biex fdejthom xerridt demmek.

 

Ġieħ u sebħ għal dejjem, Kristu,

Sultan twajjeb, jintradd lilek,

lill-Missier u lill-Ispirtu

Difensuf u Faraġ tagħna. Ammen.

 

Fi żmien il-Għid:

 

O Ġesu, Feddej tad-dinja,

inti l-Verb tal-Missier Alla,

dawl minn dawl li dejjem tishar

fuq il-ħbieb fidili tiegħek:

 

Int li bik issawru l-ħlejjaq,

u li tagħżel żmien minn ieħor,

lejl ta’ serħ u sliem agħtina,

wara jum tħabrik u ħidma.

 

Int li qridt tad-dlam is-saltna,

għinna nirbħu l-għadu tagħna;

qatta’ x-xbiek li qed jonsbilna,

la tinsiex li b’demmek fdejtna.

 

F’dan iż-żmien qasir li għandna

liebsa t-toqol ta’ ġisimna,

tħalli qatt lil ruħna tongħos

waqt l-irqad meħtieġ tal-ġisem.

 

Glorja lilek, fir-rebħ tiegħek

fuq il-mewt, Ġesu’ setgħani;

mal-Missier u mal-Ispirtu,

ġieh jintraddlek issa u dejjem. Ammen.

 

SALMODIJA

 

Barra Ż.GĦ: Ant. Int, Alla Sidi, iddum biex tagħdab, u kollok tjieba.

Ż.GĦ: Ant: Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

Salm 85

Talba ta’ fqir fil-hemm

 

Imbierek Alla, li jfarraġna fid-dwejjaq kollha tagħna (2 Kor 1, 3.4).

 

Agħtini widen, Mulej, u weġibni, *

għaliex jiena msejken u fqajjar.

Ħarisli ħajti, għax jiena twajjeb, *

salva l-qaddej tiegħek, għax fik jittama.

 

Int Alla tiegħi, ħenn għalija, Sidi, *

għax lilek ngħajjat il-ħin kollu.

Ferraħ ruħ il-qaddej tiegħek, *

għax lejk, Sidi, jien nerfa’ ruħi.

Għax int, Sidi, twajjeb u taħfer, *

kollok tjieba għal kull min isejjaħlek.

 

Agħti widen, Mulej, għat-talba tiegħi, *

isma’ l-leħen tal-ilfiq tiegħi.

F’jum in-niket tiegħi nsejjaħlek, *

għax inti żgur tweġibni.

Ħadd mhu bħalek fost l-allat, Mulej, *

u xejn bħall-għemil tiegħek.

Il-ġnus kollha, li għamilt, jiġu jinxteħtu quddiemek, *

u jsebbħu ismek, Sidi.

Għax kbir int, u għemejjel tal-għaġeb tagħmel; *

int waħdek Alla!

 

Urini, Mulej, triqatek,

biex nimxi fis-sewwa tiegħek; *

agħtini qalb waħda, biex ikolli l-biża’ ta’ ismek.

B’qalbi kollha niżżik ħajr, Mulej Alla tiegħi, *

u nsebbaħ ismek għal dejjem.

Għax kbira hi t-tjieba tiegħek miegħi, *

int ħlistni minn qiegħ l-imwiet.

 

O Alla, nies kburin qamu għalija,

ġemgħa nies qawwija jonsbuli ħajti; *

huma nies li ma jagħtux kasek.

Int, Alla Sidi, ħanin u twajjeb, *

            iddum biex tagħdab, kollox tjieba u fedelta’.

Ħares lejja u ħenn għalija,

agħti qawwa lill-qaddej tiegħek, *

salva l-iben tal-qaddejja tiegħek.

 

Urini sinjal ta’ tjubitek,

ħa jaraw u jitħawwdu l-għedewwa tiegħi; *

għax int, Mulej, tgħinni u tfarraġni.

 

Glorja.

 
Barra Ż.GĦ: Ant: Int, Alla Sidi, iddum biex tagħdab, u kollok tjieba.

Ż.GĦ: Ant. Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                          1 Tess 5: 9-10

 

Alla għażilna biex niksbu s-salvazzjoni permezz ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, li miet għalina, sabiex sew jekk inkunu nishru u sew jekk inkunu rieqda meta jiġi, ngħixu ħaġa waħda miegħu.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa, * Jien nerħi ruħi. Glorja. F’idejk.

 

F’Ħadd il-Għid u l-ottava jingħad:

Ant. Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah.

 

Fi żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi. Hallelujah, hallelujah. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. F’idejk.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u

nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

KANTIKU EVANĠELIKU                                        Lq. 2 :29-32

 

Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Iżrael

 

Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *

imur fis-sliem, skont kelmtek;

għaliex għajnejja raw *

is-salvazzjoni tiegħek,

li int ħejjejt *

għall-popli kollha:

dawl biex idawwal il-ġnus, *

u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.

 

Glorja.

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

Talba

Mulej, agħtina l-mistrieħ għas-saħħa ta’ ġisimna, u agħmel li dak li żrajna llum bil-ħidma tagħna, inissel frott li jibqa’ għal dejjem.  Bi Kristu Sidna.

R. Ammen.

 

Wara t-talba tingħad il-barka:

Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb.

R. Ammen.

 

Fl-aħħarnett, mingħajr versett u talba, tingħad waħda mill-antifoni tal-Madonna.

 

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,

int bieb illi jagħti għas-sema,

int kewkba tal-baħar, Marija!

Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,

għajnuna tal-poplu l-maħtur,

li b’għaġeb nissilt ‘il min ħalqek

fis-siegħa li lqajt it-tislima

li tak Gabrijel, u bqajt xebba,

kif qabel, hekk wara t-tnissil.

Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

 

jew

 

Is-sliem, o Sultana

tas-sema, Sidt l-anġli;

int l-għerq u l-bieb safi

mnejn ġie dawl id-dinja.

O Verżni glorjuża,

ta’ ġmiel u sbuħija,

is-sliem għalik! Itlob

lil Kristu għalina.

 

jew

 

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;

ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.

Lilek ingħajtu,

għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu

f’dan il-wied tad-dmugħ.

 

Ejja, mela, avukata tagħna,

dawwar lejna

dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;

u wrina, wara dan it-turufnament,

lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.

O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

 

jew

 

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,

Omm qaddisa ta’ Alla:

la twarrabx minn quddiemek

it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,

u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,

O Verżni glorjuża u mbierka.

 

 

 

 

Jew, fi żmien il-Għid:

 

Sultana tas-sema, ifraħ, hallelujah,

            għax dak li stħaqqlek tkun ommu, hallelujah,

qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal, hallelujah:

            itlob ‘l Alla għalina, hallelujah.

 

 

IT-TALBA TA’ GĦELUQ IL-JUM

IT-TLIETA

 

V/. O Alla, ejja eħlisni.

R/. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

Fi żmien ir-Randan ma tingħadx l-Hallelujah.

Wara dan il-versett tal-bidu tkun ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-

ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skont il-formoli użati fil-

Quddiesa.

 

ATT PENITENZJALI

l.. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad kulħadd flimkien jistqarr:

Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox,

u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna

bil-ħsieb, bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti:

u waqt li jħabbtu fuq sidirhom, jgħidu:

ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi.

 

 

Imbagħad ikomplu:

Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni,

lill-Anġli u l-Qaddisin kollha,

u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R/. Ammen.

 

Jew

 

II. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħad:

V. Ħenn għalina, Mulej

R. Għax dnibna kontra tiegħek.

V. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.

R. U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

Jew

 

III. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħadu dawn l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:

Int li kont mibgħut biex tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ġejt biex issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.

R. Kristu ħniena.

Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina, Alla, li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

INNU

 

Wara dan il-jum li tajtna,

nitolbuk, Ħallieq ta’ kollox,

biex fit-tjieba kbira tiegħek

tgħasses fuqna u tieqaf magħna.

 

Fik u bik jistrieħu qlubna,

jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,

sabiex għada minn filgħodu

jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

 

Bierek jiemna b’saħħa tajba,

ġid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,

u bid-dija tiegħek dawwal

dlam il-lejl li riesaq fuqna.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu faraġ tagħna. Ammen.

 

Jew, skont ir-rubriki fil-Propju taż-Żmien:

 

Kristu, dija u jum imsebbaħ,

bik tal-lejl titkeċċa d-dalma,

int tassew tad-dawl id-dija,

int xandar tad-dawl għall-hienja.

Nitolbuk, Qaddis, Sid tagħna,

f’dan il-lejl li ġej ħarisna;

ikun fik il-mistrieħ tagħna,

tina ftit sigħat ta’ heda.

 

Jekk l-għajnejn fl-irqad jingħalqu,

qalbna tibqa’ tishar miegħek;

midd, Mulej, il-leminija

bħala kenn ħanin fuq ħbiebek.

 

Ejja, Salvatur setgħani,

qatta x-xbiek tal-għadu tagħna,

wennes lill-qaddejja tiegħek,

li biex fdejthom xerridt demmek.

 

Ġieħ u sebħ għal dejjem, Kristu,

Sultan twajjeb, jintradd lilek,

lill-Missier u lill-Ispirtu

Difensuf u Faraġ tagħna. Ammen.

 

Fi żmien il-Għid:

 

O Ġesu, Feddej tad-dinja,

inti l-Verb tal-Missier Alla,

dawl minn dawl li dejjem tishar

fuq il-ħbieb fidili tiegħek:

 

Int li bik issawru l-ħlejjaq,

u li tagħżel żmien minn ieħor,

lejl ta’ serħ u sliem agħtina,

wara jum tħabrik u ħidma.

 

 

Int li qridt tad-dlam is-saltna,

għinna nirbħu l-għadu tagħna;

qatta’ x-xbiek li qed jonsbilna,

la tinsiex li b’demmek fdejtna.

 

F’dan iż-żmien qasir li għandna

liebsa t-toqol ta’ ġisimna,

tħalli qatt lil ruħna tongħos

waqt l-irqad meħtieġ tal-ġisem.

 

Glorja lilek, fir-rebħ tiegħek

fuq il-mewt, Ġesu’ setgħani;

mal-Missier u mal-Ispirtu,

ġieh jintraddlek issa u dejjem. Ammen.

 

SALMODIJA

 

Barra Ż.GĦ: Ant. La taħbix wiċċek minni, għax fik jien nittama.

Ż.GĦ: Ant: Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

Salm 142: 1-11

Talba fid-dwejjaq

 

Il-bniedem ma jkunx iġġustifikat bl-opri tal-liġi, imma bil-fidi f’Ġesu’ Kristu (Gal 2, 16).

 

Mulej, isma’ t-talba tiegħi

agħtini widen, nitolbok bil-ħniena; *

weġibni minħabba l-fedelta’ u l-ġustizzja tiegħek.

Tressaqx għall-ħaqq lill-qaddej tiegħek, *

għax ebda bniedem ma hu ġust quddiemek.

 

Għax l-għadu għamel għalija, *

mal-art tefagħni taħt riġlejh:

fid-dlam xeħetni ngħammar, *

bħal min imut għal dejjem,

ruħi tinfena minn ġewwa, *

qalbi titniehed ġewwa fija.

Niftakar fiż-żmien l-imgħoddi,

naħseb f’kull ma int għamilt, *

emil idejk dejjem fi ħsiebi.

Lejk immidd idejja, *

ruħi bħal art bil-għatx tixtieqek.

 

Fittex weġibni, Mulej! *

Ruħi tinsab bla saħħa.

La taħbix wiċċek minni, *

li ma nkunx bħal min nieżel għall-qabar.

Fakkarni mas-sebħ fi tjubitek, *

għax fik jien nittama.

Għarrafni t-triq li minnha għandi ngħaddi, *

għax lejk jien nerfa’ ruħi.

 

Eħlisni mill-għedewwa, Mulej, *

għax inti l-kenn tiegħi.

Għallimni nagħmel ir-rieda tiegħek,

għax int Alla tiegħi. *

L-Ispirtu tajjeb tiegħek imexxini fuq art watja.

 

F’ġieħ ismek, Mulej, agħtini l-ħajja, *

oħroġni mill-għawġ minħabba l-ġustizzja tiegħek.

 

Glorja.


Barra Ż.GĦ: Ant: La taħbix wiċċek minni, għax fik jien nittama.

Ż.GĦ: Ant. Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                          1 Piet 5: 8-9

 

Kunu meqjusa u għassu! L-għadu tagħkom ix-xitan, qisu ljun jgħajjat, idur u jfittex ‘il min jibla’. Iqfulu, sħaħ fil-fidi.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa, * Jien nerħi ruħi. Glorja. F’idejk.

 

F’Ħadd il-Għid u l-ottava jingħad:

Ant. Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah.

 

Fi żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi. Hallelujah, hallelujah. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. F’idejk.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u

nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

KANTIKU EVANĠELIKU                                        Lq. 2 :29-32

 

Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Iżrael

 

Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *

imur fis-sliem, skont kelmtek;

għaliex għajnejja raw *

is-salvazzjoni tiegħek,

li int ħejjejt *

għall-popli kollha:

dawl biex idawwal il-ġnus, *

u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.

 

Glorja.

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

Talba

Fit-tjieba tiegħek, Mulej, dawwal dan il-lejl li ġej fuqna, u agħmel li aħna, qaddejja tiegħek, nistrieħu fis-sliem, biex f’ismek għada nqumu ferħana mas-sebħ ta’ jum ġdid.  Bi Kristu Sidna.

R. Ammen.

Wara t-talba tingħad il-barka:

Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb.

R. Ammen.

 

Fl-aħħarnett, mingħajr versett u talba, tingħad waħda mill-antifoni tal-Madonna.

 

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,

int bieb illi jagħti għas-sema,

int kewkba tal-baħar, Marija!

Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,

għajnuna tal-poplu l-maħtur,

li b’għaġeb nissilt ‘il min ħalqek

fis-siegħa li lqajt it-tislima

li tak Gabrijel, u bqajt xebba,

kif qabel, hekk wara t-tnissil.

Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

 

jew

 

Is-sliem, o Sultana

tas-sema, Sidt l-anġli;

int l-għerq u l-bieb safi

mnejn ġie dawl id-dinja.

O Verżni glorjuża,

ta’ ġmiel u sbuħija,

is-sliem għalik! Itlob

lil Kristu għalina.

 

jew

 

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;

ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.

Lilek ingħajtu,

għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu

f’dan il-wied tad-dmugħ.

 

Ejja, mela, avukata tagħna,

dawwar lejna

dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;

u wrina, wara dan it-turufnament,

lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.

O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

 

jew

 

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,

Omm qaddisa ta’ Alla:

la twarrabx minn quddiemek

it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,

u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,

O Verżni glorjuża u mbierka.

 

 

 

 

Jew, fi żmien il-Għid:

 

Sultana tas-sema, ifraħ, hallelujah,

            għax dak li stħaqqlek tkun ommu, hallelujah,

qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal, hallelujah:

            itlob ‘l Alla għalina, hallelujah.

 

 

IT-TALBA TA’ GĦELUQ IL-JUM

L-ERBGĦA

 

V/. O Alla, ejja eħlisni.

R/. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

Fi żmien ir-Randan ma tingħadx l-Hallelujah.

Wara dan il-versett tal-bidu tkun ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-

ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skont il-formoli użati fil-

Quddiesa.

 

ATT PENITENZJALI

l.. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad kulħadd flimkien jistqarr:

Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox,

u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna

bil-ħsieb, bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti:

u waqt li jħabbtu fuq sidirhom, jgħidu:

ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi.

 

 

Imbagħad ikomplu:

Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni,

lill-Anġli u l-Qaddisin kollha,

u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R/. Ammen.

 

Jew

 

II. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħad:

V. Ħenn għalina, Mulej

R. Għax dnibna kontra tiegħek.

V. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.

R. U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

Jew

 

III. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħadu dawn l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:

Int li kont mibgħut biex tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ġejt biex issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.

R. Kristu ħniena.

Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina, Alla, li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

INNU

 

Wara dan il-jum li tajtna,

nitolbuk, Ħallieq ta’ kollox,

biex fit-tjieba kbira tiegħek

tgħasses fuqna u tieqaf magħna.

 

Fik u bik jistrieħu qlubna,

jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,

sabiex għada minn filgħodu

jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

 

Bierek jiemna b’saħħa tajba,

ġid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,

u bid-dija tiegħek dawwal

dlam il-lejl li riesaq fuqna.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu faraġ tagħna. Ammen.

 

Jew, skont ir-rubriki fil-Propju taż-Żmien:

 

Kristu, dija u jum imsebbaħ,

bik tal-lejl titkeċċa d-dalma,

int tassew tad-dawl id-dija,

int xandar tad-dawl għall-hienja.

Nitolbuk, Qaddis, Sid tagħna,

f’dan il-lejl li ġej ħarisna;

ikun fik il-mistrieħ tagħna,

tina ftit sigħat ta’ heda.

 

Jekk l-għajnejn fl-irqad jingħalqu,

qalbna tibqa’ tishar miegħek;

midd, Mulej, il-leminija

bħala kenn ħanin fuq ħbiebek.

 

Ejja, Salvatur setgħani,

qatta x-xbiek tal-għadu tagħna,

wennes lill-qaddejja tiegħek,

li biex fdejthom xerridt demmek.

 

Ġieħ u sebħ għal dejjem, Kristu,

Sultan twajjeb, jintradd lilek,

lill-Missier u lill-Ispirtu

Difensuf u Faraġ tagħna. Ammen.

 

Fi żmien il-Għid:

 

O Ġesu, Feddej tad-dinja,

inti l-Verb tal-Missier Alla,

dawl minn dawl li dejjem tishar

fuq il-ħbieb fidili tiegħek:

 

Int li bik issawru l-ħlejjaq,

u li tagħżel żmien minn ieħor,

lejl ta’ serħ u sliem agħtina,

wara jum tħabrik u ħidma.

 

 

Int li qridt tad-dlam is-saltna,

għinna nirbħu l-għadu tagħna;

qatta’ x-xbiek li qed jonsbilna,

la tinsiex li b’demmek fdejtna.

 

F’dan iż-żmien qasir li għandna

liebsa t-toqol ta’ ġisimna,

tħalli qatt lil ruħna tongħos

waqt l-irqad meħtieġ tal-ġisem.

 

Glorja lilek, fir-rebħ tiegħek

fuq il-mewt, Ġesu’ setgħani;

mal-Missier u mal-Ispirtu,

ġieh jintraddlek issa u dejjem. Ammen.

 

SALMODIJA

 

Barra Ż.GĦ: Ant. Mulej, kun blata tal-kenn għalija, fortizza qawwija ta’ salvazzjoni.

Ż.GĦ: Ant: Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

Salm 30: 1-6

Talba ta’ mnikket, li jittama

 

Missier, nerħi ruħi f’idejk (Lq 23, 46).

 

Fik, Mulej, jien nistkenn, *

ma jkolli qatt għax nirgħex.

Fil-ġustizzja tiegħek salvani, *

agħtini widen u fittex eħlisni.

Kun blata tal-kenn għalija, *

fortizza qawwija ta’ salvazzjoni.

 

 

Inti l-blata u l-fortizza tiegħi; *

f’ġieh ismek mexxini u wennisni.

Oħroġni mix-xibka li ħbew għalija, *

għax inti l-qawwa tiegħi.

 

F’idejk jien nerħi ruħi, *

int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa.

 

Glorja.

 

Ant. 1: Mulej, kun blata tal-kenn għalija, fortizza qawwija ta’ salvazzjoni.

Ant. 2: Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej.

 

Salm 129

Minn qieħ l-art insejjaħ

 

Hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom (Mt 1, 21).

 

Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej: *

isma’, Sidi, il-leħen tiegħi!

Ħa jkunu widnejk miftuħa, *

jiena u nitolbok bil-ħniena.

 

Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej, *

Sidi, min jista’ jżomm sħiħ?

Imma għandek hemm il-maħfra, *

biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek.

 

Jien lill-Mulej nistenna, *

ruħi f’kelmtu tittama.

Tistenna ruħi lil Sidi, *

aktar milli l-għassiesa s-sebħ.

 

Aktar milli l-għassiesa s-sebħ, *

jistenna Iżrael lill-Mulej!

Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba, *

u l-fidwa għandu bil-kotra.

Hu li jifdi lil Iżrael *

minn ħtijietu kollha.

 

Glorja.


Barra Ż.GĦ: Ant: Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej.

Ż.GĦ: Ant. Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                          Ef 4: 26-27

 

Tidinbux; tħallux ix-xemx tgħib fuq il-korla tagħkom, u tagħtux il-wisa’ lix-xitan.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa, * Jien nerħi ruħi. Glorja. F’idejk.

 

F’Ħadd il-Għid u l-ottava jingħad:

Ant. Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah.

 

Fi żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi. Hallelujah, hallelujah. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. F’idejk.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u

nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

 

 

 

 

 

KANTIKU EVANĠELIKU                                        Lq. 2 :29-32

 

Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Iżrael

 

Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *

imur fis-sliem, skont kelmtek;

għaliex għajnejja raw *

is-salvazzjoni tiegħek,

li int ħejjejt *

għall-popli kollha:

dawl biex idawwal il-ġnus, *

u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.

 

Glorja.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

Talba

Mulej Ġesu’ Kristu, int b’qalb ħelwa u umli toffri madmad ħelu u toqol ħafif lil min jimxi warajk; ilqa’ x-xewqat qaddisa u l-ħidmiet li għamilna llum, u agħtina li nistrieħu fis-sliem biex inqumu aktar ħfief għas-servizz tiegħek.  Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem.

R. Ammen.

Wara t-talba tingħad il-barka:

Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb.

R. Ammen.

 

 

 

 

Fl-aħħarnett, mingħajr versett u talba, tingħad waħda mill-antifoni tal-Madonna.

 

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,

int bieb illi jagħti għas-sema,

int kewkba tal-baħar, Marija!

Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,

għajnuna tal-poplu l-maħtur,

li b’għaġeb nissilt ‘il min ħalqek

fis-siegħa li lqajt it-tislima

li tak Gabrijel, u bqajt xebba,

kif qabel, hekk wara t-tnissil.

Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

 

jew

 

Is-sliem, o Sultana

tas-sema, Sidt l-anġli;

int l-għerq u l-bieb safi

mnejn ġie dawl id-dinja.

O Verżni glorjuża,

ta’ ġmiel u sbuħija,

is-sliem għalik! Itlob

lil Kristu għalina.

 

jew

 

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;

ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.

Lilek ingħajtu,

għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu

f’dan il-wied tad-dmugħ.

 

Ejja, mela, avukata tagħna,

dawwar lejna

dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;

u wrina, wara dan it-turufnament,

lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.

O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

 

jew

 

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,

Omm qaddisa ta’ Alla:

la twarrabx minn quddiemek

it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,

u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,

O Verżni glorjuża u mbierka.

 

Jew, fi żmien il-Għid:

 

Sultana tas-sema, ifraħ, hallelujah,

            għax dak li stħaqqlek tkun ommu, hallelujah,

qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal, hallelujah:

            itlob ‘l Alla għalina, hallelujah.

 

 

IT-TALBA TA’ GĦELUQ IL-JUM

IL-ĦAMIS

 

V/. O Alla, ejja eħlisni.

R/. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

Fi żmien ir-Randan ma tingħadx l-Hallelujah.

Wara dan il-versett tal-bidu tkun ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-

ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skont il-formoli użati fil-

Quddiesa.

 

ATT PENITENZJALI

l.. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad kulħadd flimkien jistqarr:

Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox,

u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna

bil-ħsieb, bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti:

u waqt li jħabbtu fuq sidirhom, jgħidu:

ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi.

Imbagħad ikomplu:

Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni,

lill-Anġli u l-Qaddisin kollha,

u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R/. Ammen.

 

Jew

 

II. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħad:

V. Ħenn għalina, Mulej

R. Għax dnibna kontra tiegħek.

V. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.

R. U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

 

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

Jew

 

III. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħadu dawn l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:

Int li kont mibgħut biex tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ġejt biex issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.

R. Kristu ħniena.

Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina, Alla, li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

INNU

 

Wara dan il-jum li tajtna,

nitolbuk, Ħallieq ta’ kollox,

biex fit-tjieba kbira tiegħek

tgħasses fuqna u tieqaf magħna.

 

Fik u bik jistrieħu qlubna,

jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,

sabiex għada minn filgħodu

jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

 

Bierek jiemna b’saħħa tajba,

ġid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,

u bid-dija tiegħek dawwal

dlam il-lejl li riesaq fuqna.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu faraġ tagħna. Ammen.

 

Jew, skont ir-rubriki fil-Propju taż-Żmien:

 

Kristu, dija u jum imsebbaħ,

bik tal-lejl titkeċċa d-dalma,

int tassew tad-dawl id-dija,

int xandar tad-dawl għall-hienja.

 

Nitolbuk, Qaddis, Sid tagħna,

f’dan il-lejl li ġej ħarisna;

ikun fik il-mistrieħ tagħna,

tina ftit sigħat ta’ heda.

 

Jekk l-għajnejn fl-irqad jingħalqu,

qalbna tibqa’ tishar miegħek;

midd, Mulej, il-leminija

bħala kenn ħanin fuq ħbiebek.

 

Ejja, Salvatur setgħani,

qatta x-xbiek tal-għadu tagħna,

wennes lill-qaddejja tiegħek,

li biex fdejthom xerridt demmek.

 

 

Ġieħ u sebħ għal dejjem, Kristu,

Sultan twajjeb, jintradd lilek,

lill-Missier u lill-Ispirtu

Difensuf u Faraġ tagħna. Ammen.

 

Fi żmien il-Għid:

 

O Ġesu, Feddej tad-dinja,

inti l-Verb tal-Missier Alla,

dawl minn dawl li dejjem tishar

fuq il-ħbieb fidili tiegħek:

 

Int li bik issawru l-ħlejjaq,

u li tagħżel żmien minn ieħor,

lejl ta’ serħ u sliem agħtina,

wara jum tħabrik u ħidma.

 

Int li qridt tad-dlam is-saltna,

għinna nirbħu l-għadu tagħna;

qatta’ x-xbiek li qed jonsbilna,

la tinsiex li b’demmek fdejtna.

 

F’dan iż-żmien qasir li għandna

liebsa t-toqol ta’ ġisimna,

tħalli qatt lil ruħna tongħos

waqt l-irqad meħtieġ tal-ġisem.

 

Glorja lilek, fir-rebħ tiegħek

fuq il-mewt, Ġesu’ setgħani;

mal-Missier u mal-Ispirtu,

ġieh jintraddlek issa u dejjem. Ammen.

 

 

SALMODIJA

 

Barra Ż.GĦ: Ant. Fil-kwiet immur nistrieħ.

Ż.GĦ: Ant: Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

Salm 15

Il-Mulej is-sehem ta’ wirti

 

Alla qajjem lil Ġesu billi ħall l-irbit tal-mewt. (Atti 2, 24)

 

Ħarisni, o Alla, *

għax fik jien nistkenn.

 

Jien għedt lill-Mulej: “Int Sidi; *

m’għandix ġid ieħor ħliefek.”

It-twajbin huma l-kbar f’din l-art; *

fihom hi l-għaxqa kollha tiegħi.

Il-hemm tagħhom ikattru *

dawk li jaħtru allat oħra.

Ma nsawwabx bħalhom id-demm b’sagrifiċċju, *   

anqas isimhom ma nsemmi b’xofftejja.

 

Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi, *

inti żżomm f’idejk xortija.

Il-kejl tani art li tgħaxxaq, *

messni sehem tassew għal qalbi.

Imbierek lill-Mulej li tani l-fehma; *

imqar billejl qalbi tgħallimni.

Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi, *

għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.

Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi, *

u ġismi wkoll jistrieħ fil-kwiet.

 

Għax int ma titlaqnix fl-imwiet, *

ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar.

 

Int tgħallimni t-triq tal-ħajja;

hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,  *

hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.

 

Glorja.


Barra Ż.GĦ: Ant: Fil-kwiet immur nistrieħ.

Ż.GĦ: Ant. Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                            1 Tess 5: 23

 

Alla tas-sliem iqaddiskom f’kollox, u jżommkom sħaħ bla mittiefsa, fl-ispirtu, fir-ruħ u fil-ġisem, sa ma jiġi Sidna Ġesu’ Kristu.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa, * Jien nerħi ruħi. Glorja. F’idejk.

 

F’Ħadd il-Għid u l-ottava jingħad:

Ant. Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah.

 

Fi żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi. Hallelujah, hallelujah. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. F’idejk.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u

nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

 

 

 

KANTIKU EVANĠELIKU                                        Lq. 2 :29-32

 

Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Iżrael

 

Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *

imur fis-sliem, skont kelmtek;

għaliex għajnejja raw *

is-salvazzjoni tiegħek,

li int ħejjejt *

għall-popli kollha:

dawl biex idawwal il-ġnus, *

u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.

 

Glorja.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

Talba

Mulej Alla tagħna, agħtina l-heda u l-mistrieħ wara t-taħbit u l-għeja ta’ llum, biex bil-għajnuna tiegħek niksbu saħħa ġdida, ħalli ningħataw b’ruħna u ġisimna għall-qadi tiegħek.  Bi Kristu Sidna.

R. Ammen.

 

Wara t-talba tingħad il-barka:

Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb.

R. Ammen.

 

 

 

 

Fl-aħħarnett, mingħajr versett u talba, tingħad waħda mill-antifoni tal-Madonna.

 

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,

int bieb illi jagħti għas-sema,

int kewkba tal-baħar, Marija!

Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,

għajnuna tal-poplu l-maħtur,

li b’għaġeb nissilt ‘il min ħalqek

fis-siegħa li lqajt it-tislima

li tak Gabrijel, u bqajt xebba,

kif qabel, hekk wara t-tnissil.

Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

 

jew

 

Is-sliem, o Sultana

tas-sema, Sidt l-anġli;

int l-għerq u l-bieb safi

mnejn ġie dawl id-dinja.

O Verżni glorjuża,

ta’ ġmiel u sbuħija,

is-sliem għalik! Itlob

lil Kristu għalina.

 

jew

 

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;

ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.

Lilek ingħajtu,

għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu

f’dan il-wied tad-dmugħ.

 

Ejja, mela, avukata tagħna,

dawwar lejna

dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;

u wrina, wara dan it-turufnament,

lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.

O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

 

jew

 

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,

Omm qaddisa ta’ Alla:

la twarrabx minn quddiemek

it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,

u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,

O Verżni glorjuża u mbierka.

 

Jew, fi żmien il-Għid:

 

Sultana tas-sema, ifraħ, hallelujah,

            għax dak li stħaqqlek tkun ommu, hallelujah,

qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal, hallelujah:

            itlob ‘l Alla għalina, hallelujah.

 

 

 

IT-TALBA TA’ GĦELUQ IL-JUM

IL-ĠIMGĦA

 

V/. O Alla, ejja eħlisni.

R/. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

Fi żmien ir-Randan ma tingħadx l-Hallelujah.

Wara dan il-versett tal-bidu tkun ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-

ċelebrazzjoni fil-komun jista’ jidħol fl-att penitenzjali skont il-formoli użati fil-

Quddiesa.

 

ATT PENITENZJALI

l.. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad kulħadd flimkien jistqarr:

Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox,

u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna

bil-ħsieb, bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt dmirijieti:

u waqt li jħabbtu fuq sidirhom, jgħidu:

ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi.

Imbagħad ikomplu:

Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni,

lill-Anġli u l-Qaddisin kollha,

u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R/. Ammen.

 

Jew

 

II. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħad:

V. Ħenn għalina, Mulej

R. Għax dnibna kontra tiegħek.

V. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.

R. U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

 

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

Jew

 

III. Issir l-istedina għall-penitenza.

Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.

Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħadu dawn l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:

Int li kont mibgħut biex tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ġejt biex issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.

R. Kristu ħniena.

Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Tingħata l-assoluzzjoni:

Iħenn għalina, Alla, li jista’ kollox,

jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

INNU

 

Wara dan il-jum li tajtna,

nitolbuk, Ħallieq ta’ kollox,

biex fit-tjieba kbira tiegħek

tgħasses fuqna u tieqaf magħna.

 

Fik u bik jistrieħu qlubna,

jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,

sabiex għada minn filgħodu

jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

 

Bierek jiemna b’saħħa tajba,

ġid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,

u bid-dija tiegħek dawwal

dlam il-lejl li riesaq fuqna.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu faraġ tagħna. Ammen.

 

Jew, skont ir-rubriki fil-Propju taż-Żmien:

 

Kristu, dija u jum imsebbaħ,

bik tal-lejl titkeċċa d-dalma,

int tassew tad-dawl id-dija,

int xandar tad-dawl għall-hienja.

 

Nitolbuk, Qaddis, Sid tagħna,

f’dan il-lejl li ġej ħarisna;

ikun fik il-mistrieħ tagħna,

tina ftit sigħat ta’ heda.

 

Jekk l-għajnejn fl-irqad jingħalqu,

qalbna tibqa’ tishar miegħek;

midd, Mulej, il-leminija

bħala kenn ħanin fuq ħbiebek.

 

Ejja, Salvatur setgħani,

qatta x-xbiek tal-għadu tagħna,

wennes lill-qaddejja tiegħek,

li biex fdejthom xerridt demmek.

 

 

Ġieħ u sebħ għal dejjem, Kristu,

Sultan twajjeb, jintradd lilek,

lill-Missier u lill-Ispirtu

Difensuf u Faraġ tagħna. Ammen.

 

Fi żmien il-Għid:

 

O Ġesu, Feddej tad-dinja,

inti l-Verb tal-Missier Alla,

dawl minn dawl li dejjem tishar

fuq il-ħbieb fidili tiegħek:

 

Int li bik issawru l-ħlejjaq,

u li tagħżel żmien minn ieħor,

lejl ta’ serħ u sliem agħtina,

wara jum tħabrik u ħidma.

 

Int li qridt tad-dlam is-saltna,

għinna nirbħu l-għadu tagħna;

qatta’ x-xbiek li qed jonsbilna,

la tinsiex li b’demmek fdejtna.

 

F’dan iż-żmien qasir li għandna

liebsa t-toqol ta’ ġisimna,

tħalli qatt lil ruħna tongħos

waqt l-irqad meħtieġ tal-ġisem.

 

Glorja lilek, fir-rebħ tiegħek

fuq il-mewt, Ġesu’ setgħani;

mal-Missier u mal-Ispirtu,

ġieh jintraddlek issa u dejjem. Ammen.

 

 

SALMODIJA

 

Barra Ż.GĦ: Ant. Bin-nhar u bil-lejl, Mulej, nitniehed quddiemek.

Ż.GĦ: Ant: Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

Salm 87

Talba fil-mard

 

Din hi s-siegħa tagħkom u s-setgħa tad-dlamijiet (Lq 22, 53).

 

Mulej, Alla tiegħi, binhar jien ngħajjat; *

billejl jien nitniehed quddiemek.

Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, *

agħti widen għat-talba tiegħi.

 

Għax ruħi mimlija bl-hemm, *

lejn il-qabar qed toqrob ħajti.

Jien magħdud ma’ min nieżel fil-ħofra, *

sirt qisni bniedem bla saħħa.

Fost il-mejtin hu friexi, *

bħall-maqtulin mimduda fil-qabar,

li fihom ma tiftakarx iżjed *

u m’humiex aktar taħt idejk.

 

Inti xħettni f’qiegħ il-ħofra, *

fid-dlamijiet, f’qiegħ l-art.

Fuqi tagħfas il-qilla tiegħek, *

fuqi tfajt l-imwieġ kollha tiegħek.

 

Ħadtli ‘l ħbiebi ‘l bogħod minni, *

għamiltni ħaġa tal-għajb għalihom;

ninsab magħluq, u ma nistax noħroġ; *

għajnejja mdallma bl-għali.

Lilek, Mulej, kuljum insejjaħ, *

lejk immidd idejja.

 

Tagħmel int għeġubijiet mal-mejtin, *

jew se jqumu l-erwieħ biex ifaħħruk?

Tixxandar fil-qabar it-tjieba tiegħek, *

jew f’post it-telfien il-fedelta’ tiegħek?

Jingħarfu fid-dlam l-għeġubijiet tiegħek, *

jew f’art il-minsija l-ġustizzja tiegħek?

 

Imma jien, Mulej, lejk ngħajjat, *

fil-għodu għandek tasal it-talba tiegħi.

Għaliex, Mulej, twarrabtni, *

u taħbi wiċċek minni?

Imsejken jien, u qisni mejjet sa minn żgħożiti, *

inħossni mifni, mgħobbi bil-biża’ tiegħek.

Għaddiet minn fuqi l-qilla tiegħek, *

fnietni l-imġiba tiegħek tal-biża’.

Kuljum bħall-ilma jdawwruni, *

flimkien minn kull naħa jagħlquni.

Int bigħedt minni l-ħbieb u l-qraba. *

sħabi huma d-dlamijiet.

 

Glorja.


Barra Ż.GĦ: Ant: Bin-nhar u bil-lejl, Mulej, nitniehed quddiemek.

Ż.GĦ: Ant. Hallelujah, hallelujah, hallelujah.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                          Ġer 14: 9

 

Int qiegħed f’nofsna, Mulej, u aħna msemmija għalik: la tħalliniex, Mulej, Alla tagħna.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa, * Jien nerħi ruħi. Glorja. F’idejk.

F’Ħadd il-Għid u l-ottava jingħad:

Ant. Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah.

 

Fi żmien il-Għid:

R. F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi. Hallelujah, hallelujah. F’idejk.

V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. F’idejk.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u

nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

KANTIKU EVANĠELIKU                                        Lq. 2 :29-32

 

Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Iżrael

 

Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *

imur fis-sliem, skont kelmtek;

għaliex għajnejja raw *

is-salvazzjoni tiegħek,

li int ħejjejt *

għall-popli kollha:

dawl biex idawwal il-ġnus, *

u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.

 

Glorja.

 

Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem. (Ż.GĦ. hallelujah).

 

Talba

Agħtina, o Alla li tista’ kollox, li b’qalbna kollha ningħaqdu ħaġa waħda ma’ Ibnek midfun, biex jistħoqqilna nqumu miegħu f’ħajja ġdida.  Hu li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.  

R. Ammen.

Wara t-talba tingħad il-barka:

Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb.

R. Ammen.

 

Fl-aħħarnett, mingħajr versett u talba, tingħad waħda mill-antifoni tal-Madonna.

 

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,

int bieb illi jagħti għas-sema,

int kewkba tal-baħar, Marija!

Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,

għajnuna tal-poplu l-maħtur,

li b’għaġeb nissilt ‘il min ħalqek

fis-siegħa li lqajt it-tislima

li tak Gabrijel, u bqajt xebba,

kif qabel, hekk wara t-tnissil.

Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

 

jew

 

Is-sliem, o Sultana

tas-sema, Sidt l-anġli;

int l-għerq u l-bieb safi

mnejn ġie dawl id-dinja.

O Verżni glorjuża,

ta’ ġmiel u sbuħija,

is-sliem għalik! Itlob

lil Kristu għalina.

 

jew

 

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;

ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.

Lilek ingħajtu,

għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu

f’dan il-wied tad-dmugħ.

 

Ejja, mela, avukata tagħna,

dawwar lejna

dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;

u wrina, wara dan it-turufnament,

lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.

O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

 

jew

 

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,

Omm qaddisa ta’ Alla:

la twarrabx minn quddiemek

it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,

u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,

O Verżni glorjuża u mbierka.

 

Jew, fi żmien il-Għid:

 

Sultana tas-sema, ifraħ, hallelujah,

            għax dak li stħaqqlek tkun ommu, hallelujah,

qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal, hallelujah:

            itlob ‘l Alla għalina, hallelujah.

 

 

 

 

 

 

 

IL-ĦADD

TAL-1 ĠIMGĦA TAS-SALTERJU

 

SALMODIJA

 

Ant. 1

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 

Ant. 2

       Kantiku                                      Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2

Ant. 3

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3

 

 

 

KOMUN TAL-MADONNA

 

 

L-I Għasar

 

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

O Marija, li fi mħabbtek

            tilqa’ t-talb ta’ kull imsejken,

            għandek niġu għall-għajnuna,

            ixħet dejjem ħarstek fuqna.

 

            Ieqaf magħna jekk il-ktajjen

            ta’ dnubietna jagħfsu fuqna;

            ħoll malajr l-irbit tal-ħtija,

            li jżommilna ’l qalbna lsira.

 

 

            Għinna int kull meta jżurna

            l-hemm u n-niket ta’ dil-ħajja;

            tina s-sliem li jżomm it-tama

            tas-smewwiet mixgħula fina.

 

            U fi tmiem il-vjaġġ, Omm ħelwa,

ersaq, ersaq lejn uliedek,

            ħu f’idejk it-tmun tad-dgħajsa

            sa ġol-port tas-salvazzjoni.

 

            Agħmel int li nsebbħu f’kollox

lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

u ’l-Ispirtu, li bħal b’libsa

ta’ ġmiel kbir żejnuk bil-grazzja.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja lil min ħalaq kollox (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 112

 

Faħħru, qaddejja tal-Mulej, *

faħħru isem il-Mulej.

Ikun imbierek isem il-Mulej, *

minn issa u għal dejjem.

 

Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha *

            ikun imfaħħar isem il-Mulej!

Għoli fuq il-ġnus kollha l-Mulej, *

            ogħla mis-smewwiet hu sebħu.

Min hu bħal Mulej, Alla tagħna,

            li qiegħed fil-għoli? *

            Hu li jħares ’l isfel, lejn is-smewwiet

                        u lejn l-art.

 

 

Hu li jqajjem mit-trab l-imsejken, *

            u jerfa’ mill-miżbla l-fqajjar,

biex mal-kbarat iqiegħdu, *

            mal-kbarat tal-poplu tiegħu.

Il-mara bla wlied iqegħedha f’darha, *

jagħmilha omm ferħana b’uliedha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja lil min ħalaq kollox (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 2 Int nissilt lil dak li għamlek, u bqajt dejjem Verġni (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 147

 

Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; *

faħħar ‘l Alla tiegħek, Sijon!

 

Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, *

u jbierek ġewwa fik ‘l uliedek.

Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, *

u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.

Hu jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu;  *

bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.

 

Jibgħat is-silġ bħas-suf; *

ixerred bħar-rmied il-ġlata,

Jitfa’ s-silġ bħall-frak tal-ħobż; *

u jagħqad l-ilma bil-kesħa tiegħu.

Isemma’ kelmtu, u jinħall is-silġ, *

jonfoħ ir-riħ tiegħu, u jiġri l-ilma!

 

Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb, *

il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.

Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; *

lil ħadd ma għarraf id-digrieti tiegħu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Int nissilt lil dak li għamlek, u bqajt dejjem Verġni (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 3 Imbierka inti mill-Mulej, o Verġni, għax bis-saħħa tiegħek ħadna sehem mill-frott tal-ħajja (Ż.Għ. hallelujah).

 

                                               Kantiku                                       Efesin 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Imbierka inti mill-Mulej, o Verġni, għax bis-saħħa tiegħek ħadna sehem mill-frott tal-ħajja (Ż.Għ. hallelujah).

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      Galatin 4: 4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. Wara t-twelid, o Marija, * Bqajt Verġni bla mit-tiefsa.  Wara.

V. Omm Alla, idħol għalina. * Bqajt Verġni bla mittiefsa.  Glorja.  Wara.

 

Fi żmien il-Għid:

R. Wara t-twelid, o Marija, bqajt Verġni bla mit-tiefsa. * Hallelujah,

hallelujah.  Wara.

V. Omm Alla, idħol għalina. * Hallelujah, hallelujah.  Glorja.  Wara.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Il-Mulej xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tiegħi, qaddejja tiegħu; is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar (Ż.Għ. hallelujah).

Jew: Kull nisel isejjaħli hienja, għaliex Alla xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tiegħi, qaddejja tiegħu (Ż.Għ. hallelujah).

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

 Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla

 tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:

-         ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.

Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-

 imnikktin, aħfer lill-midinbin:

-         agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.

Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:

-         ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.

Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:

-         agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

Jew:

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:

-         agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.

Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:

-         bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.

Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawwmien tiegħu

            mlejtha bil-ferħ:

-         għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.

Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila

            tiegħek:

-         bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

 

Talba propja: jekk ma jkunx hemm, tingħad waħda mit-II Għasar.

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

Ant.  Kristu hu Bin Marija: ejjew nadurawh (Ż.Għ. hallelujah).

Jew: Niċċelebraw il-festa (it-tifkira) tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 94, mill-Ordinarju.

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

 

INNU

 

F’ġuf Marija niżel igħammar

            dak li s-sema, l-art u l-baħar

            ixandruh u jagħtuh qima,

            għax hu Alla li ħalaqhom.

 

            Ħdan il-Verġni, mimli grazzja,

            jilqa’ fih lis-Sid il-Għoli,

            li jaqduh ix-xemx u l-qamar,

            l-univers bil-ħlejjaq tiegħu.

 

            Hienja l-Omm, li ġewwa ċ-ċokon

            tal-ġuf safi tagħha niżel

            il-ħallieq, li xejn ma jesgħu,

            u f’qiegħ idu jżomm id-dinja.

 

            Hienja dik li emmnet l-anġlu

            u, bil-qawwa tal-Ispirtu,

            ġiebet fostna ’l Alla bniedem,

            il-mixtieq tal-ġnus mill-qedem.

 

            Glorja lilek, Kristu Sidna,

            Bin Marija, Omm u Verġni;

            mal-Missier u mal-Ispirtu,

            ġieh jintraddlek, issa u dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

            id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

            u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

            u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

            min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

            u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

            li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

V.  Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R.  Hieni min iħarisha.

 

LEZZJONI I                                                                                                  

 

Fi żmien l-Avvent u l-Milied u r-Randan:

 

Qari mill-Ewwel Ktieb tal-Kronaki.                                                    1 Kronaki 17: 1-15

 

Tħabbira dwar l-Iben ta’ David

 

F’dak  iż-żmien: Meta David mar joqgħod f’daru qal lil Natan, il-profeta : ‘’Issa jien qiegħed f’dar taċ-ċedru, u l-Arka tal-Patt tal-Mulej qiegħda f’nofs ta’ tinda.’’  U qal Natan lil David:  ‘’Kull ma għandek fi ħsiebek li tagħmel mur agħmlu ; għax Alla miegħek.’’

           

Imma dak il-lejl stess Alla kellem lil Natan u qallu: ‘’Mur u għid lill-qaddej tiegħi David: Dan jgħid il-Mulej : ‘Mhux inti se tibnili dar biex noqgħod fiha.  Jiena ma għammart f’ebda dar minn mindu tellajt lil ulied Iżrael mill-Eġittu sa llum.  Jien kont niġġerra minn tinda għal oħra u ngħammar daqqa f’post u daqqa f’ieħor.  F’dak iż-żmien kollu li kont niġġerra ‘l hawn u ‘l hinn mal-ulied kollha ta’ Iżrael, qatt għidt lil xi ħadd mill-Imħallfin ta’ Iżrael, li jien kont qabbadt biex jirgħu l-poplu tiegħi Iżrael, ‘Għaliex ma bnejtlix dar taċ-ċedru ?’

           

U issa għid lill-qaddej tiegħi David: Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti : ‘Ara, jiena ħadtek mill-mergħat, minn wara l-imrieħel, biex tkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael.  Dejjem kont miegħek kull fejn kont tmur; jiena qridt l-għedewwa tiegħek kollha minn quddiemek.  Jien nibnilek isem jixbah l-ismijiet il-kbar li hawn fid-dinja.  Nagħmel post għall-poplu tiegħi Iżrael, u nqiegħdu hemm fejn jgħammar bla biża’, u ma jgħakksuhx iżjed il-ħżiena bħal qabel, jiġifieri sa minn meta qajjimt l-Imħallfin fuq il-poplu tiegħi Iżrael; u nrażżan l-għedewwa tiegħek kollha. 

           

Inħabbarlek ukoll li l-Mulej se jibnilek dar.  U meta inti ttemm żmienek, u tkun inġbart ma’ missirijietek, jiena nqajjem nislek warajk, wieħed minn uliedek, u nsaħħaħ is-saltna tiegħu.  Hu jibnili dar, u jiena nsaħħaħ it-tron tiegħu għal dejjem.  Jiena nkun għalih missier, u hu jkun għalija iben, u t-tjieba tiegħi qatt ma nwarrabha minnu, bħalma warrabtha mis-sultan ta’ qablek ; imma nwaqqfu għal dejjem fid-dar tiegħi u fis-saltna tiegħi, u t-tron tiegħu jibqa’ sħiħ għal dejjem.’’

           

Natan tkellem ma’ David skont dan il-kliem u din il-viżjoni. 

     

RESPONSORJU                                                                Iżaija 61: 10; Luqa 1: 46-47         

                   

R. Hienja int, Verġni Marija, għax int sirt Omm il-Mulej li ħalaq id-dinja: * Nissilt lil dak li għamel lilek, u bqajt dejjem Verġni.

V.  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. * Nissilt lil dak li għamel lilek, u bqajt dejjem Verġni.

 

Fi żmien il-Għid:                                                                      Apokalissi 11,19-12, 17

 

Qari mill-Ktieb tal l-Apokalissi ta’ San Ġwann Appostlu. 

 

Is-sinjal kbir tal-mara fis-sema

 

F’dak  iż-żmien: Infetaħ it-tempju t’Alla, li hemm fis-sema, u dehret l-Arka tal-patt tiegħu fit-Tempju tiegħu.  Imbagħad beda jberraq u kien hemm ħafna ħsejjes u ragħad u silġ oħxon.

           

U deher sinjal kbir fis-sema: mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.  Hija kienet fit-tqala, u bdiet tgħajjat bl-uġigħ tal-ħlas u tbati biex teħles.  Imbagħad fis-sema deher sinjal ieħor: ara, Dragun kbir minn lewn in-nar, b’sebat irjus u għaxart iqrum, u b’seba’ dijademi fuq irjusu.  U b’denbu kines waħda mit-tlieta tal-kwiekeb tas-sema u waddabhom lejn l-art.  U d-Dragun mar qagħad quddiem il-mara, li kienet se tiled, biex kif tiled lil binha jibilgħu.  U hi wildet iben, tifel, li kien għad irid jirgħa l-ġnus b’xettru tal-ħadid. U binha ġie maħtuf għal quddiem Alla u quddiem it-tron tiegħu.  U l-mara ħarbet fid-deżert, hemmhekk fejn għandha post imħejji għaliha minn Alla, biex hemm jitimgħuha għal elf, mitejn u sittin jum.

           

Imbagħad qamet gwerra fis-sema: Mikiel u l-Anġli tiegħu jitqabdu mad-Dragun.  U d-Dragun mal-anġli tiegħu tqabdu, iżda ma kellhomx il-ħila jegħelbu, u ma kienx hemm iżjed post għalihom fis-sema.  U ġie mwaddab id-Dragun il-kbir, is-serp tal-qedem, li hu msejjaħ id-demonju u x-xitan, il-qarrieq tad-dinja kollha, kien mwaddab għal fuq l-art, u miegħu kienu mwaddba l-anġli tiegħu.  U smajt leħen qawwi mis-sema jgħid: ‘’Issa ġiet is-salvazzjoni u l-qawwa u s-saltna ta’ Alla tagħna u s-setgħa tal-Kristu tiegħu, għax twaddab ‘il barra dak li jixli ‘l ħutna, li lejl u nhar jixlihom quddiem Alla tagħna.  U huma ħarġu rebbieħa fuqu permezz tad-Demm tal-Ħaruf u bis-saħħa tal-kelma li xehdu, u ma għożżewx ħajjithom, minkejja saħansitra l-mewt.  Għalhekk ifirħu, smewwiet, u intom li tgħammru fihom.  Ħażin għalikom, ja art u baħar, għax fikom niżel id-demonju, b’korla kbira fuqu, għax jaf li żmien ftit baqagħlu!’’

           

Meta d-Dragun ra li safa mwaddab għal fuq l-art, huwa telaq għal wara l-mara li wildet it-tifel.  Iżda lill-mara tawha ż-żewġ ġwienaħ tal-arkla l-kbira biex ittir lejn il-post tagħha fid-deżert, fejn għandha tkun mitmugħa għal żmien, għal żewġ żminijiet, u għal nofs żmien, ‘il bogħod mis-serp.  U s-serp minn ħalqu xeħet għal wara l-mara bħal xmara ta’ ilma biex iġorrha miegħu; imma l-art għenet lill-mara: l-art fetħet ħalqha u xorbot ix-xmara li d-Dragun kien xeħet minn ħalqu.  U d-Dragun imtela bil-korla għall-mara, u mar biex jagħmel gwerra mal-bqija ta’ nisilha, ma’ dawk li jħarsu l-preċetti ta’ Alla u li għandhom ix-xhieda ta’ Ġesu’.

            

RESPONSORJU                                                 1 Korintin 15: 54-57; Apokalissi 12: 1

 

R. Meta dak li jmut jilbes l-immortalita’, imbagħad iseħħ dak li hemm miktub: Inbelgħet il-mewt fir-rebħa. * Niżżu ħajr lil Alla li tana r-rebħa permezz ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, hallelujah.

V. Deher sinjal kbir fis-sema: mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha. * Niżżu ħajr.

  

 

 

 

 

 

 

 

Matul is-sena:                                                                            

 

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija.                                              Iżaija 7,10-14; 11,1-9  

 

Għimmanu-El, Sultan is-sliem

 

F’dak  iż-żmien: Il-Mulej issokta jkellem lil Aħaż u qallu: “Itlob sinjal għalik minn għand il-Mulej, Alla tiegħek, f’qiegħ l-art jew fil-għoli tas-smewwiet.”  U Aħaż wieġeb: “Ma nitlobx: ma rridx nittanta lill-Mulej.”

           

U l-profeta Iżaija wieġeb: “Isimgħu, mela, dar David: mhux biżżejjed għalikom li tkiddu lill-bnedmin biex issa se tkiddu lil Alla tiegħi?  Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess: Arawha, ix-xebba ssir omm u jkollha iben u ssemmih Għimmanu-El-għax Alla magħna.”

           

Għad taħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu: fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej.

           

Ma jiġġudikax skont ma jidher fil-għajnejn, u ma jagħtix sentenza skont ma jisma’, iżda jiġġudika l-imsejknin skont il-ġustizzja, u jagħti sentenza skont is-sewwa lill-fqajrin tal-art.  Isawwat l-art bix-xettru ta’ fommu, u b’nifs xofftejh jolqot lill-ħażin.  Il-ħżiem ta’ ġenbejh tkun il-ġustizzja, u l-fedeltal-ħżiem ta’ qaddu.

           

Il-lupu jibda jgħix mal-ħaruf, il-leopard mal-gidi, u jirgħu flimkien il-għoġol u l-ferħ tal-ljun, tfajjel żagħżugħ isuqhom.  Il-baqra u l-ors jirgħu flimkien, u l-frieħ tagħhom flimkien jistrieħu.  L-iljun bħal gendus jiekol it-tiben.  It-tarbija tal-ħalib titliegħeb fil-ħofra tas-serp, u t-tifel miftum idaħħal idu fil-bejta tal-lifgħa.  Ma jagħmlux aktar deni u anqas ħsara fuq il-muntanja qaddisa kollha tiegħi, għax mimlija hi l-art bil-għarfien tal-Mulej bħalma hu miksi bl-ilmijiet.

      

RESPONSORJU                                                                              Iżaija 7: 14; 9: 6-7

 

R. Ix-xebba ssir omm u jkollha iben; * U jsemmuh Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan.

V. Joqgħod għal dejjem fuq it-tron ta’ David u s-saltna tiegħu. * U jsemmuh.

 

Jew:                                                                                                     Galatin 3: 22-4: 7

 

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin. .                                    

 

Aħna wlied Alla u werrieta tiegħu bil-fidi

 

Ħuti: L-Iskrittura xeħtet kollox taħt id-dnub, ħalli l-wegħda, bis-saħħa tal-fidi f’Ġesu’ Kristu, tingħata lil dawk li jemmnu.

           

Qabel ma ġiet il-fidi, aħna konna miżmumin priġunieri taħt il-ħarsien tal-liġi, sa ma tiġi l-fidi li kellha tkun rivelata.  Il-liġi, mela, kienet tmexxina qisna tfal lejn Kristu, biex inkunu iġġustifikati permezz tal-fidi.  Issa li l-fidi ġiet, ma naħtiġux aktar min imexxina.  Għax intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz tal-fidi fi Kristu Ġesu’.

           

Intom, li intom mgħammda fi Kristu, ilbistu ‘l Kristu.  Issa ma hemmx iżjed Lhudi u anqas Grieg, ma hemmx ilsir u anqas ħieles, ma hemmx raġel u anqas mara; għax intom ilkoll ħaġa waħda fi Kristu Ġesu’.  Imma jekk intom ta’ Kristu, intom ukoll nisel Abraham, werrieta skont il-wegħda.

           

Irrid ngħid li, sakemm idum iż-żmien li fih il-werriet ikun għadu tifel, dan ma jkunx aħjar minn ilsir, għad li hu sid il-ġid kollu; iżda jkun taħt il-ħarsien tat-tuturi u tal-amministraturi, sa ma jasal iż-żmien magħżul mill-missier.  Hekk ukoll aħna: meta konna tfal, konna lsiera taħt l-elementi tad-dinja.  Iżda meta, waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied!

           

U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: Abba, Missier!  U hekk mintix iżjed ilsir, iżda iben: u jekk iben, werriet ukoll permezz ta’ Alla.

 

RESPONSORJU                                      ara Galatin 4: 4-5; Efesin 2: 4; Rumani 8: 3     

 

R. Waslet il-milja taż-żminijiet, u Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja, imwieled minn Verġni, imwieled taħt il-liġi, * Biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi.

V. Bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb. * Biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi.

  

 

LEZZJONI II                                                                                                  

 

Qari mid-Diskorsi ta’l-isqof San Sofronju.

 

Il-Missier bierek lill-bnedmin b’Marija

 

Sliem għalik, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. U x’jista’ jkun hemm aqwa minn ferħ bħal dan, Verġni Marija?  X’jista’ jkun hemm ogħla minn din il-grazzja li int waħdek qlajt minn għand Alla?  Jew x’nistgħu nistħajlu isbaħ u ogħla minn grazzja bħal din?  Kull ħaġa oħra hija wisq imbiegħda mill-għaġeb li naraw iseħħ fik, kollox jinsab wisq ‘l isfel mill-grazzja tiegħek; il-ħwejjeġ kollha, sbieħ kemm huma sbieħ, kollox qiegħed wara l-grazzja tiegħek u wisq iċken fil-foħrija.

           

Il-Mulej miegħek: min se jissogra jeħodha miegħek?  Alla minnek: min sejjer ma jwarrabx biex iħalli lilek tgħaddi?  Jew min ma jħossx ruħu ferħan li jagħti lilek l-ewwel u l-aqwa post?  Għalhekk, xħin nilmaħ id-doni sbieħ u għolja li bihom inti mżejna wisq aktar mill-ħlejjaq l-oħra kollha, ħallini ngħolli leħni u ngħidlek bl-akbar ferħ: Sliem għalik, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.  Għax bis-saħħa tiegħek thennew mhux biss il-bnedmin, iżda wkoll il-qtajja’ tas-sema.

           

Tassew imbierka inti fost in-nisa, għax int bdilt is-saħta ta’ Eva f’barka; u bik tbierek Adam, li qabel kien mixħut u midrub bis-saħta.

           

Tassew imbierka inti fost in-nisa, għax bik il-Missier bierek lill-bnedmin u ħelishom mis-saħta tal-imgħoddi.

           

Tassew imbierka inti fost in-nisa, għax bik l-ewwel missier u omm tagħna sabu s-salvazzjoni; għax kont int li ġibt fid-dinja s-Salvatur, li ħallas lil Alla biex isalvahom.

           

Tassew imbierka inti fost in-nisa, għax mingħajr żerriegħa int għamilt dak il-frott li kien barka għad-dinja kollha u fdieha mis-saħta li nisslet ix-xewk fiha.

           

Tassew imbierka inti fost in-nisa, għax int, għad li mara skont in-natura, imma sirt tabilħaqq Omm Alla.  Għax ladarba dak li twieled minnek hu tassew Alla magħmul bniedem, int bil-jedd u l-ħaqq kollu għandek tissejjaħ Omm Alla, int li tassew ulidt lil Alla.

           

Int ġibt fil-ġuf tiegħek lil Alla nnifsu, li għammar fik bħala bniedem, u feġġ minnek bħal għarus li ferraħ lill-bnedmin kollha bid-dawl ta’ Alla li wasslilhom.

           

Fik, o Verġni, bħal f’sema ta’ bjuda bla nikta u kollu dija, Alla waqqaf il-għamara tiegħu, u ħareġ minnek bħal għarus ħiereġ minn ġo kamartu, biex matul ħajtu jiġri l-ġirja tiegħu tixbah lill-ġirja ġgantija tax-xemx li kellha ġġib is-salvazzjoni u l-ħajja lill-bnedmin kollha, u li, fid-dawra tagħha minn tarf għall-ieħor tas-sema, timla kollox bil-ħeġġa qaddisa u bid-dawl li jagħti l-ħajja.

 

RESPONSORJU                                                                                                      

 

R. Tassew imbierka inti fost in-nisa, għax int bdilt is-saħta ta’ Eva f’barka. * Bik il-Missier bierek lill-bnedmin. (Ż.Għ. hallelujah).

V. Bik l-ewwel missier u omm tagħna sabu s-salvazzjoni. * Bik il-Missier. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Jew:

 

Qari mid-Diskorsi tal-beatu Elred, abbati.

 

Marija hi ommna

 

Nersqu lejn il-għarusa tiegħu, nersqu lejn ommu, nersqu lejn il-qaddejja t-tajba tiegħu.  Il-Verġni mqaddsa Marija hi dan kollu.

           

Iżda biex se nersqu lejha?  X’rigali se noffrulha?  Mhux li konna għalinqas inroddulha d-dejn li għandna magħha!  Għax għandna nagħtuha: għandna nagħtuha l-ġieh, is-servizz, l-imħabba u t-tifħir tagħna.  Hi Omm Sidna: għalhekk għandna nroddulha l-ġieh.  Jekk xi ħadd ma jweġġahx lill-omm, kif jista’ ma jonqosx mill-ġieh lill-iben?  U l-Iskrittura tgħid : Weġġah lil missierek u ‘l ommok.

           

Ħuti, xi rridu nfissru b’dan?  Marija mhijiex ommna?  U żgur, ħuti, hi ommna tassew.  Aħna twelidna biha, mhux għad-dinja, imma għal Alla.

           

Intom temmnu u tafu li aħna lkoll konna mejtin, bnedmin qodma, fid-dlamijiet, fil-miżerja.  Konna mejtin, għax tlifna lil Alla; bnedmin qodma, għax tħassarna; fid-dlamijiet, għax tlifna d-dawl tal-għerf; u għalhekk konna mitlufa għal kollox.

           

Iżda Marija wilditna, u wilditna wisq aħjar minn Eva, għax Marija wildet lil Kristu.  Minn bnedmin qodma sirna ġodda, minn imħassra lbisna n-nuqqas ta’ taħsir, mid-dlamijiet ħriġna għad-dawl.

 

Marija hi ommna, omm il-ħajja tagħna, omm in-nuqqas ta’ taħsir tagħna, omm id-dawl tagħna.

           

L-Appostlu jgħid li l-Mulej sar għalina għerf ġej minn għand Alla, ġustizzja, qdusija u fidwa.  Mela Marija, għax Omm Kristu, hi omm il-għerf tagħna, omm il-ġustizzja tagħna, omm il-qdusija tagħna, omm il-fidwa tagħna.  Għalhekk hi ommna wisq aktar mill-omm li nisslitna skont il-ġisem.  Jiġifieri, hija tatna twelid aqwa, ladarba lilha nafu l-qdusija tagħna, il-għerf, il-ġustizzja, it-tqaddis u l-fidwa tagħna.

           

Tgħid l-Iskrittura: Faħħru l-Mulej fil-qaddisin tiegħu. Issa jekk Sidna hu ta’ min ifaħħru f’dawk il-qaddisin li bihom jagħmel l-għeġubijiet u l-mirakli, mela kemm iżjed hu ta’ min ifaħħru fil-qaddisa li biha dak li hu tal-għaġeb fuq l-għeġubijiet kollha għamel lilu nnifsu!

          

RESPONSORJU                                                                                             

 

R. Hienja int, Verġni Marija, u jistħoqqlok tassew kull tifħir: * Għax bik feġġ Kristu Alla tagħna, ix-Xemx tal-ġustizzja, li bih konna salvati u mifdija (Ż.Għ. hallelujah).

V. Bil-ferħ ta’ qalbna niċċelebraw din il-festa (it-tifkira) tiegħek, Verġni mqaddsa Marija. * Għax bik feġġ Kristu Alla tagħna, ix-Xemx tal-ġustizzja, li bih konna salvati u mifdija (Ż.Għ. hallelujah).

 

 

 

 

 

 

 

Jew:

 

Qari mill-Kostituzzjoni dommatika tal-Konċilju Vatikan it-tieni, fuq il-Knisja.

 

Il-maternita’ ta’ Marija fil-pjan tal-grazzja

           

Il-Verġni mbierka kienet minn dejjem ippredestinata biex tkun Omm Alla, bl-istess digriet tal-Inkarnazzjoni tal-Verb.  Il-providenza t’Alla riditha tkun f’din l-art l-Omm twajba tal-Feddej u l-qaddejja umli tal-Mulej, li b’qalb kbira u b’mod speċjali ssieħbet miegħu f’ħidmietu.  Hija nisslet lil Kristu, wilditu, rabbietu, offrietu lill-Missier fit-tempju, u sofriet ma’ Binha huwa u jmut fuq is-salib ; b’hekk hija kellha sehem speċjali fil-ħidma tas-Salvatur, u bl-ubbidjenza tagħha, bil-fidi, it-tama u l-ħeġġa ta’ mħabbitha, hija ħadmet id f’id miegħu biex l-erwieħ jiksbu mill-ġdid il-ħajja tal-grazzja.  Minħabba f‘hekk hija saret għalina omm fl-ordni tal-grazzja. Marija bdiet tkun ommna fil-pjan tal-grazzja sa minn dak il-waqt li, b’fidi kbira, laqgħet il-messaġġ li tħabbrilha mill-anġlu; bla biża’ ta’ xejn baqgħet iġġib ruħha ta’ ommna taħt is-salib; u għandha u tibqa’ dejjem ommna, sa ma sseħħ għal kollox il-ġemgħa tal-magħżulin kollha.  Għax għalkemm ġiet imtellgħa fis-sema, hija ma telqitx minn taħt idejha dan l-uffiċċju għas-salvazzjoni tagħna, imma għandha tidħol għalina b’kull mod, biex Alla jagħtina l-grazzja meħtieġa għas-salvazzjoni ta’ dejjem.

           

Fl-imħabba tagħha ta’ omm hija l-ħin kollu taħseb f’dawk l-aħwa ta’ Binha li, fit-triq tagħhom lejn is-sema, għandhom jitħabtu fost it-twegħir u d-dwejjaq, u tibqa’ tieħu ħsiebhom sa ma jidħlu fil-hena tal-belt vera tagħhom.

           

Hu minħabba f’hekk li l-Knisja ssejjaħ lill-Verġni mbierka bl-ismijiet ħelwa ta’ Avukata, Awżiljatriċi, Għajnuna u Medjatriċi ħadd ma għandu jaħseb li b’daqshekk il-Knisja tifhem tnaqqas jew iżżid xi ħaġa fil-kobor u l-qawwa ta’ Kristu, li hu waħdu l-Medjatur.

           

Ħadd, fost il-ħlejjaq, ma jista’ qatt jitqies daqs il-Verb magħmul bniedem, daqs il-Feddej.  Iżda bħalma l-ministri u l-poplu fidil, kulħadd skont il-mod tiegħu, għandhom sehem fis-saċerdozju ta’ Kristu; u bħalma l-ħlejjaq kollha, kull waħda skont il-mod tagħha, jieħdu tassew mit-tjieba t’Alla; hekk ukoll jiġri fil-medjazzjoni ta’ Kristu, li ma hemmx ħliefha.  Hija mhux biss ma twarrabx ħaddiema oħra, imma tqanqal il-ħlejjaq biex, kull waħda skont il-mod tagħha, jaħdmu id f’id ma’ Kristu l-Medjatur, dejjem bħala sehem f’ħidma waħda ħierġa minn għajn waħda.

           

Il-Knisja ma tibżax tistqarr dan l-uffiċċju li Marija għandha taħt Kristu; hija dejjem tħossu jaħdem fuqha, u tħajjar lill-fidili biex iweġġhu minn qalbhom dan l-uffiċċju tagħha, ħalli jitqawwew bil-għajnuna ta’ din l-omm u jistgħu jingħaqdu bis-sħiħ mal-Medjatur u s-Salvatur tagħna.

 

RESPONSORJU                                                                     

 

R. Verġni qaddisa u bla tebgħa, kif se nsib kliem biex infaħħar sbuħitek? * għax ġibt fil-ġuf lil dak li anqas is-smewwiet ma jesgħuh. (Ż.Għ. hallelujah).

V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek * għax ġibt fil-ġuf … (Ż.Għ. hallelujah).

 

Wara l-qari tal-lezzjonijiet, fis-solennitajiet u l-festi jingħad l-Innu:

 

INNU LILEK, O ALLA, INFAĦĦRU

 

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta
' dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha,

lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini
*
            ixandruk bla heda:

Qaddis,
* Qaddis, * Qaddis *
            il-Mulej Alla tal-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija
*
            bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar
*
            il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar
*
            il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru * 

il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha
* il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta
' kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu,
* id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.  
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem,
*
            ma stmerrejtx tinżel f'ġuf ta' Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
*
            u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta
' Alla, *
            fis-sebħ tal-Missier.

Ahna nemmnu * 

li int għad terġa' tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
*
            li inti fdejt b'demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek
*
            fil-glorja ta' dejjem.

 

V. Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, * bierek lill-wirt tiegħek.
R. Kun ir-ragħaj tagħhom, * erfagħhom għal dejjem.
V. Min jum għall-iehor * aħna nberkuk:

R. u nfaħħru ismek għal dejjem, * u għal dejjem ta’ dejjem.
V. Agħmel, Mulej, li llum * inħarsu ruħna minn kull dnub.
R. Ħenn għalina, Mulej, * ħenn għalina.
V. Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek, *
R. kif fik hi t-tama tagħna.
V. Fik, Mulej, jien nistkenn: *

R. ma jkolli qatt għax ninfixel.

 

Talba, mit-Tifħir ta’ sbiħ il-jum.

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Sidt glorjuża li fil-għoli

fuq il-kwiekeb ġejt imtellgħa,

            nagħtuk ġieh, għax int, b’ħalibek

            safi, sqejt lil dak li ħalqek.

 

            B’Ibnek sewwejtilna l-ħsara

            li d-dnub t’Eva ġibed fuqna;

            bi tjubitek ftaħt mogħdija

            biex l-imsejkna jidħlu s-sema.

 

            Inti l-bieb tas-Sultan Għoli,

            bieb li minnu d-dawl feġġ fuqna;

            ħa jifirħu l-ġnus mifdija,

            għax bik, Verġni, sabu l-ħajja.

 

            Agħmel int li nsebbħu f’kollox

lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

u ’l-Ispirtu, li bħal b’libsa

ta’ ġmiel kbir żejnuk bil-grazzja.  Ammen.

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

 

 

 

 

 

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

 

 

 

 

                                                                Kantiku                                      Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

 

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                           Iżaija 61: 10

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.

V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għażilha.

 

Fi żmien il-Għid:

R. Għażilha l-Mulej, U ħatarha fost kulħadd. * Hallelujah, hallelujah. Għażilha.

V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. Għażilha.

 

Ant. tal-kant. ta’ Zakkarija Eva għalqet bieb is-sema għal kulħadd; Marija Verġni fetħithulna mill-ġdid (Ż.Għ. hallelujah).

 

 

 

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:

-         agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.

Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:

-         eħlisna mit-taħsir tad-dnub.

Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:

-         bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..

Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:

-         agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

 

Missierna, eċċ.

 

Jew:

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Salvatur tad-dinja, bil-grazzja qawwija tal-fidwa tiegħek int ħarist minn qabel lil

Ommok minn kull tebgħa ta’ dnub:

-         żommna safja u mbiegħda mid-dnub.

Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed

qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu:

-         agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.

Verb etern, int għallimt lil Ommok tagħżel għaliha s-sehem it-tajjeb:

-         agħtina li nagħmlu bħalha, billi nfittxu l-ikel li jsaħħaħna għall-ħajja ta’ dejjem.

Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-

ġisem:

-         agħtina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.

Sid is-sema u l-art, int qegħidt lil Marija sultana fil-leminija tiegħek:

-         agħmel li jkun jistħoqqilna nissieħbu magħha fil-glorja.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba propja: jekk ma jkunx hemm, tingħad waħda mit-II Għasar.

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,

Omm qaddisa u kbira t’Alla,

dejjem Verġni bla mittiefsa,

bieb il-hena u ferħ tas-sema.

 

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima

Gabrijiel qed isemmagħlek,

ibdel fiha l-isem t’Eva,

ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

 

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,

ġib id-dawl lill-għomja kollha,

biegħed minna l-ħażen tagħna,

niżżel fuqna l-ġid mis-sema.

 

Uri li tassew int Ommna,

wassal talbna quddiem Alla,

li fi ħnientu twieled minnek

biex isir għalina bniedem.

 

Verġni fost kulħadd magħżula,

ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,

itlob ’l Ibnek biex jagħtina

maħfra, safa u spirtu ħlejju.

 

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,

żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,

sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra

ta’ Ġesu’ għal dejjem miegħek.

Lill-Missier it-tifħir tagħna,

ġeh u setgħa ’l Kristu Sidna,

lill-Ispirtu s-Santu l-qima,

sebħ lit-Tlieta, Alla wieħed.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

                                                         Kantiku                                          Efesin 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

LEZZJONI QASIRA                                                                                        Galatin 4: 4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R.  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja: * Il-Mulej miegħek.  Sliem.

V.  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej

miegħek. Glorja. Sliem.

 

Fi żmien il-Għid:

R.  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja: Il-Mulej miegħek. * Hallelujah,

hallelujah.  Sliem.

V.  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Hallelujah,

hallelujah. Glorja. Sliem.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Ħienja int, Marija, għax int emmint li jseħħ kull ma bagħat igħidlek il-Mulej (Ż.Għ. hallelujah).

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

 Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla

 tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:

-         ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.

Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-

 imnikktin, aħfer lill-midinbin:

-         agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.

Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:

-         ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.

Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:

-         agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

Jew:

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:

-         agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.

Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:

-         bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.

Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawmien tiegħu

            mlejtha bil-ferħ:

-         għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.

Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila

            tiegħek:

-         bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

 

 

 

 

 

Talba

 

Talba propja: jekk ma jkunx hemm, tingħad waħda miIIi ġejjin:

 

Fiż-żmien l-Avvent:

O Alla, inti ridt li, mat-tħabbira tal-Anġlu, il-Verb tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni mqaddsa Marija, u aħna nemmnu li hi saret Omm Alla; fiċ-ċokon tagħna nitolbuk biex ikollna l-għajnuna tat-talb tagħha.  B’Ibnek.

 

Fi żmien il-Milied:

O Alla, int ridt li l-imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Fi żmien ir-Randan, 1:

Sawwab f’ruħna, Mulej, il-grazzja tiegħek, biex aħna li, bit-tħabbira tal-Anġlu għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, għat-talb tal-Verġni imqaddsa Marija, bil-passjoni u l-mewt tiegħu, naslu fis-sebħ tal-qawmien mill-imwiet.  B’Ibnek.

 

Fi żmien ir-Randan 2:

Warrab minn quddiem għajnejk, Mulej, il-ħtijiet tal-poplu tiegħek, biex aħna, li ma għandniex ħila nogħġbuk b’dak li nagħmlu aħna, insalvaw bit-talb ta’ Omm Ibnek, Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Fi żmien il-Għid, 1:

O Alla, int għoġbok timla d-dinja bil-ferħ fil-qawmien ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna; agħtina li, bis-saħħa tal-Verġni Marija, Ommu, niksbu l-hena tal-ħajja ta’ dejjem.  B’Ibnek.

 

Fi żmien il-Għid, 2:

O Alla, inti tajt l-Ispirtu s-Santu lill-appostli waqt li kienu jitolbu ma’ Marija, Omm Ġesu’; bit-talb tagħha, agħti lilna wkoll il-grazzja li naqdu lill-kobor tiegħek minn qalbna, u li, bil-kelma u bl-eżempju tagħna, inxandru ma’ kullimkien il-glorja ta’ Ismek.  B’Ibnek.

 

 

Matul is-sena, 1:

Agħmel, Mulej Alla tagħna, li aħna l-qaddejja tiegħek inkunu dejjem qawwijin u sħaħ fir-ruħ u l-ġisem, u li, bit-talb glorjuż tal-imqaddsa Marija dejjem Verġni, neħilsu mid-dwejjaq ta’ issa u niksbu l-hena ta’ dejjem.  B’Ibnek.

 

Matul is-sena, 2:

Warrab minn quddiem għajnejk, Mulej, il-ħtijiet tal-poplu tiegħek, biex aħna, li ma għandniex ħila nogħġbuk b’dak li nagħmlu aħna, insalvaw bit-talb ta’ Omm Ibnek, Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Matul is-sena, 3:

O Alla ħanin, ieqaf magħna, bnedmin dgħajfa, biex aħna u nagħmlu l-festa (t-tifkira) tal-Omm qaddisa ta’ Alla, bil-għajnuna tat-talb tagħha nintrefgħu minn ħżunitna u ngħixu ħajja qaddisa.  B’Ibnek.

 

Matul is-sena, 4:

Agħmel, Mulej, li l-imqaddsa Marija dejjem Verġni, bit-talb tagħha tkun għalina ta’ għajnuna, teħlisna minn kull tiġrib, u ddaħħalna fil-hena u s-sliem tiegħek.  B’Ibnek.

 

Matul is-sena, 5:

Aħna u nagħtu ġieh lill-Verġni mqaddsa Marija fil-festa (t-tifkira) glorjuża tagħha, agħmel, Mulej, li bit-talb tagħha għalina aħna wkoll jistħoqqilna nieħdu mill-milja tal-grazzji tiegħek.  B’Ibnek.

 

Matul is-sena, 6:

Agħtina, o Alla li tista’ kollox, il-għajnuna tat-talb tal-Verġni mqaddsa Marija u ferraħna bil-ħarsien tagħha, biex aħna, il-fidili tiegħek, neħilsu minn kull deni fuq l-art u naslu fil-hena ta’ dejjem fis-sema.  B’Ibnek.

 

 

 

 

 

TIFKIRA TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA F’JUM IS-SIBT

 

Fis-Sibtijiet ta’ matul is-sena, kull meta r-rubriki jippermettu t-tifkiriet mhux obbligatorji, tista’ ssir iċ-ċelebrazzjoni tat-tifkira tal-Madonna.

 

 

 

Is-Sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

 

Ant. Kristu hu Bin Marija: ejjew nadurawh.

Jew: Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

 

Salm 94, mill-Ordinarju.

 

L-uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

Xbejba mqaddsa, u Omm Ibnek,

fl-istess waqt int bintu wkoll;

għalkemm fuqna għollik ħafna,

fl-umilta’ tisboqna lkoll.

 

Għax int għetx f’moħħu minn dejjem

u ried bik juri kburitu;

xtaq mhux biss ħtijietna jħassar

’ma nogħxew f’baħar tjubitu.

 

Għalhekk kif fostna Hu ried jiġi

mlibbes bħalna ta’ tarbija,

’ssawwar fik, b’qawwiet il-Għoli

li għattietek, o Marija.

Fik, Marija, ntagħġu ħwejjeg

li bla fidi ma nifhmux:

bjuda u mħabba, art u sema,

’ngħaqqdu darba u ma nfirdux.

 

Lill-Missier sebħ nagħtu u ’l Iben,

u lir-Ruħ għajn il-qdusija;

li sehem kbir kellu tal-għaġeb

fit-tnissil, f’ħajtek, Marija.  Ammen

 

Jew l-innu F’ġuf Marija mill-Uffiċċju tal-qari tal-Komun tal-Madonna .... jew l-Innu O Marija, mill-1 Għasar tal-Komun tal-Madonna, ...

L-antifoni, is-salmi, il-versett u l-Lezzjoni 1 bir-responsorju tagħha, tas-Sibt li jmiss.

 

Il-Lezzjoni 2 bir-responsorju tagħha tista’ tittieħed jew mill-Komun tal-Madonna, jew mill-propji ta’ dan l-Uffiċċju, jew tingħad dik tas-Sibt li jmiss. Tista’ wkoll tintgħażel il-Lezzjoni 2 tat-22 ta’ Awissu, jew tas-7 ta’ Ottubru, jew tal-21 ta’ Novembru.

 

 

LEZZJONI II

 

Il-Lezzjoni II tittieħed jew mill-Komun tal-Madonna, jew minn dawn li ġejjin, jew tingħad tas-Sibt li jmiss, bir-responsorji tagħhom.  Tista’ tingħad ukoll il-Lezzjoni II tat-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija jew tal-Madonna tal-Karmnu jew tal-Verġni Mqaddsa Marija Reġina jew tal-Verġni Mqaddsa Marija tar-Rużarju jew tal-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija.

 

 

 

 

 

 

 

Qari mid-Diskorsi ta’ San Proklu, isqof ta’ Kostantinopli.

 

Alla, li ħabb lill-bniedem, sar bniedem u twieled mill-Verġni

 

Ħa jifirħu s-smewwiet fil-għoli, u ħalli s-sħab iqattar il-ġustizzja, għax il-Mulej ħenn għall-poplu tiegħu.  Ħa jifirħu s-smewwiet fil-għoli, għax meta Alla ħalaqhom fil-bidu, huwa sawwar ukoll lil Adam mill-art verġni, u għamlu ħabib u midħla tiegħu.  Ħa jifirħu s-smewwiet fil-għoli, għax issa l-Mulej, bid-dehra tiegħu fostna bħala bniedem, qaddes l-art u ħeles lill-bnedmin mis-sagrifiċċji lill-idoli.  Ħalli s-sħab iqattar il-ġustizzja: issa Alla, li sar bniedem mill-Verġni Marija, ħassar u ħafer l-żball ta’ Eva, għax ħares lejn is-safa ta’ Ommu.  U Adam, li qabel kien ikkundannat, issa ħeles mill-kastig ta’ dak il-lejl tal-biza’.

           

Kristu, mela, twieled minn Marija Verġni, li permezz tagħha sar bniedem, għax hekk għoġbu skont il-pjan tiegħu: il-Verb sar bniedem u għammar fostna; għalhekk il-Verġni saret Omm Alla.  Tassew, il-Verġni hija omm, għax tat lid-dinja l-Verb li sar bniedem mingħajr il-ħidma tar-raġel.  Saret omm, u b’danakollu baqgħet xebba, bis-saħħa tat-twelid tal-għaġeb ta’ dak li riedha hekk.  Hija omm skont in-natura umana tal-Verb divin, li sar bniedem fiha u deher fostna fil-għaqda taż-żewġ naturi, skont l-għerf ta’ dak li jagħmel l-għeġubijiet.  Kif igħid San Pawl, kien minnhom li, skont il-ġisem, ħareġ Kristu.

           

Hu kien dak li hu issa, u hekk ikun u jibqa’; iżda sar bniedem għall-imħabba tagħna.  Alla, li ħabb lill-bniedem, sar bniedem billi ħa n-natura tagħna li ma kellux qabel; iżda għalkemm sar bniedem, huwa baqa’ Alla mingħajr ebda tibdil.  Sar jixbah lili minħabba fija; sar dak li ma kienx qabel, għalkemm baqa’ dak li kien.  Sar bniedem biex jagħmel tiegħu dak kollu li hu tagħna, ħalli permezz tiegħu nkunu nistgħu nsiru wlied adottivi t’Alla u jagħtina dik is-saltna li jalla tkun tistħoqqilna, għall-grazzja u l-ħniena ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, li lilu, flimkien mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu, tingħata l-glorja u l-ġieh u s-setgħa, issa u dejjem, u għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

RESPONSORJU                                                                   Salm 71: 6.19; Apokalissi 21: 3

 

R. Jinżel bħax-xita fuq ir-raba’ maħsud; * Ħa timtela l-art kollha bis-sebħ ta’ Alla.

V. Din hi l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u Alla

nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom. * Ħa timtela l-art kollha bis-sebħ ta’ Alla.

Jew:

 

Qari mid-Diskorsi ta’ San Gwerriku, abbati.

 

Marija, Omm Kristu u Omm l-insara

 

Marija wildet iben wieħed li, bħalma huwa l-waħdieni tal-Missier fis-sema, hekk hu l-waħdieni ta’ omm fuq l-art.  Issa din l-omm verġni, hekk glorjuża li nisslet lill-waħdieni tal-Missier, tħaddan l-istess waħdieni tagħha fil-membri kollha tiegħu; u hi tilqa’ bil-qalb li tissejjaħ omm dawk kollha li fihom tara lil Kristu tagħha msawwar jew qiegħed jissawwar.

           

Eva tal-imgħoddi kienet aktar omm tal-isem milli omm tassew, għax lil uliedha għadditilhom il-kundanna tal-mewt qabel ma tathom id-dawl.  Tassew li l-Iskrittura ssejħilha omm Il-ħajjin kollha, iżda aktar għandha tissejjaħ il-qattiela tal-ħajjin, jew omm dawk li huma għall-mewt.  Għalhekk hi ma setgħetx tkun sinjal fidil tat-tifsira ta’ isimha; dan is-sinjal seħħ b’mod misterjuż f’Marija, għax din - kif ukoll il-Knisja, li Marija hi l-mudell tagħha - hija omm dawk kollha li jitwieldu mill-ġdid għall-ħajja.  Infatti hija omm dik il-ħajja li biha kulħadd igħix, u meta tatha lid-dinja, b’xi mod tat twelid ġdid lil dawk kollha li kienu se jirbħu biha.

           

L-Omm imqaddsa ta’ Kristu, għax taf li hi omm l-insara kollha minħabba l-misteru ta’ dan it-twelid, tieħu ħsiebhom u tħobbhom bħala omm l-aktar ħanina.  Qatt ma twebbes qalbha magħhom, qishom mhumiex uliedha, hi li darba biss nisslet fil-ġuf, għalkemm ġufha qatt ma ngħalaq, għaliex baqgħet dejjem tnissel frott it-tjieba u l-ħniena tagħha.

           

Jekk qaddej ta’ Kristu, bl-għemil tiegħu ta’ tjieba u ħniena, inissel bla heda wlied sakemm Kristu jissawwar fihom, kemm aktar l-istess Omm Kristu tagħmel dan?  San Pawl nissel ulied għalih billi ħabbrilhom il-Kelma tas-sewwa li tathom twelid ġdid; Marija nisslet ulied għaliha b’mod aktar qaddis u divin għaliex tat lid-dinja l-istess Verb ta’ Alla.  F’San Pawl jiena nfaħħar il-miniseru tiegħu ta’ tħabbir tal-Kelma ta’ Alla; f’Marija jiena nammira u nqim il-misteru tat-twelid.

U ara kemm l-insara jagħarfu li Marija hi ommhom, imqanqlin minn tjieba, li l-fidi tagħmilha qisha ħaġa naturali għalihom: lilha jsejħu b’isimha, l-ewwel u qabel kulħadd, fit-tiġrib u l-ħtiġijiet kollha tagħhom, qishom tfal ifittxu kenn fi ħdan ommhom.  Għalhekk jidhirli li ma nkunx qed ngħid xi ħmerija, jekk naħseb li qed tingħad għaliha l-wegħda li jagħmel il-Profeta: Igħammru fik uliedek. Iżda ma rridx ninsa li dan il-kliem tal-Profeta għandna nifmuh l-ewwel u l-aktar għall-Knisja.

           

Aħna ġa qegħdin ingawdu l-għajnuna ta’ Omm Alla l-Għoli, qegħdin ngħammru taħt il-ħarsien tagħha, għad-dell ta’ ġwenħajha, u għad nissieħbu fil-glorja tagħha, mħaddnin magħha.  Imbagħad dan biss ikun il-leħen ta’ tifħir u radd il-ħajr li jinstema’: Ngħannu ferħana aħna lkoll li ngħammru fik, qaddisa Marija Omm Alla.

 

RESPONSORJU                                                              Mattew 1: 20.21; Mikea 5: 3-4

 

R. Dak li tnissel f’Marija ġie bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.  Hi jkollha iben; * U

hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.

V. Imbagħad is-setgħa tiegħu tkun xterdet sat-trufijiet tal-art.  U dan ikun is-

sliem. * U hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.

 

Jew:

 

Qari mill-Omiliji tal-isqof San Ġwann Grisostmu.

 

Adam u Kristu, Eva u Marija

 

Rajtha r-rebħa tal-għaġeb?  Rajthom l-għeġubijiet kbar tas-salib?  Tridni ngħidlek xi ħaġa aktar tal-għaġeb?  Ara kif seħħet ir-rebħa, imbagħad aktar tistgħaġeb!  Bl-istess mezz li rebaħ ix-xitan, Kristu rebħu, ħa f’idejh l-istess armi tiegħu, u bihom ġabu fix-xejn; u issa isma’ kif.

 

Verġni, għuda u l-mewt kienu s-simboli tat-tiġrif tagħna: il-verġni kienet Eva, għax kienet għadha ma għarfitx raġel; l-għuda kienet is-siġra; il-mewt kienet il-kastig ta’ Adam.  Issa, ara, hemm mill-ġdid verġni, għuda u l-mewt.  Tal-ewwel kienu s-simboli tat-tiġrif tagħna, dawna huma s-simboli tar-rebħa tagħna.  Flok Eva hemm Marija, flok is-siġra tal-għerf dwar it-tajjeb u l-ħażin hemm l-għuda tas-salib, flok il-mewt ta’ Adam hemm dik ta’ Kristu.

 

Tara issa kif ix-xitan ġie mirbuħ bl-istess armi li bihom rebaħ!  Ħdejn is-siġra x-xitan waqqa’ lil Adam, fuq l-għuda tas-salib Kristu rebaħ ix-xitan; l-ewwel siġra bagħtet il-bniedem f’qiegħ l-imwiet, is-salib sejjaħ lura ’l dawk li kienu niżlu f’qiegħ l-imwiet.  L-ewwel siġra ħbiet il-bniedem imjassra u mneżża’ minn kollox, is-salib refa’ fil-għoli quddiem l-għajnejn ta’ kulħadd rebbieħ imneżża’ minn kollox.  L-ewwel mewt wasslet għall-mewt kull min twieled warajha, it-tieni mewt qajjmet għall-ħajja lil dawk ukoll li mietu qabilha.  Min jista’ jsemmi l-għemejjel kbar tal-Mulej?  Bil-mewt sirna immortali: dan huma l-għeġubijiet kbar tas-salib!

Fhimt issa x’kienet ir-rebħa?  Fhimt kif seħħet?  Issa ara kif din ir-rebħa seħħet bla taħbit u għaraq tagħna.  Aħna ma ċappasniex bid-demm l-armi tagħna, ma konniex nies minn ta’ quddiem fil-ġlieda, ma rċevejniex ġrieħi, ma rajniex ġlied: imma rbaħna!  Iġġieled il-Mulej, u rbaħna aħna!  Issa li r-rebħa hi tagħna, nagħmlu bħas-suldati u ngħannu bil-ferħ l-għanja tar-rebħa u nfaħħru l-Mulej: Imbelgħet il-mewt fir-rebħa.  Fejn hi, ja mewt, ir-rebħa tiegħek?  Fejn hi, ja mewt, in-niggieża tiegħek?

 

Dan kollu tana b’mod tal-għaġeb is-salib: hu s-sinjal tar-rebħa merfugħ kontra x-xitan, is-sejf kontra d-dnub, is-sejf li bih ġie minfud is-serp; hu r-rieda tal-Ispirtu s-Santu; hu l-ġieh tal-anġli, il-ħarsien li jagħtina Kristu, it-tifħir ta’ San Pawl, il-ħajt ta’ kenn għall-qaddisin, u d-dawl tad-dinja kollha.

 

RESPONSORJU                                                                              

 

R. Għar-rieda tal-Mulej li ried ikattar ġieħna * Bħalma l-warda toħroġ minn qalb

ix-xewk, hekk Eva nisslet lil Marija.

V. Biex it-tjieba tirbaħ il-ħtija, * Bħalma l-warda toħroġ minn qalb ix-xewk, hekk Eva nisslet lil Marija.

 

 

Jew:

 

LEZZJONI II

 

Qari mill-Kostituzzjoni dommatika tal-Konċilju Vatikan it-tieni, fuq il-Knisja.

 

Marija xbieha tal-Knisja

 

Il-Verġni Mqaddsa Marija hi marbuta ma’ Binha is-Salvatur tagħna, minħabba l-ġieh u d-dmir tagħha ta’ Omm, u hi marbuta wkoll mal-Knisja b’mod tal-għaġeb minħabba l-grazzji u l-merti singulari tagħha; għalhekk nistgħu ngħidu li, kif għallem darba Sant’Ambroġ, Marija hi xbieha tal-Knisja fil-fidi, fl-imħabba u fl-għaqda sħiħa tagħha ma’ Kristu.

 

Fil-misteru tal-Knisja - li bir-raġun kollu tissejjaħ hi wkoll verġni u omm - il-Verġni Mqaddsa Marija hi quddiem nett għaliex b’mod mill-aqwa u tassew tal-għaġeb hi eżempju ta’ verġni u omm.  Għaliex emmnet u obdiet, tat lid-dinja l-istess Iben tal-Missier, mingħajr ma għarfet raġel imma bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, u bħala Eva ġdida emmnet, bla ma iddubitat xejn, mhux kliem is-serp, imma kliem il-messaġġier ta’ Alla.  Wildet Iben, li Alla għamlu l-kbir fost ħafna aħwa, jiġifieri fost il-fidili kollha, li, biex jitwieldu u jittrabbew, hi tagħti sehemha bħala omm kollha mħabba.

           

Il-Knisja tikkontempla l-qdusija mistura tal-Verġni Marija, u tħabrek biex tkun tixbaħha fl-imħabba u tagħmel bħalha r-rieda ta’ Alla bil-fedelta’ kollha, b’hekk il-Knisja hi wkoll issir omm; għaliex tagħti t-twelid għall-ħajja ġdida li tibqa’ għal dejjem lil kotra ta’ wlied, imnisslin mill-Ispirtu s-Santu u mwieldin għal Alla, bit-tħabbir tal-Kelma tiegħu u bil-Magħmudija.  Il-Knisja hi ukoll verġni għaliex iżżomm sħiħa u mhux mittiefsa l-kelma li tat lill-Għarus tagħha, u bħal Ommu Marija, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, iżżomm bla mittiefsa l-fidi tagħha ta’ verġni, sħiħa t-tama tagħha, u kollha ħeġġa mill-qalb imħabbitha.

           

Waqt li l-Knisja fil-Verġni Mqaddsa Marija ġa laħqet il-perfezzjoni tagħha għax fiha hi bla tebgħa u bla tikmixa, il-fidili għad iridu jitħabtu biex jirbħu d-dnub u jimxu ’l quddiem fil-qdusija, għalhekk għadhom idawwru għajnejhom lejn Marija, li tiddi quddiemhom bħala eżempju mill-aqwa ta’ tjieba u qdusija għal kollha kemm hi x-xirka tal-magħżulin.  Il-Knisja hija u tfakkarha bit-tjieba kollha u tikkontemplaha fid-dawl tal-Verb ta’ Alla magħmul bniedem, bil-qima kollha tidħol fil-fond tal-misteru tal-Inkarnazzjoni u ssir dejjem aktar tixbaħ lill-Għarus tagħha.

           

Marija daħlet fl-istorja tas-salvazzjoni b’mod tassew tal-għaġeb, u għalhekk tiġbor fiha nfisha u tħabbar madwarha l-veritajiet ewlenin tal-fidi tagħna, u, waqt li jingħatalha l-ġieh u t-tifħir li jistħoqqilha, hi ssejjaħ lil dawk kollha li jemmnu biex jersqu lejn Binha u lejn is-sagrifiċċju tiegħu u lejn l-imħabba tal-Missier. Il-Knisja mbagħad, hija u tfittex il-glorja ta’ Kristu, dejjem aktar issir tixbaħ lil Marija għaliex bla heda tikber fil-fidi, it-tama u l-imħabba, u tfittex u tħabrek biex tagħmel dejjem ir-rieda ta’ Alla f’kollox.

 

Il-Knisja għalhekk, fil-ħidma appostolika tagħha wkoll, tħares lejn Marija, li tat lil Kristu lid-dinja, imnissel mill-Ispirtu s-Santu u mwieled minn Omm Verġni, biex permezz tal-Knisja jitwieled u jikber ukoll fi qlub il-fidili kollha.  Il-Verġni Marija, tul ħajjitha kollha, kienet mera ta’ dik l-imħabba ta’ omm li għandu jkollhom dawk kollha li jissieħbu fil-ħidma appostolika tal-Knisja għat-tiġdid tal-bnedmin kollha.

 

RESPONSORJU                                                                              

 

R. Is-Salvatur tad-dinja deher lil dawk kollha li jemmnu permezz tal-Verġni

Marija: * Il-ħajja tagħha tal-għaġeb hi ta’ ġieh liema bħalu għall-Knejjes kollha.

V. Bil-qima kollha niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija: * Il-ħajja tagħha tal-għaġeb hi ta’ ġieh liema bħalu għall-Knejjes kollha.

 

Wara l-qari tal-lezzjonijiet tingħad waħda mit-Talbiet taż-żmien “matul is-sena”, mill-Komun tal-Madonna ...

 

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

INNU

 

Sidt glorjuża li fil-għoli

fuq il-kwiekeb ġejt imtellgħa,

nagħtuk ġieh, għax int, b’ħalibek

safi, sqejt lil dak li ħalqek.

 

B’Ibnek sewwejtilna l-ħsara

li d-dnub t’Eva ġibed fuqna;

bi tjubitek ftaħt mogħdija

biex l-imsejkna jidħlu s-sema.

 

Inti l-bieb tas-Sultan Għoli,

bieb li minnu d-dawl feġġ fuqna;

ħa jifirħu l-ġnus mifdija,

għax bik, Verġni, sabu l-ħajja.

 

Agħmel int li nsebbħu f’kollox

lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

u ’l-Ispirtu, li bħal b’libsa

ta’ ġmiel kbir żejnuk bil-grazzja.  Ammen.

 

Jew l-Innu Sliem għalik, mit-2 Għasar tal-Koum tal-Madonna ...

Is-salmi u l-kantiku, bl-antifoni tagħhom, tas-Sibt li jmiss.

Il-lezzjoni qasira u r-responsorju qasir jitgħażlu minn dawn li ġejjin:

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      Galatin 4: 4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Wara t-twelid, o Marija, * Bqajt Verġni bla mittiefsa.  Wara.

V. Omm Alla, idħol għalina. * Bqajt Verġni bla mittiefsa.  Glorja.  Wara.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                          ara Iżaija 61: 10

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-gustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd.  Għażilha.

V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd.  Glorja.

Għażilha.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      Apokalissi 12: 1

 

Deher sinjal kbir fis-sema: Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; * Il-Mulej miegħek.  Sliem.

V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej miegħek. 

Glorja.  Sliem.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija, waħda minn dawn li ġejjin:

 

1.  B’qima kbira nġeddu t-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija, biex tidħol għalina quddiem Sidna Ġesu’ Kristu.

2. Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

3. Il-ħajja li konna tlifna, o Verġni bla tebgħa, Alla reġa’ tahielna permezz tiegħek, int li bil-qawwa tas-sema nissilt u ġibt fid-dinja s-Salvatur.

4. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek; imbierka inti fost in-nisa, hallelujah.

5. Verġni qaddisa u bla tebgħa, jistħoqqlok l-ogħla tifħir, għaliex bik ilqajna fostna lill-Feddej tagħna, Ġesu’ Kristu Sidna.

6. Inti s-sebħ ta’ Ġerusalemm, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.         

 

Preċi, mill-Komun tal-Madonna ...

 

Talba, tintgħażel waħda minn dawk li huma magħżula għal matul is-sena.

 

 

1 TA’ JANNAR

Ottava tal-Milied

 

Solennita’ ta

IL-VERĠNI OMM ALLA, MARIJA

 

L-I Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Min qalb Missieru tnissel,

            fil-bidu, sa mid-dwien;

            hu l-Alfa, hu l-Omega,

            hu waħdu l-bidu u t-tmiem

            ta’ kull ma sar, fl-imgħoddi,

            illum, jew ’il quddiem.

 

            Sar bniedem, u ħa s-sura

            tal-ġisem fqir li jmut,

            biex jifdi ’l min fil-jasar

            kien ilu wisq mixħut,

            u jneħħi l-mewt li daħħal

            Adam bid-dnub misħut.

 

            L-Omm Verġni mbierka ġiebet

            fid-dinja l-frott misjur

            bil-qawwa tal-Ispirtu,

            lil Kristu s-Salvatur

            tal-poplu l-ġdid li kiseb,

            minn kullimkien miġbur.

           

Dan hu l-Messija mwiegħed

            fil-bidu tal-ġrajjiet;

            il-patrijarki saħħu

            tamietu f’qalb l-ulied;

            u tħabbar mill-profeti

            matul iż-żminijiet.

 

            Tifħir u glorja u barka

’l Alla, il-Missier ħanin;

lil Ibnu, li mill-Verġni

sar bniedem għall-bnedmin;

u lill-Ispirtu s-Santu,

li jżommna mal-ħajjin. Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  X’bidla tal-għaġeb! Il-Ħallieq tal-bnedmin ħa ġisem ħaj u twieled minn Marija Verġni; sar bniedem bħalna biex jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

 

 

Salm 112

 

Faħħru, qaddejja tal-Mulej, *

faħħru isem il-Mulej.

Ikun imbierek isem il-Mulej, *

minn issa u għal dejjem.

 

Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha *

            ikun imfaħħar isem il-Mulej!

Għoli fuq il-ġnus kollha l-Mulej, *

            ogħla mis-smewwiet hu sebħu.

Min hu bħal Mulej, Alla tagħna,

            li qiegħed fil-għoli? *

            Hu li jħares ’l isfel, lejn is-smewwiet

                        u lejn l-art.

 

Hu li jqajjem mit-trab l-imsejken, *

            u jerfa’ mill-miżbla l-fqajjar,

biex mal-kbarat iqiegħdu, *

            mal-kbarat tal-poplu tiegħu.

Il-mara bla wlied iqegħedha f’darha, *

jagħmilha omm ferħana b’uliedha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  X’bidla tal-għaġeb! Il-Ħallieq tal-bnedmin ħa ġisem ħaj u twieled minn Marija Verġni; sar bniedem bħalna biex jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

 

Ant. 2 Bit-twelid tiegħek tal-għaġeb minn Marija Verġni seħħet l-Iskrittura: inżilt bħal xita fuq ir-raba’ bil-għatx, biex issalva l-bnedmin. Tkun imfaħħar, Alla tagħna!

 

Salm 147

 

Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; *

faħħar ‘l Alla tiegħek, Sijon!

 

Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, *

u jbierek ġewwa fik ‘l uliedek.

Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, *

u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.

Hu jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu;  *

bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.

 

Jibgħat is-silġ bħas-suf; *

ixerred bħar-rmied il-ġlata,

Jitfa’ s-silġ bħall-frak tal-ħobż; *

u jagħqad l-ilma bil-kesħa tiegħu.

Isemma’ kelmtu, u jinħall is-silġ, *

jonfoħ ir-riħ tiegħu, u jiġri l-ilma!

 

Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb, *

il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.

Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; *

lil ħadd ma għarraf id-digrieti tiegħu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Bit-twelid tiegħek tal-għaġeb minn Marija Verġni seħħet l-Iskrittura: inżilt bħal xita fuq ir-raba’ bil-għatx, biex issalva l-bnedmin. Tkun imfaħħar, Alla tagħna!

 

Ant. 3 Bħalma l-għollieq, li ra Mose,’ ma nħaraqx bin-nar, hekk baqgħet bla mittiefsa xbubitek, Omm Alla! Itlob għalina.

 

                                        Kantiku                                  Ef 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Bħalma l-għollieq, li ra Mose,’ ma nħaraqx bin-nar, hekk baqgħet bla mittiefsa xbubitek, Omm Alla! Itlob għalina.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Gal 4: 4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Il-Verb sar bniedem, * Hallelujah, Hallelujah. Il-Verb.

V. U għammar fostna. * Hallelujah, Hallelujah. Glorja. Il-Verb.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Fl-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, hallelujah.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Fl-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, hallelujah.

 

PREĊI

 

Imbierek il-Mulej Ġesu’, il-paċi tagħna, li ġie biex igħaqqad il-Lhud u l-pagani

flimkien f’poplu wieħed.  Fiċ-ċokon tagħna nitolbuh:

Mulej, agħti l-paċi tieġħek lil kulħadd. 

Fi twelidek, Mulej, int urejt lill-bnedmin it-tjieba u l-imħabba tiegħek:

-         agħmel li dejjem inroddulek ħajr għall-ġid kollu li tagħtina.

Inti mlejt bil-grazzja lil Ommok Marija:

-         xerred il-kotra tal-grazzji tiegħek fuq kulħadd.

Int ġejt tħabbar lid-dinja l-bxara t-tajba ta’ Alla:

-         żid il-għadd ta’ dawk li jxandru u jisimgħu l-kelma tiegħek.

Int għoġbok titwieled minn Marija Verġni u sirt ħuna:

-         għallem lill-bnedmin iħobbu lil xulxin bħal aħwa.

Int feġġejt quddiem id-dinja bħax-xemx fit-tlugħ tagħha:

-         itfa’ d-dawl ta’ wiċċek fuq ħutna l-mejtin biex jarawk wiċċ imb’wiċċ.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant.  Niċċelebraw il-maternita’ tal-Verġni Marija: naduraw lil Binha Kristu Sidna.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Niċċelebraw il-maternita’ tal-Verġni Marija: naduraw lil Binha Kristu Sidna.

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Niċċelebraw il-maternita’ tal-Verġni Marija: naduraw lil Binha Kristu Sidna.


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Niċċelebraw il-maternita’ tal-Verġni Marija: naduraw lil Binha Kristu Sidna.

 

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu! *
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Niċċelebraw il-maternita’ tal-Verġni Marija: naduraw lil Binha Kristu Sidna.


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant.  Niċċelebraw il-maternita’ tal-Verġni Marija: naduraw lil Binha Kristu Sidna.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Niċċelebraw il-maternita’ tal-Verġni Marija: naduraw lil Binha Kristu Sidna.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

            Nibtet rimja minn għerq Ġesse,

            miz-zokk tiegħu ħarġet fergħa:

            xebba mbierka wildet iben,

            saret omm u baqgħet verġni.

 

            Il-Ħallieq tad-dawl iċċekken

            u qegħduh f’maxtura fqajra;

            l-omm fisqiet lil dak li għamel

            ma’ Missieru l-art u s-sema.

 

            Hu, li tana l-liġi mqaddsa

            bl-għaxar kmandamenti tiegħu,

            niżel fostna u, bħala bniedem,

            huwa nnifsu obda l-liġi.

 

            Feġġ id-dawl u s-salvazzjoni

            tkeċċa l-lejl, u l-mewt intrebħet!

            Ġnus, ejjew, u b’fidi qimu

            ’l Alla mwieled minn Marija.

 

 

 

            Glorja lilek, Kristu Sidna,

            bin Marija, Omm u Verġni;

            mal-Missier u mal-Ispirtu,

            ġieh jintraddlek, issa u dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Intrefgħu, intom bibien ta’ dejjem ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Intrefgħu, intom bibien ta’ dejjem ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

 

Ant. 2 Dan il-bniedem twieled fiha, u l-Għoli nnifsu jwettaqha f’postha.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

            fuq il-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħarfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Dan il-bniedem twieled fiha, u l-Għoli nnifsu jwettaqha f’postha.

 

Ant. 3  Il-Mulej, imnissel sa minn qabel is-sebħ u sa minn dejjem, għoġbu jsir bniedem bħalna fi żmienna biex isalvana.

 

Salm 98

 

Il-Mulej isaltan; jitkexkxu l-ġnus *

fuq il-kerubini t-tron tiegħu; ħa titheżheż l-art!

Kbir il-Mulej f’Sijon; *

hu jaħkem fuq il-popli kollha.

 

Ħa jfaħħru ismek, kbir u tal-biża’, *

għax hu qaddis u qawwi.

Int sultan li tħobb il-ġustizzja

u waqqaft is-sewwa; *

id-dritt u s-sewwa tagħmel ma’ Ġakobb.

 

Għollu bit-tifħir lill-Mulej Alla tagħna, *

inxteħtu quddiem mirfes riġlejh, għax hu qaddis!

 

Mosè u Aron fost il-qassisin tiegħu,

u Samwel fost dawk li jsejħu ismu, *

kienu jsejħu ‘l-Mulej, u hu jweġibhom.

F’kolonna ta’ sħab kien jitkellem magħhom; *

kienu jħarsu l-preċetti u l-liġi li tahom.

Mulej, Alla tagħna, inti smajthom;

int Alla li tagħder kont għalihom; *

iżda tħallast tal-imġiba ħażina tagħhom.

 

Għollu bit-tifħir lill-Mulej, Alla tagħna,

u nxteħtu quddiem l-għolja mqaddsa tiegħu; *

għax qaddis hu l-Mulej Alla tagħna!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Il-Mulej, imnissel sa minn qabel is-sebħ u sa minn dejjem, għoġbu jsir bniedem bħalna fi żmienna biex isalvana.

 

V.  Il-Verb sar bniedem, hallelujah.

R.  U għammar fostna, hallelujah.

 

LEZZJONI 1                                                                                                           Lh 2: 9-17

 

Qari mill-Ittra lil-Lhud.

 

Kristu sar jixbaħ lil ħutu f’kollox

 

Ħuti: Lil dak li, għal ftit taż-żmien, ġie magħmul ftit inqas mill-anġli, lil Ġesu’, aħna issa qegħdin narawh imżejjen bis-sebħ u l-ġieh minħabba l-mewt li hu bata, biex, għall-grazzja ta’ Alla, il-mewt li daq tkun għall-ġid ta’ kulħadd.

           

Għax kien jixraq li Alla, li għalih u bih sar kollox, waqt li jwassal ħafna wlied għas-sebħ, jagħmel li l-Awtur tas-salvazzjoni tagħhom ikun perfett bis-saħħa tat-tbatijiet.  Għax kemm dak li jqaddes, u kemm dawk li jiġu mqaddsin, ilkoll huma mill-istess wieħed.  U għalhekk Ġesu’ ma jistħix isejħilhom ħutu, billi jgħid: ”Inxandar ismek lil ħuti, f’nofs il-ġemgħa nfaħħrek.”  U wkoll: “Fih jiena nittama.”  U iżjed, “Hawn jien, jien u l-ulied li Alla tani.” 

           

Billi l-ulied għandhom l-istess demm u ġisem, Ġesu’ wkoll bl-istess mod sar bħalhom, biex b’mewtu jeqred is-setgħa ta’ dak li kellu l-mewt f’idejh, jiġifieri x-xitan, u jeħles lil dawk kollha li, minħabba fil-biża’ tal-mewt, kienu mjassrin għal għomorhom kollu.  Għax tabilħaqq, mhux lill-anġli jrid igħin, imma lil ulied Abraham.  Għalhekk kellu jkun jixbah lil ħutu f’kollox, biex ikun qassis ħanin u fidil f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla, u biex ipatti għal dnubiet tal-poplu. 

 

RESPONSORJU                                                                                                   Lq 1: 28

 

R. Hienja int, Verġni Marija, għax int sirt Omm il-Mulej li ħalaq id-dinja: * Nissilt lil dak li għamel lilek, u bqajt dejjem Verġni.

V. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. * Nissilt.

 

 

 

 

 

LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mill-Ittri tal-isqof Sant’Atanasju.

 

Il-Verb sar bniedem bħalna minn Marija

 

Il-Verb ta’ Alla, igħid l-Appostlu, mhux lill-anġli jrid igħin, imma lil ulied Abraham. Għalhekk kellu jkun jixbah lil ħutu f’kollox, u jsir bniedem bħalna. Kien għalhekk li hu għażel lil Marija, biex permezz tagħha jieħu ġisem bħal tagħna, ġisem li jkun tassew tiegħu, u hekk joffrih għalina. L-Iskrittura tirrakkonta kif Marija tatu t-twelid u fisqietu, tgħidilna li kien hemm min xandar b’hieni s-sider tagħha li reddgħu, u wara li ġabitu fid-dinja marret toffrih qisu b’sagrifiċċju.  L-anġlu Gabrijiel, meta wasslilha l-aħbar, tkellem bir-reqqa u bil-għaqal: ma qalilhiex li fik jitwieled, biex ħadd ma jaħseb li l-bneiedem li nisslet kien xi ħaġa barranija għaliha mqiegħda fiha, imma qalilha minnek jitwieled, biex kulħadd jemmen li dak li twieled kien tassew binha mnissel minnha.

           

Dan kollu sar hekk biex il-Verb jieħu n-natura tagħna, u joffriha b’sagrifiċċju bħala ħaġa kollha kemm hi tiegħu, ħalli mbagħad ilibbes lilna bin-natura tiegħu ta’ Alla, u b’hekk jagħti l-okkażjoni lill-Appostlu biex igħid li jinħtieġ li dan il-ġisem li jitħassar jilbes in-nuqqas ta’ taħsir, u li dan il-ġisem li jmut jilbes l-immortalita’.

           

Dawn il-ħwejjeġ ma sarux taparsi, kif ħasbu xi wħud. Le! Is-Salvatur tagħna sar bniedem tassew, u salva lill-bniedem kollu kemm hu. Anqas is-salvazzjoni tagħna ma hi xi ħaġa taparsi, jew tal-ġisem biss, imma hi tassew, u tal-bniedem kollu kemm hu, salvazzjoni sew tar-ruħ sew tal-ġisem, li ksibnieha bis-saħħa tal-Verb ta’ Alla.

L-Iben ta’ Marija twieled tassew b’natura ta’ bniedem, kif tgħidilna l-Iskrittura mqaddsa; il-ġisem tiegħu kien ġisem tassew; intenni ngħid, kien tassew, ladarba kien l-istess bħal tagħna. Għax Marija hi oħtna, u aħna lkoll ġejjin minn Adam.

           

Dan ried ifisser San Ġwann meta qal li l-Verb sar bniedem, kif nistgħu naraw ukoll mill-istess mod ta’ diskors li bih inqeda San Pawl meta qal li Kristu … sar hu nnifsu saħta għalina.  Imma l-ġisem tal-bniedem, bil-għaqda tiegħu mal-Verb, saritlu żjieda tal-għaġeb: jiġifieri, minn ġisem li jmut beda jsir ġisem mogħni bil-ħajja ta’ dejjem, u minn ġisem naturali beda jsir ġisem spiritwali; hu, li kien imsawwar mill-art, ra l-bibien tas-sema miftuħin għalih.

It-Trinita’ Qaddisa, imqar wara li l-Verb ħa l-ġisem u twieled minn Marija, baqgħet dejjem it-Trinita’ ta’ qabel kif kienet minn dejjem, li xejn ma jista’ jiżdied magħha jew jitnaqqas minnha.  Hija dejjem perfetta, u aħna nistqarru li t-tliet Persuni huma Alla wieħed; u dan hu li xxandar il-Knisja meta tgħid li Alla, Missier il-Verb, huwa wieħed.

 

RESPONSORJU                                                                                                      

 

R. Verġni qaddisa u bla tebgħa, int jistħoqqlok l-ogħla tifħir, * Għax ġibt fil-ġuf lil dak li anqas is-smewwiet ma jesgħuh.

V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Għax ġibt.

 

Lilek, O Alla, infaħħru

 

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta
' dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha,

lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini
*
            ixandruk bla heda:

Qaddis,
* Qaddis, * Qaddis *
            il-Mulej Alla tal-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija
*
            bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar
*
            il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar
*
            il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru * 

il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha
* il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta
' kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu,
* id-Difensur.

 


Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.  
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem,
*
            ma stmerrejtx tinżel f'ġuf ta' Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
*
            u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta
' Alla, *
            fis-sebħ tal-Missier.

Ahna nemmnu * 

li int għad terġa' tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
*
            li inti fdejt b'demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek
*
            fil-glorja ta' dejjem.

 

(+) Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
            bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom,
*
            erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-iehor
* aħna nberkuk:
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
  

u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum
*
            inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej,
* ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek,
*
            kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn:
*
            ma jkolli qatt għax ninfixel.

 

(+) Din l-aħħar taqsima tal-innu tista’ titħalla barra.

 

 

 

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Alla għamel lil Marija

bieb qaddis, b’kull grazzja mogħni,

            li magħluq, bħal dejjem baqa’

            għalkemm għadda s-Sultan minnu.

 

            L-Iben tal-Missier il-Għoli

            ħareġ mill-palazz tal-Verġni

            qisu ġgant, biex jifdi, u jibni

            lill-Għarusa tiegħu l-Knisja.

 

            Kristu, il-ġieh u l-ferħ ta’ Ommu,

            li fih qiegħda t-tama tagħna,

            huwa l-blata mill-muntanja,

            li ġiet timla l-art bil-grazzja.

 

            Ħa jithenna mela l-bniedem,

            għax is-Sid ħanin tal-ħlejjaq

            niżel fostna jsalva l-popli

            u f’imħabbtu jifdi d-dinja.

 

            Glorja ’l Kristu, li minn dejjem

            mill-Missier etern hu mnissel,

            u bil-qawwa tal-Ispirtu

            twieled bniedem minn Omm Verġni.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Ħarġet fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, minn Ġakob dehret tiegħla kewkba: il-Verġni nisslet is-Salvatur; infaħħruk, Alla tagħna.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Ant. 1  Ħarġet fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, minn Ġakob dehret tiegħla kewkba: il-Verġni nisslet is-Salvatur; infaħħruk, Alla tagħna.

 

Ant. 2  Marija ġiebet fid-dinja s-Salvatur tagħna, u Ġwanni, meta rah, għajjat u qal: Dan hi l-Ħaruf ta’ Alla, dan hu li jneħħi d-dnub tad-dinja, hallelujah.

 

                                                               Kantiku                                       Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Marija ġiebet fid-dinja s-Salvatur tagħna, u Ġwanni, meta rah, għajjat u qal: Dan hi l-Ħaruf ta’ Alla, dan hu li jneħħi d-dnub tad-dinja, hallelujah.

 

Ant. 3  L-omm nisslet is-Sultan, li ismu jdum għal dejjem; hija ġarrbet il-ferħ ta’ omm bla ma tilfet il-ġieh ta’ xebba; qatt ma dehret oħra bħalha, la qabel u lanqas wara, hallelujah.

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  L-omm nisslet is-Sultan, li ismu jdum għal dejjem; hija ġarrbet il-ferħ ta’ omm bla ma tilfet il-ġieh ta’ xebba; qatt ma dehret oħra bħalha, la qabel u lanqas wara, hallelujah.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        Mik 5: 2.3.4a

 

Is-Sultan ta’ Iżrael jitlaq lil niesu weħidhom sa ma lil dik li se teħles titwildilha t-tarbija; imbagħad il-bqija ta’ ħutu jerġgħu lura fost ulied Iżrael.  U hu joqgħod jirgħa l-merħla tiegħu bil-qawwa tal-Mulej Alla tiegħu. U dan ikun is-sliem.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu, * Hallelujah, hallelujah. Għarraf.

V. F’għajnejn il-ġnus wera l-ġustizza tiegħu. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. Għarraf.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Illum għarafna l-misteru tal-għaġeb li sar f’żewġ naturi: Alla sar bniedem; hu baqa’ dak li kien minn dejjem, u ħa s-sura tagħna, li ma kellux, bla ebda taħlit jew qsim.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Illum għarafna l-misteru tal-għaġeb li sar f’żewġ naturi: Alla sar bniedem; hu baqa’ dak li kien minn dejjem, u ħa s-sura tagħna, li ma kellux, bla ebda taħlit jew qsim.

 

PREĊI

 

Nagħtu glorja lil Kristu, li twieled minn Marija Verġni bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Nitolbuh minn qalbna u ngħidulu:

            Kristu, Bin Marija Verġni, ħenn għalina.

Kristu, li twelidt minn Marija Verġni, int l-Iben tal-għaġeb u l-prinċep tas-sliem:

-         agħti paċi soda lid-dinja kollha.

Sultan u Alla tagħna, il-miġja tiegħek fostna mlietna bil-ġieh:

-         agħmel li dejjem nagħtuk ġieh bil-fidi u l-ħajja tagħna.

Int ridt tkun tixbah lilna:

-         fil-ħniena tiegħek agħtina li nkunu nixbħu lilek.

Int għoġbok issir ċittadin tad-dinja tagħna:

-         agħmilna ċittadini tas-saltna tiegħek.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

 

 

It-Talb ta’ nofs il-jum

 

 

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

 

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Spirtu s-Santu, li int Alla

wieħed mal-Missier u l-Iben,

ejja xxerred ġewwa fina,

ħalli bik ikoll timliena.

 

Bi kliem fommna, b’qalbna u ruħna,

nerfgħu lejk it-tifħir tagħna;

int kebbisna b’nar imħabbtek,

u nxerrduh fl-oħrajn madwarna.

 

Kun id-dawl li jtina l-għarfa

tal-Missier u l-Iben tagħna

żomm qawwija l-fidi tagħna

fik, l-Ispirtu li ġej minnhom.  Ammen

 

Ant. Ġużeppi u Marija, Omm Ġesù, baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu.

 

 

 

 

Salm 119 (120)

Ix-xewqa tal-paċi

 

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

 

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *

u hu weġibni.

 

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *

u mill-ilsna qarrieqa.

X'se tieħu b'dan, u x'se jiswielek, *

ilsien qarrieq?

Vleġeġ misnuna ta' wieħed b'saħħtu, *

u ġamar tal-ġummar.

Imsejken jien, li ngħix barrani f'Mesek; *

li ngħammar fl-għerejjex ta' Kedar!

Ili ngħix biżżejjed *

ma' dawk li jobogħdu s-sliem.

Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *

insibhom lesti għall-ġlied.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 120 (121)

Il-Mulej iħares il-poplu

 

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

 

Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; *

mnejn se tiġini l-għajnuna?

Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *

ma jongħosx dak li jħarsek.

Ara, la jongħos u lanqas jorqod *

dak li jħares lil Iżrael.

 

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *

anqas il-qamar billejl.

 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *

hu jħarislek ħajtek.

Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *

minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 128

Il-poplu fil-hemm iġedded it-tama

 

Il-Knisja tgħid x’qiegħda ġġarrab (S. Wistin)

 

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *

- ħa jgħid hekk Iżrael -

ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *

            imma ma rnexxilhomx jegħelbuni.

Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *

            raddiet twal bis-swat għamluli.

Imma ġust hu l-Mulej, *

            u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

 

Ħa jinfixlu u jmorru lura *

            dawk kollha li jobgħodu ‘l Sijon.

Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, *

            li jinxef qabel ma jikber,

li bih il-ħassad ma jimliex idu, *

            anqas ħadd jorbtu f’qatet quddiemu.

 

U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †

            “Il-Barka ta’ Alla fuqkom!  *

            Inberkukom f’isem il-Mulej!”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Ġużeppi u Marija, Omm Ġesù, baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      Sof 3: 14. 15b

 

Għajjat bil-ferħ ta’ qalbek, bint Sijon, infexx fl-hena u ifraħ b’qalbek kollha, bint Ġerusalemm! Is-Sultan ta’ Iżrael, il-Mulej, hu f’nofsok.

 

V. Il-Mulej ftakar fit-tjieba u l-fedeltà tiegħu, hallelujah.

R. Mal-poplu ta’ Iżrael, hallelujah.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesù Kristu Sidna. Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

F’Nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Mexxej qawwi, Alla veru,

            inti kollox tqassam sewwa:

            jisbaħ jum, tagħnih bid-dija;

            f’nofsu żżejnu b’dawl iħeġġeġ.

            Iżda itfi l-għadab fina,

            taffi s-sħana ta’ kull deni,

            agħti s-saħħa ’l min hu dgħajjef,

            ġib is-sliem tassew fi qlubna:

 

            Isma’ talbna, Missier twajjeb,

            w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

            li ta’ dejjem hi saltnatkom

            mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen

 

Ant. Marija baqgħet iżżomm f’qalbha dan kollu u kienet toqgħod taħseb fuqu bejnha u bejn ruħha.

 

Salm 122 (123)

Il-Mulej it-tama tal-poplu

 

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

 

Lejk nerfa' għajnejja, *

int li tgħammar fis-smewwiet.

 

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *

bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;

hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *

sa ma jkollu ħniena minna.

 

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *

għax mitmugħa sax-xaba' bit-tagħjir.

Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *

biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

 

 

Salm 123 (124)

Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

 

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

 

Li ma kienx il-Mulej magħna *

            – ħa jgħid hekk Iżrael –

li ma kienx il-Mulej magħna, *

meta qamu għalina n-nies,

ħajjin kienu jibilgħuna, *

meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

 

L-ilma kien jgħarraqna, *

il-wied kien jgħaddi minn fuqna;

minn fuqna kien jgħaddi *

mewġ ta' ilma qawwi.

 

Imbierek il-Mulej, *

li ma telaqniex priża għal snienhom.

Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *

Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

 

L-għajnuna tagħna f'isem il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 124 (125)

Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

 

ls-sliem fuq Iżrael ta Alla (Gal 6,16).

 

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta' Sijon, *

li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.

Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *

hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,

minn issa u għal dejjem.

Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena

fuq l-art, wirt il-ġusti, *

biex ma jiġrix li l-ġusti

jmiddu jdejhom għall-ħażen.

 

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *

u lil dawk ta' qalbhom safja.

Imma 'l dawk li jgħawwġu triqthom †

jitlaqhom il-Mulej ma' dawk li jagħmlu l-ħażen.

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Marija baqgħet iżżomm f’qalbha dan kollu u kienet toqgħod taħseb fuqu bejnha u bejn ruħha.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Żakk 9: 9a

 

Imtela bl-hena, bint Sijon; għajjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm! Ara, is-Sultan tiegħek ġej għandek, il-Ġust u s-Salvatur.

 

V. L-art kollha, minn tarf għall-ieħor, hallelujah.

R. Rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna, hallelujah.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesù Kristu Sidna. Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

 

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

 

INNU

 

Alla, int, li fik innifsek

            m’hemmx tibdil, lill-ħlejjaq trieġi:

            lil kull siegħa tal-ġurnata

            tqis id-dawl li jkun imissha.

 

            Ibagħatilna lejla tajba,

            fejn il-ħajja qatt ma tonqos,

            imma tersaq lejn il-glorja,

            li tkun ħlas ta’ mewt qaddisa.

 

            Isma’ talbna, Missier twajjeb,

            w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

            li ta’ dejjem hi saltnatkom

            mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen.

 

Ant. Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek, li int ħejjejt għall-popli kollha.

 

Salm 125 (126)

Ferħ u hena fil-Mulej

 

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

 

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imjassra ta' Sijon, *

konna qisna mitlufa f'ħolma;

mbagħad bid-daħk imtela fommna, *

u bl-għajat ta' ferħ ilsienna.

Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *

"Kbir f'għemilu l-Mulej magħhom!"

Kbir f'għemilu l-Mulej magħna! *

U aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Biddel, Mulej, xortina, *

bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *

jaħsdu bl-għana ta' ferħ.

 

Huma u sejrin, imorru jibku, *

jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.

Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b'għana ta' ferħ, *

iġorru l-qatet f'idejhom.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 130

Tama sħiħa fil-Mulej

 

Tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli (Mt 11, 29).

 

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *

            anqas ma ntrefgħu għajnejja;

jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *

            jew wara ħwejjeġ ogħla minni.

 

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ, *

            bħal tarbija f’ħoġor ommha;

bħal tarbija miftuma, *

            hekk hi ruħi ġewwa fija.

 

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *

            minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Salm 127 (128)

Is-sliem tad-dar fil-Mulej

 

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

 

 

Hieni kull min jibża' mill-Mulej, *

kull min jimxi fit-triqat tiegħu!

Mix-xogħol ta' idejk inti tiekol; *

hieni int, u riżqek tajjeb!

Martek tkun bħal dielja għammiela *

            fl-irkejjen ta' darek;

uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *

madwar il-mejda tiegħek.

 

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *

li jibża' mill-Mulej!

Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *

Jalla tara l-ġid ta' Ġerusalemm tul ħajtek kollha!

Jalla tara wlied uliedek! *

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek, li int ħejjejt għall-popli kollha.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Bar 5: 3-4

 

Ġerusalemm, Alla għad juri ġmielek lill-ħlejjaq kollha taħt is-sema; Alla għad isejjaħlek bl-isem ta’ Sliem tal-ġustizzja u sebħ tal-qima ta’ Alla.

 

V. It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu, hallelujah.

R. Il-ġustizzja u s-sliem jitbewwsu, hallelujah.

 

 

 

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesù Kristu Sidna. Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Min qalb Missieru tnissel,

            fil-bidu, sa mid-dwien;

            hu l-Alfa, hu l-Omega,

            hu waħdu l-bidu u t-tmiem

            ta’ kull ma sar, fl-imgħoddi,

            illum, jew ’il quddiem.

 

            Sar bniedem, u ħa s-sura

            tal-ġisem fqir li jmut,

            biex jifdi ’l min fil-jasar

            kien ilu wisq mixħut,

            u jneħħi l-mewt li daħħal

            Adam bid-dnub misħut.

 

            L-Omm Verġni mbierka ġiebet

            fid-dinja l-frott misjur

            bil-qawwa tal-Ispirtu,

            lil Kristu s-Salvatur

            tal-poplu l-ġdid li kiseb,

            minn kullimkien miġbur.

 

            Dan hu l-Messija mwiegħed

            fil-bidu tal-ġrajjiet;

            il-patrijarki saħħu

            tamietu f’qalb l-ulied;

            u tħabbar mill-profeti

            matul iż-żminijiet.

           

Tifħir u glorja u barka

’l Alla, il-Missier ħanin;

lil Ibnu, li mill-Verġni

sar bniedem għall-bnedmin;

u lill-Ispirtu s-Santu,

li jżommna mal-ħajjin. Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  X’bidla tal-għaġeb! Il-Ħallieq tal-bnedmin ħa ġisem ħaj u twieled minn Marija Verġni; sar bniedem bħalna biex jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.      

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  X’bidla tal-għaġeb! Il-Ħallieq tal-bnedmin ħa ġisem ħaj u twieled minn Marija Verġni; sar bniedem bħalna biex jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.      

 

Ant. 2  Bit-twelid tiegħek tal-għaġeb minn Marija Verġni seħħet l-Iskrittura: inżilt bħal xita fuq ir-raba’ bil-għatx, biex issalva l-bnedmin. Tkun imfaħħar, Alla tagħna!

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Bit-twelid tiegħek tal-għaġeb minn Marija Verġni seħħet l-Iskrittura: inżilt bħal xita fuq ir-raba’ bil-għatx, biex issalva l-bnedmin. Tkun imfaħħar, Alla tagħna!

 

Ant. 3 Bħalma l-għollieq, li ra Mose,’ ma nħaraqx bin-nar, hekk baqgħet bla mittiefsa xbubitek, Omm Alla! Itlob għalina.

 

                                                                     Kantiku                                             Ef 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Bħalma l-għollieq, li ra Mose,’ ma nħaraqx bin-nar, hekk baqgħet bla mittiefsa xbubitek, Omm Alla! Itlob għalina.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Gal 4: 4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Il-Verb sar bniedem, * Hallelujah, hallelujah. Il-Verb.

V.  U għammar fostna. * Hallelujah, hallejujah. Glorja. Il-Verb.  

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt, Kristu, Sid u Salvatur tad-dinja, hallelujah.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt, Kristu, Sid u Salvatur tad-dinja, hallelujah.

 

PREĊI

 

Kristu huwa l-Għimmanu-El, imnissel u mwieled minn Xebba. Inberkuh, u fiċ-

ċokon tagħna ngħidulu:

            Kristu, Bin Marija Verġni, ismagħna.

Int kont il-hena ta’ Marija li bik saret omm:

-         agħmel li l-ulied ikun l-ferħ xieraq tal-ġenituri tagħhom.

Inti s-Sultan tas-sliem, fuq saltna ta’ ġustizzja u paċi:

-         għinna nħabirku għall-paċi tad-dinja.

Int ġejt tagħmel lill-bnedmin kollha l-poplu qaddis ta’ Alla:

-         għaqqad il-ġnus kollha qalb waħda u fehma waħda bejniethom.

Int, bit-twelid tiegħek saħħaħt ir-rabta’ tal-familja:

-         agħmel li kull familja titwettaq fil-għaqda.

Int għoġbok titwieled f’din id-dinja tagħna:

-         agħti lil ħutna l-mejtin twelid fis-sema tiegħek.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

2 TA’ FRAR

 

Festa ta

IL-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ

 

L-I Għasar

 

Jekk din il-festa taħbat il-Ħadd ikollha l-I Għasar ...

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Fl-imgħoddi l-ġemgħa mqaddsa tal-profeti

            ħabbritu, imnebbħa mill-Ispirtu s-Santu;

            u dak li ħabbru seħħ tassew, kif twiegħed,

                        f’Marija, Omm Alla.

           

            Verġni x’ħin nisslet, verġni meta wildet

            lil Alla tas-smewwiet u Sid il-ħlejjaq,

            u baqgħet dejjem verġni bla mittiefsa

                        wara twelidu.

 

 

            Ix-xwejjaħ Xmun il-ġust fit-tempju t’Alla

            ħadu f’dirgħajh, u b’ferħ qaddis imtela,

            għax ra b’għajnejh lil Kristu, id-dawl tal-popli

                        u s-sebħ ta’ ġensu.

 

            Omm is-Sultan ta’ dejjem, Verġni mbierka,

            agħti, Marija, widen għat-talb tagħna:

            lejk nersqu biex issawwab fuqna d-doni

                        tad-dawl ta’ Ibnek.

 

            Int, Kristu, dawl ħanin tal-Missier għoli,

            li ġejt tgħarrafna bil-misteri tiegħu,

            wassalna ħdejk, biex it-tifħir ngħannulek

                        fid-dawl ta’ dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Il-ġenituri ta’ Ġesu’ ħadu ‘l binhom Ġeresalemm biex jippreżentawh lill-Mulej.

 

Salm 112

 

Faħħru, qaddejja tal-Mulej, *

faħħru isem il-Mulej.

Ikun imbierek isem il-Mulej, *

minn issa u għal dejjem.

 

Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha *

            ikun imfaħħar isem il-Mulej!

Għoli fuq il-ġnus kollha l-Mulej, *

            ogħla mis-smewwiet hu sebħu.

Min hu bħal Mulej, Alla tagħna,

            li qiegħed fil-għoli? *

            Hu li jħares ’l isfel, lejn is-smewwiet

                        u lejn l-art.

 

 

Hu li jqajjem mit-trab l-imsejken, *

            u jerfa’ mill-miżbla l-fqajjar,

biex mal-kbarat iqiegħdu, *

            mal-kbarat tal-poplu tiegħu.

Il-mara bla wlied iqegħedha f’darha, *

jagħmilha omm ferħana b’uliedha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Il-ġenituri ta’ Ġesu’ ħadu ‘l binhom Ġeresalemm biex jippreżentawh lill-Mulej.

 

Ant. 2 Żejjen għamartek, Sijon, u ilqa’ lil Kristu s-Sultan.

 

Salm 147

 

Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; *

faħħar ‘l Alla tiegħek, Sijon!

 

Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, *

u jbierek ġewwa fik ‘l uliedek.

Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, *

u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.

Hu jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu;  *

bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.

 

Jibgħat is-silġ bħas-suf; *

ixerred bħar-rmied il-ġlata,

Jitfa’ s-silġ bħall-frak tal-ħobż; *

u jagħqad l-ilma bil-kesħa tiegħu.

Isemma’ kelmtu, u jinħall is-silġ, *

jonfoħ ir-riħ tiegħu, u jiġri l-ilma!

 

Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb, *

il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.

Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; *

lil ħadd ma għarraf id-digrieti tiegħu.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Żejjen għamartek, Sijon, u ilqa’ lil Kristu s-Sultan.

 

Ant. 3 Hieni int, Xmun il-ġust, għax inti lqajt lil Kristu l-Mulej, li ħeles il-poplu tiegħu.

 

Kantiku                                             Fil 2: 6-11

 

Ġesù Kristu, li kellu n-natura ta’ Alla, *

ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,

imma tneżża’ minn kollox, *

billi ħa n-natura ta’ lsir,

sar jixbah lill-bniedem *

u deher minn barra bħal bniedem:

ċekken lilu nnifsu, †

billi obda sal-mewt, *

anzi sal-mewt tas-salib.

 

Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet, *

u żejnu bl-Isem li hu fuq kull isem,

biex fl-Isem ta’ Ġesu’ †

fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art, *

il-ħlejjaq kollha jinżlu għarkobbtejhom,

u kull ilsien jistqarr:

“Ġesu’ Kristu hu l-Mulej *

għall-glorja ta’ Alla l-Missier.”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Hieni int, Xmun il-ġust, għax inti lqajt lil Kristu l-Mulej, li ħeles il-poplu tiegħu.

 

 

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Lhud 10: 5-7

 

Kristu, meta daħal fid-dinja, qal: Sagrifiċċju u offerta int ma ridtx, imma ġisem int ħejjejt għalija; vittmi maħruqa u vittmi għad-dnubiet lilek ma għoġbukx. Jien imbagħad għidt: Hawn jien, ġejt, biex nagħmel ir-rieda tiegħek, o Alla, kif hemm miktub fuqi.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Il-Mulej għarraf * Is-salvazzjoni tiegħu. Il-Mulej.

V. Li hu ħejja għall-popli kollha, * Is-salvazzjoni tiegħu. Glorja. Il-Mulej.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Ix-xwejjaħ ħa t-tifel fuq dirgħajh, iżda dan kien imexxi lix-xwejjaħ, it-tifel li twieled minn xebba li baqgħet verġni wara twelidu, ġibitu fid-dinja u aduratu.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Ix-xwejjaħ ħa t-tifel fuq dirgħajh, iżda dan kien imexxi lix-xwejjaħ, it-tifel li twieled minn xebba li baqgħet verġni wara twelidu, ġibitu fid-dinja u aduratu.

 

PREĊI

 

Naduraw is-Salvatur tagħna ippreżentat fit-tempju, u b’ħerqa kbira nitolbuh u

            ngħidulu:

            Ħa jaraw għajnejja s-salvazzjoni tiegħek.

Kristu, Salvatur tagħna, inti d-dawl li ddawwal il-ġnus:

-         dawwal lil dawk li għadhom ma għarfukx, biex huma wkoll jemmnu li inti d-dawl li ddawwal il-ġnus.

Feddej tagħna, inti l-glorja tal-poplu tiegħek Iżrael:

-         igglorifika l-Knisja tiegħek fost il-ġnus.

Ġesu’, xewqa tal-ġnus kollha, Xmun il-ġust ra b’għajnejh is-salvazzjoni tiegħek:

-         agħmel li l-bnedmin kollha jsalvaw bik.

Mulej, fil-preżentazzjoni tiegħek Xmun ħabbar sejf it-tbatija lil ommok:

-         qawwi lil dawk li jsofru t-taħbit fis-servizz tiegħek.

Kristu, hena tal-qaddisin, int temmejt ix-xewqa mħeġġa ta’ Xmun għax ħallejtu

jarak qabel ma miet:

-         uri lilek innifsek għal dejjem lil dawk li wara mewthom jixxennqu d-dehra tiegħek.

 

Missierna, eċċ.

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, illum Ibnek il-waħdieni kien ippreżentat fit-tempju fis-sura ta’ bniedem bħalna; fiċ-ċokon tagħna nitolbu l-kobor tiegħek biex aħna wkoll inkunu ippreżentati quddiemek b’ruħna safja.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant.  Il-Mulej Sidna ġej fit-tempju mqaddes tiegħu: ejjew nadurawh.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Il-Mulej Sidna ġej fit-tempju mqaddes tiegħu: ejjew nadurawh.

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Il-Mulej Sidna ġej fit-tempju mqaddes tiegħu: ejjew nadurawh.


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Il-Mulej Sidna ġej fit-tempju mqaddes tiegħu: ejjew nadurawh.

 


Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Il-Mulej Sidna ġej fit-tempju mqaddes tiegħu: ejjew nadurawh.


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant.  Il-Mulej Sidna ġej fit-tempju mqaddes tiegħu: ejjew nadurawh.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Il-Mulej Sidna ġej fit-tempju mqaddes tiegħu: ejjew nadurawh.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

            Il-Verb, li f’dar Missieru jmexxi l-anġli,

li b’għerfu s-sema u l-art u l-ibħra ssawru,

            għoġbu jiċċekken, jinżel fostna u joqgħod

            għal-liġi mqaddsa minn Mose’ mogħtija.

 

 

            Marija, l-Omm bla tebgħa, ħaddnet magħha,

            lill-bniedem-Alla mwieled binha veru,

            u bih f’dirgħajha ħaffet lejn it-tempju

            biex hemm tippreżentah quddiem Missieru.

 

            Hu d-dawl tal-ġnus, is-sebħ tal-poplu t’Alla;

            iġib il-waqgħa w il-qawmien ta’ ħafna;

            huwa sinjal li n-nies tmerih jew tilqgħu,

            sa ma jinkixfu l-ħsibijiet moħbija.

 

            B’għanjiet ta’ glorja lill-Missier infaħħru,

            kull ġieh u setgħa lill-Waħdieni tiegħu,

            il-ħajr u l-qawwa lill-Ispirtu s-Santu,

            it-Trinta’ ta’ dejjem, Alla wieħed. Ammen.

 

            Jew  Fl-imgħoddi, mit-I Għasar

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael.

 

Salm 2

 

Għaliex jixxewxu l-ġnus, *

            u l-popli jreddnu għal xejn?

Is-slaten tal-art iqumu,

            u l-kbarat jiftiehmu bejniethom *

            kontra l-Mulej u l-Midluk tiegħu:

“Ħa nkissru l-ktajjen tagħhom, *

            u ntajru minn fuqna l-irbit tagħhom!”

 

Dak li hu fis-smewwiet jidħak bihom, *

            il-Mulej biċ-ċajt joħodhom.

Imbagħad ikellimhom bil-herra, *

            bil-qilla tiegħu jkexkixhom:

“Għax jien għamiltu s-sultan tiegħi, *

            fuq Sijon, il-għolja mqaddsa tiegħi!”

Irrid inxandar id-digrieti tal-Mulej; *

            Hu qalli: ‘Ibni int, jien illum nissiltek.

Itlobni, u l-ġnus nagħtik b’wirtek, *

            u truf l-art bi priża tiegħek.

B’virga tal-ħadid int tkissirhom, *

            bħal ġarra tal-fuħħar frak tagħmilhom.”

 

U issa, slaten, ifhmu sewwa; *

            twiddbu, intom li taħkmu l-art.

Aqdu lil-Mulej bil-biża’, *

            u bir-rogħda riġlejh busu,

li ma jagħdabx u intom tinqerdu, *

            għax malajr tixgħel il-qilla tiegħu.

Hienja dawk kollha *

            li jistkennu fih!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael.

 

Ant. 2  Qum! Ħa jiddi wiċċek, Ġerusalem! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!

 

Salm 18A

 

Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla, *

għemil idejh tħabbar il-firxa tas-sema.

Jum lill-ieħor jagħti l-aħbar, *

lejl lill-ieħor iwassal it-tagħrif.

 

Ma hemmx aħbar u anqas kliem, *

ma hemmx leħen li ma jinstemax.

Mal-art kollha jasal leħinhom, *

mad-dinja kollha jinxtered kliemhom.

 

Lix-xemx għamlilha għarix fihom;

u hi, bħal għarus ħiereġ minn kamartu, *

ferħana bħal ġgant għall-ġirja tagħha,

minn tarf is-smewwiet hi toħroġ,

sat-truf l-oħra d-dawran tagħha; *

xejn ma jinħeba mis-sħana tagħha.

           

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Qum! Ħa jiddi wiċċek, Ġerusalem! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!

 

Ant. 3  Ifraħ u ithenna, Sijon il-ġdida: ara, ġej is-Sultan tiegħek ta’ qalb ħelwa biex isalva l-poplu tiegħu.

 

Salm 44

 

Qalbi tfawwar bi kliem sabiħ;

            ngħanni l-għanja tiegħi lis-sultan; *

            ilsieni pinna ta’ kittieb ħafif.

 

Int l-isbaħ fost ulied il-bnedmin,

            imsawba l-ħlewwa fuq xofftejk; *

            għalhekk bierkek Alla għal dejjem.

 

Tħażżem, qalbieni, b’sejfek fuq ġenbek; *

            ilbes il-ġieh u l-ġmiel tiegħek!

Irkeb għar-rebħa tas-sewwa u l-ħaqq; *

            turik lemintek ħwejjeġ tal-għaġeb!

Il-vleġeġ tiegħek jinfdu,

            taħtek jaqgħu l-popli; *

            jaqtgħu qalbhom l-għedewwa tas-sultan.

It-tron tiegħek, Alla, għal dejjem ta’ dejjem, *

            xettru tas-sewwa hu x-xettru ta’ saltnatek!

Int tħobb il-ġustizzja u tobgħod il-ħażen: *

            għalhekk dilkek Alla, Alla tiegħek,

                        b’żejt il-hena aktar minn sħabek.

 

 

Bil-mirra u s-sabbara u l-kassja,

                        kollha fwieħa lbiesek. *

            Mill-palazzi tal-avorju jferrħek id-daqq tal-kordi.

Bniet is-slaten joħorġu jilqgħuk; *

            f’lemintek is-sultana mżejna b’deheb ta’ Ofir.

 

Isma’, binti, ħares u agħti widen, *

            insa ’l ġensek u ’l dar missierek.

Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek; *

            u int, għax hu sidek, agħtih qima.

In-nies ta’ Tir bir-rigali jiġu, *

            il-kbarat ifittxu l-favuri tiegħek.

 

Kollha ġmiel bint is-sultan bil-ġawhar, *

            minsuġ bid-deheb ilbiesha.

Għand is-sultan jeħduha bix-xbejbiet warajha, *

            it-tfajliet li jingħatawlha bi sħabha.

Jittieħdu b’għajjat ta’ ferħ u hena; *

            jidħlu fil-palazz tas-sultan.

 

Flok missierijietek jilħqu wliedek; *

            inti tqegħidhom kapijiet fuq l-art kollha.

Infakkar ismek minn nisel għal nisel; *

            Ifaħħruk il-popli għal dejjem ta’ dejjem!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Ifraħ u ithenna, Sijon il-ġdida: ara, ġej is-Sultan tiegħek ta’ qalb ħelwa biex isalva l-poplu tiegħu.

 

V.  Naħsbu, o Alla, fuq it-tjieba tiegħek.

R.  F’nofs it-tempju tiegħek.

 

 

 

 

 

LEZZJONI 1                                                                                               Es 13: 1-3a, 11-16

 

Qari mil-Ktieb tal-Esodu.

 

Il-Konsagrazzjoni tal-kbir fost l-ulied

 

F’dawk  il-jiem: il-Mulej qal lil Mose’: ‘’Qaddisli kull ma jitwieled l-ewwel fost ulied Iżrael, sew tal-bnedmin u sew tal-bhejjem: għax kollox hu tiegħi.‘’

           

U Mose’ qal lill-poplu: ‘’Il-Mulej iġibek fl-art tal-Kangħanin kif ħalef lilek u lil missierijietek, u jagħtihilek, u int twarrab għall-Mulej kull ma jitwieled l-ewwel.  Il-frieħ ta’ kull ħmar tifdih b’ħaruf, u jekk ma tifdihx, tiksirlu għonqu.  Inti tifdi kull l-ewwel iben. 

           

U jekk ‘il quddiem ibnek għad jistaqsik: ‘X’ifisser dan ?’ int tgħidlu : ‘Il-Mulej ħariġna mill-Eġittu, mill-art tal-jasar, bil-qawwa ta’ dirgħajh.  U meta l-Fargħun b’xejn ma ried jitlaqna, il-Mulej qatel kull imwieled l-ewwel fl-art tal-Eġittu, l-imwieled l-ewwel sew tal-bnedmin, sew tal-bhejjem.  Għalhekk jien noffri b’sagrifiċċju lill-Mulej kull raġel li jitwieled l-ewwel, u kull l-ewwel wild ta’ wliedi nifdih!’  U dak ikun b’sinjal fuq idek u mdendel bejn għajnejk ; għaliex il-Mulej bil-qawwa ta’ driegħu ħarġek mill-art tal-Eġittu.’ 

 

RESPONSORJU                                                                                                  

 

R. Żejjen għamartek, Sijon, u ilqa’ lil Kristu s-sultan, * It-tifel li tnissel fi ħdan xebba, twieled minnha, u hi aduratu wara li ġibitu fid-dinja.

V. Ix-xwejjaħ ħa t-tifel fuq dirgħajh, radd il-ħajr u bierek il-Mulej. * It-tifel li tnissel fi ħdan xebba.

 

LEZZJONI II                             

                                                                     

Qari mid-Diskorsi tal-isqof San Sofronju.

 

Nilqgħu d-dawl dejjem jiddi

 

Noħorġu lkoll biex nilqgħu lill-Iben t’Alla, aħna li b’tjieba kbira nagħtu qima u ġieh lill-misteru tiegħu.  Immorru bil-qalb kollha lkoll kemm aħna.  Ma għandu jkun hemm ħadd li ma jieħux sehem magħna f’din il-laqgħa, ħadd li ma jġibx miegħu d-dawl mixgħul f’idejh.

           

Nieħdu magħna x-xemgħat jiddu, biex nuru d-dija divina ta’ Dak li riesaq lejna, Dak li bih jiddawwal kollox, li jkeċċi l-kruha tad-dlamijiet u jimla kollox bid-dawl tiegħu ta’ dejjem; nieħdu magħna x-xemgħat, l-iżjed biex nuru d-dija spiritwali li jinħtieġilna biex immorru nilqgħu lil Kristu.

           

Omm Alla , il-Verġni bla mittiefsa, refgħet fuq dirgħajha lil Dak li hu d-dawl tassew u marret bih għand dawk li kienu jinsabu fid-dlamijiet; hekk aħna, imdawlin bid-dija tiegħu, nieħdu f’idejna d-dawl li jista’ jarah kulħadd, u mmorru bil-għaġla biex nilqgħu lil Dak li hu d-dawl tassew.

           

Għax tassew, id-dawl ġie fid-dinja, li kienet kollha kemm hi fid-dlam, u hu dawwalha; hu ġie jżurna mill-għoli bħax-xemx tiegħla, u idda lil dawk li kienu fid-dlamijiet.  Dan hu l-misteru li qegħdin niċċelebraw illum.  Aħna għalhekk immorru bix-xemgħat f’idejna, għalhekk nieħdu magħna d-dawl u nħaffu, u kemm biex nuru li diġa’ rċevejna d-dawl, kif ukoll biex infissru dik id-dija li għad tiddi fuqna.  Mela noħorġu flimkien, immorru lkoll nilqgħu lil Alla.

           

Ġie Dak li hu d-Dawl tassew, li jdawwal kull bniedem li jiġi fid-dinja. Mela niddawlu lkoll, ħuti; ħa niddu lkoll.

           

Ħadd minna ma għandu jibqa’ mingħajr din id-dija, ħadd ma għandu joqgħod mistur fid-dalma tal-lejl; imma noħorġu kollna niddu, immorru mdawla lkoll flimkien, u flimkien max-xwejjaħ Xmun nilqgħu dak id-dawl dejjem jiddi; u b’ruħna ferħana nkantaw innijiet ta’ radd il-ħajr lill-Missier id-dawl, li bagħtilna d-dawl veru biex ikeċċi d-dlam minna u jdawwalna lkoll.

           

Permezz tiegħu, aħna wkoll rajna s-salvazzjoni t’Alla, li l-Missier ħejja għall-popli kollha u wrihielna għall-glorja tagħna, Iżrael il-ġdid; għax kif Kristu wera ruħu lil Xmun, minnufih ħallna mill-irbit ta’ din il-ħajja, jiġifieri minn dik il-ħtija qadima li kienet ilha żżommna fid-dlam.

           

Aħna wkoll, bil-fidi tagħna, ħaddanna lil Kristu li ġie għandna minn Betlehem.  Hu, is-Salvatur mibgħut lilna minn Alla l-Missier, sejħilna minn fost il-ġnus u għamilna l-poplu t’Alla; u aħna rajna b’għajnejna lil Alla magħmul bniedem, rajna lil Alla magħna u lqajnieh fid-dirgħajn ta’ ruħna.  U għalhekk aħna, li nissejħu Iżrael il-ġdid, ta’ kull sena nagħmlu festa biex niċċelebraw din il-preżenza t’Alla fostna u ma ninsewha qatt.

 

RESPONSORJU                                                                                                      

 

R. Is-sebħ tal-Mulej daħal fit-tempju mill-bieb li jagħti għan-naħa tal-lvant, * U t-tempju mtela bis-sebħ tal-Mulej.

V. Il-ġenituri ġiebu lit-tfajjel Ġesu’ fit-tempju. * U t-tempju.

 

Lilek, O Alla, infaħħru

 

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta
' dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha,

lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini
*
            ixandruk bla heda:

Qaddis,
* Qaddis, * Qaddis *
            il-Mulej Alla tal-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija
*
            bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar
*
            il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar
*
            il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru * 

il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha
* il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta
' kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu,
* id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.  
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem,
*
            ma stmerrejtx tinżel f'ġuf ta' Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
*
            u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta
' Alla, *
            fis-sebħ tal-Missier.

Ahna nemmnu * 

li int għad terġa' tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
*
            li inti fdejt b'demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek
*
            fil-glorja ta' dejjem.

 

(+) Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
            bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom,
*
            erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-iehor
* aħna nberkuk:
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
  

u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum
*
            inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej,
* ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek,
*
            kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn:
*
            ma jkolli qatt għax ninfixel.

 

(+) Din l-aħħar taqsima tal-innu tista’ titħalla barra.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, illum Ibnek il-waħdieni kien ippreżentat fit-tempju fis-sura ta’ bniedem bħalna; fiċ-ċokon tagħna nitolbu l-kobor tiegħek biex aħna wkoll inkunu ippreżentati quddiemek b’ruħna safja.  B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Żejjen darek, Sijon, ifraħ

            bil-Mulej li kont tistenna;

            bil-musbieħ mixgħul mur ilqa’

            lill-Għarus u l-Verġni Ommu.

 

            Ħaffef, xwejjaħ ġust, biex terfa’

            fuq dirgħajk il-wegħda hienja;

            uri d-Dawl li ġie fid-dinja

            biex idawwal il-ġnus kollha.

 

            Ġewwa t-tempju l-ġenituri

            joffru ‘l Kristu, it-tempju t’Alla;

            hu ma kienx marbut bil-liġi,

            iżda qagħad għaliha f’kollox.

 

            Omm qaddisa, offri t-tfajjel,

            l-Iben tal-Missier u tiegħek:

            huwa l-prezz tal-fidwa tagħna,

            li bih noffru lilna nfusna.

 

            Ejja, Verġni, bint is-slaten,

            ressaq ‘l Ibnek bħala vittma

            fuq l-altar tas-sagrifiċċju,

            salvazzjoni u ferħ tad-dinja.

 

            Glorja lilek, Kristu Sidna,

            li lill-ġnus ridt turi ruħek;

            mal-Missier u mal-Ispirtu

            ġieh jintraddlek, issa u dejjem.  Ammen.

Ant. 1  Xmun, raġel ġust u tajjeb li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu, kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Xmun, raġel ġust u tajjeb li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu, kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael.

 

Ant. 2  Xmun laqa’ t-tifel fuq dirgħajh, radd ħajr u bierek lil Alla.

 

 

       Kantiku                                      Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

Ant. 2  Xmun laqa’ t-tifel fuq dirgħajh, radd ħajr u bierek lil Alla.

 

Ant. 3  Dawl biex iddawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Dawl biex iddawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                               Mal 3: 1

 

Se nibgħat il-messaġġier tiegħi jwitti t-triq quddiemi. U jasal minnufih fit-tempju tiegħu s-Sid mistenni minnkom. U dan l-Anġlu tal-patt, li intom imxennqa għalih, dalwaqt ġej.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Qimu lill-Mulej * Fit-tempju mqaddes tiegħu. Qimu.

V. Agħtu lill-Mulej is-sebħ u l-ġieh. * Fit-tempju mqaddes tiegħu. Glorja. Qimu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  X’ħin il-ġenituri daħlu fit-tempju bit-tfajjel Ġesu’, Xmun laqgħu fuq dirgħajh u bierek lil Alla.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  X’ħin il-ġenituri daħlu fit-tempju bit-tfajjel Ġesu’, Xmun laqgħu fuq dirgħajh u bierek lil Alla.

 

PREĊI

 

Naduraw is-Salvatur tagħna ippreżentat fit-tempju u b’ħerqa kbira nitolbuh u

ngħidulu:

            Ħa jaraw għajnejna s-salvazzjoni tiegħek.

Kristu Ġesu’, int ridt tkun ippreżentat fit-tempju lill-Missier, skont il-liġi:

-         għallimna noffru lilna nfusna flimkien miegħek fis-sagrifiċċju tal-Knisja tiegħek.

Inti l-faraġ ta’ Iżrael, li Xmun il-ġust ġie jilqgħek fit-tempju.

-         agħtina li nagħrfu nilqgħu lilek f’ħutna.

Feddej mistenni mill-ġnus, fuqek bdiet titkellem Anna l-profetessa ma’ dawk

kollha li kienu jistennew il-fidwa ta’ Iżrael:

-         agħtina d-dawl biex nitgħallmu nitkellmu fuqek kif jixraq ma’ kulħadd.

Inti l-ġebla tax-xewka tas-saltna ta’ Alla, li ġejt imqiegħed bħala sinjal li jmeruh:

-         agħmel li l-bnedmin, bis-saħħa tal-fidi u l-imħabba, iżommu miegħek sal-qawmien mill-imwiet.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, illum Ibnek il-waħdieni kien ippreżentat fit-tempju fis-sura ta’ bniedem bħalna; fiċ-ċokon tagħna nitolbu l-kobor tiegħek biex aħna wkoll inkunu ippreżentati quddiemek b’ruħna safja.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

It-Talb ta’ nofs il-jum

 

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

F’din is-siegħa, nofs il-għodwa,

            nerfgħu qlubna ’l fuq lejn Alla,

            u bil-qima nagħtuh glorja,

            għax hu ħelu t-tifħir tiegħu.

 

            Nitolbuh biex jibagħtilna

            lill-Ispirtu jgħammar fina,

            kif, bħal issa, darba niżel

            f’nar ta’ mħabba fuq l-appostli.

            Hekk ried jagħlaq b’dan il-għaġeb

            l-għemil sħiħ tal-fidwa tagħna,

            ħa jmexxina ħfief għall-premju

            li ħejjielna sa minn dejjem.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Ant. 1  Lill-Mulej sejjaħt, u hu weġibni.

 

Salm 119 (120)

Ix-xewqa tal-paċi

 

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

 

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *

u hu weġibni.

 

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *

u mill-ilsna qarrieqa.

X'se tieħu b'dan, u x'se jiswielek, *

ilsien qarrieq?

Vleġeġ misnuna ta' wieħed b'saħħtu, *

u ġamar tal-ġummar.

Imsejken jien, li ngħix barrani f'Mesek; *

li ngħammar fl-għerejjex ta' Kedar!

Ili ngħix biżżejjed *

ma' dawk li jobogħdu s-sliem.

Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *

insibhom lesti għall-ġlied.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Lill-Mulej sejjaħt, u hu weġibni.

Ant. 2  Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek. 

 

Salm 120 (121)

Il-Mulej iħares il-poplu

 

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

 

Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; *

mnejn se tiġini l-għajnuna?

Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *

ma jongħosx dak li jħarsek.

Ara, la jongħos u lanqas jorqod *

dak li jħares lil Iżrael.

 

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *

anqas il-qamar billejl.

 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *

hu jħarislek ħajtek.

Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *

minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek.

 

Ant. 3  Fraħt b’dak li qaluli.

 

 

 

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Fraħt b’dak li qaluli.

 

 

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Iż 8: 14

 

Il-Mulej tal-eżerċti jkun tiġrif, ġebla li tfixkel, blata li ġġarraf iż-żewġt idjar ta’ Iżrael, xbiek u nassa għal min joqgħod f’Ġerusalemm.

 

V. Il-Mulej ftakar fit-tjieba tiegħu.

R. U fil-fedelta’ tiegħu mal-poplu ta’ Iżrael.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, illum Ibnek il-waħdieni kien ippreżentat fit-tempju fis-sura ta’ bniedem bħalna; fiċ-ċokon tagħna nitolbu l-kobor tiegħek biex aħna wkoll inkunu ippreżentati quddiemek b’ruħna safja.  B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

F’Nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

F’dan  il-ħin li jistedinna

            biex nistrieħu ftit mill-ħidma

            b’qalbna mħeġġa nfaħħru ’l Sidna

            li ma stmerrx imut għalina.

 

            Hu l-Ħaruf li offra ruħu

            lil Missieru bħala vittma,

            biex jifdna u jerġa’ jtina

            bis-salib il-ġieh li tlifna.

 

            Inroddulu ħajr għall-grazzja

            tas-salib, li d-dija tiegħu

            tfiet ix-xemx fuq il-Kalvarju,

            iżda mliet bid-dawl lil ruħna.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Ant. 1 Int li tgħammar fis-smewwiet, ħenn għalina.

 

Salm 122 (123)

Il-Mulej it-tama tal-poplu

 

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

 

Lejk nerfa' għajnejja, *

int li tgħammar fis-smewwiet.

 

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *

bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;

hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *

sa ma jkollu ħniena minna.

 

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *

għax mitmugħa sax-xaba' bit-tagħjir.

Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *

biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Int li tgħammar fis-smewwiet, ħenn għalina.

 

Ant. 2 Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej.

Salm 123 (124)

Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

 

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

 

Li ma kienx il-Mulej magħna *

            – ħa jgħid hekk Iżrael –

li ma kienx il-Mulej magħna, *

meta qamu għalina n-nies,

ħajjin kienu jibilgħuna, *

meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

 

L-ilma kien jgħarraqna, *

il-wied kien jgħaddi minn fuqna;

minn fuqna kien jgħaddi *

mewġ ta' ilma qawwi.

 

Imbierek il-Mulej, *

li ma telaqniex priża għal snienhom.

Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *

Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

 

L-għajnuna tagħna f'isem il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej.

 

Ant. 3 Il-Mulej madwar il-poplu tiegħu, minn issa u għal dejjem.

 

 

 

 

 

 

 

Salm 124 (125)

Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

 

ls-sliem fuq Iżrael ta Alla (Gal 6,16).

 

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta' Sijon, *

li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.

Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *

hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,

minn issa u għal dejjem.

Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena

fuq l-art, wirt il-ġusti, *

biex ma jiġrix li l-ġusti

jmiddu jdejhom għall-ħażen.

 

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *

u lil dawk ta' qalbhom safja.

Imma 'l dawk li jgħawwġu triqthom †

jitlaqhom il-Mulej ma' dawk li jagħmlu l-ħażen.

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Il-Mulej madwar il-poplu tiegħu, minn issa u għal dejjem.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                     Iż 42: 13

 

Joħroġ il-Mulej bħal wieħed qawwi, u jqanqal bħal gwerrier il-ħeġġa tiegħu; igħajjat agħjat b’leħen għoli, ħa juri kontra l-għedewwa l-qawwa tiegħu.

 

V. L-art kollha rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna.

R. Għajtu bil-ferħ lil Alla, nies kollha tal-art.

 

 

 

 

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, illum Ibnek il-waħdieni kien ippreżentat fit-tempju fis-sura ta’ bniedem bħalna; fiċ-ċokon tagħna nitolbu l-kobor tiegħek biex aħna wkoll inkunu ippreżentati quddiemek b’ruħna safja.  B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

 

INNU

 

Nilqgħu l-grazzja u nħeġġu qalbna

            b’dak in-nar li tkebbes f’Pietru

            xħin kien tielgħa lejn it-tempju

            tal-Mulej, għat-talb tat-tlieta.

 

            U noqogħdu, b’tama kbira

            bħall-magħtub, fil-bieb tal-ħniena,

            biex nittallbu minn għand Alla

            kull għajnuna li naħtieġu.

 

            Aħna wkoll, bil-fidi fl-isem

            ta’ Ġesu’, naqilgħu s-saħħa,

            hekk li l-passi dgħajfa tagħna

            jitqawwew fit-triq tas-sema.

 

           

Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Ant. 1 Kbir f’għemilu l-Mulej magħna: u aħna bil-ferħ imtlejna. 

 

Salm 125 (126)

Ferħ u hena fil-Mulej

 

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

 

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imjassra ta' Sijon, *

konna qisna mitlufa f'ħolma;

mbagħad bid-daħk imtela fommna, *

u bl-għajat ta' ferħ ilsienna.

Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *

"Kbir f'għemilu l-Mulej magħhom!"

Kbir f'għemilu l-Mulej magħna! *

U aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Biddel, Mulej, xortina, *

bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *

jaħsdu bl-għana ta' ferħ.

 

Huma u sejrin, imorru jibku, *

jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.

Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b'għana ta' ferħ, *

iġorru l-qatet f'idejhom.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Kbir f’għemilu l-Mulej magħna: u aħna bil-ferħ imtlejna. 

 

Ant. 2 Jibnilna l-Mulej id-dar, u jħares il-belt tagħna.

Salm 126

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Jibnilna l-Mulej id-dar, u jħares il-belt tagħna.

 

Ant. 3 Kbir il-hena ta’ dawk li jibżgħu minnek, Mulej.

 

Salm 127 (128)

Is-sliem tad-dar fil-Mulej

 

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

 

Hieni kull min jibża' mill-Mulej, *

kull min jimxi fit-triqat tiegħu!

Mix-xogħol ta' idejk inti tiekol; *

hieni int, u riżqek tajjeb!

Martek tkun bħal dielja għammiela *

            fl-irkejjen ta' darek;

uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *

madwar il-mejda tiegħek.

 

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *

li jibża' mill-Mulej!

Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *

Jalla tara l-ġid ta' Ġerusalemm tul ħajtek kollha!

Jalla tara wlied uliedek! *

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Kbir il-hena ta’ dawk li jibżgħu minnek, Mulej.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Iż 12: 5-6

 

Għannu lill-Mulej, għax għamel ħwejjeġ kbar; ħa jkun dan magħruf min-nies kollha tal-art.  Aqbeż bil-ferħ, għanni, int li tgħammar f’Sijon, għax kbir hu f’nofsok il-Qaddis ta’ Iżrael!

 

V. It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu.

R. Il-ġustizzja u s-sliem jitbewwsu.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, illum Ibnek il-waħdieni kien ippreżentat fit-tempju fis-sura ta’ bniedem bħalna; fiċ-ċokon tagħna nitolbu l-kobor tiegħek biex aħna wkoll inkunu ippreżentati quddiemek b’ruħna safja.  B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Fl-imgħoddi l-ġemgħa mqaddsa tal-profeti

            ħabbritu, imnebbħa mill-Ispirtu s-Santu;

            u dak li ħabbru seħħ tassew, kif twiegħed,

                        f’Marija, Omm Alla.

           

            Verġni x’ħin nisslet, verġni meta wildet

            lil Alla tas-smewwiet u Sid il-ħlejjaq,

            u baqgħet dejjem verġni bla mittiefsa

                        wara twelidu.

 

            Ix-xwejjaħ Xmun il-ġust fit-tempju t’Alla

            ħadu f’dirgħajh, u b’ferħ qaddis imtela,

            għax ra b’għajnejh lil Kristu, id-dawl tal-popli

                        u s-sebħ ta’ ġensu.

 

            Omm is-Sultan ta’ dejjem, Verġni mbierka,

            agħti, Marija, widen għat-talb tagħna:

            lejk nersqu biex issawwab fuqna d-doni

                        tad-dawl ta’ Ibnek.

 

            Int, Kristu, dawl ħanin tal-Missier għoli,

            li ġejt tgħarrafna bil-misteri tiegħu,

            wassalna ħdejk, biex it-tifħir ngħannulek

                        fid-dawl ta’ dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  L-Ispirtu s-Santu nebbaħ lil Xmun li ma kienx se jara l-mewt qabel ma jara lill-Mulej.

Salm 109: 1-5. 7

  

Il-kelma tal-Mulej lil Sidi: *

“Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,

sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħek *

mirfes taħt riġlejk.”

 

Ix-xettru tal-qawwa tiegħek

jibgħat il-Mulej minn Sijon: *

aħkem f’nofs l-għedewwa tiegħek.

Tiegħek is-setgħa sa minn twelidek

fuq l-għoljiet imqaddsa, *

sa minn qabel is-sebħ bħan-nida jien nissiltek.

 

Ħalef il-Mulej, u ma jisgħobx bih: *

“Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek!”

 

Sidi fuq il-leminija tiegħek, *

jidrob is-slaten f’jum il-qilla tiegħu.

Mill-wied jixrob fi triqtu, *

għalhekk jerfa’ ‘l fuq rasu.          

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  L-Ispirtu s-Santu nebbaħ lil Xmun li ma kienx se jara l-mewt qabel ma jara lill-Mulej.           

 

Ant. 2  Offrew par gamiem jew żewġ bċieċen b’sagrifiċċju għalih lill-Mulej.

 

Salm 129

 

Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej: *

isma’, Sidi, il-leħen tiegħi!

Ħa jkunu widnejk miftuħa,*

jiena u nitolbok bil-ħniena.

 

Jekk tal-ħtijiet int tagħti każ, Mulej, *

Sidi, min jista’ jżomm sħiħ?

Imma għandek hemm il-maħfra, *

biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek.

 

Jien lill-Mulej nistenna, *

ruħi f’kelmtu tittama.

Tistenna ruħi lil Sidi, *

aktar milli l-għassiesa s-sebħ.

 

Aktar mill-għassiesa s-sebħ, *

jistenna Iżrael lill-Mulej!

Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba, *

u l-fidwa għandu bil-kotra.

 

Hu li jifdi lil Iżrael *

minn ħtijietu kollha.         

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Offrew par gamiem jew żewġ bċieċen b’sagrifiċċju għalih lill-Mulej.

 

Ant. 3 Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek, li int ħejjejt għall-popli kollha.

 

Kantiku                                          Kol 1: 12-20

 

Roddu ħajr lill-Missier,

li għamilkom denji *

li tissieħbu fil-wirt tal-qaddisin fis-saltna tad-dawl.

Hu ħelisna mill-ħakma tad-dlam, *

u daħħalna fis-saltna ta’ Ibnu l-għażiż,

li bih għandna l-fidwa, *

il-maħfra tad-dnubiet.

 

Hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, *

il-kbir fost il-ħlejjaq kollha;

għax bih kien maħluq kollox, *

fis-sema u fl-art,

dak kollu li jidher

u dak kollu li ma jidhirx, *

troni u ħakmiet, prinċipati u setgħat.

 

Kollox bih u għalih kien maħluq,

hu qabel kollox, *

u kollox bih qiegħed iżomm.

 

Hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja;

hu l-bidu, il-kbir li qam mill-imwiet, *

sabiex ikun hu l-ewwel f’kollox.

 

Fih għoġobha tgħammar il-milja kollha tad-divinità, *

fih Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu,

u bid-demm tiegħu, imxerred fuq is-salib, *

ġieb is-sliem permezz tiegħu fis-sema u fl-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek, li int ħejjejt għall-popli kollha.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                           Lhud 4: 15-16

 

Aħna ma għandniex qassis il-kbir li ma jistax jagħder in-nuqqas ta’ ħila tagħna, imma għandna wieħed li ġie mġarrab bħalna f’kollox, minbarra d-dnub. Ħa nersqu, mela, b’qalbna qawwija lejn it-tron tal-grazzja, biex naqilgħu ħniena u nsibu grazzja għal għajnuna meħtieġa f’waqtha.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Il-Mulej għarraf * Is-salvazzjoni tiegħu. Il-Mulej.

V. Li hu hejja għall-popli kollha. * Is-salvazzjoni tiegħu. Glorja. Il-Mulej.          

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Illum il-Verġni mqaddsa Marija ippreżentat lit-tfajjel Ġesu’ fit-tempju; u Xmun, mimli bl-Ispirtu s-Santu, laqgħu fuq dirgħajh u bierek lil Alla.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Illum il-Verġni mqaddsa Marija ippreżentat lit-tfajjel Ġesu’ fit-tempju; u Xmun, mimli bl-Ispirtu s-Santu, laqgħu fuq dirgħajh u bierek lil Alla.

 

PREĊI

 

Naduraw is-Salvatur tagħna ippreżentat fit-tempju, u b’ħerqa kbira nitolbuh u

nghidulu:     

Ħa jaraw għajnejja s-salvazzjoni tiegħek.

Kristu, Salvatur tagħna, inti d-dawl li ddawwal il-ġnus:

-         dawwal lil dawk li għadhom ma għarfukx, biex huma wkoll jemmnu li inti d-dawl li ddawwal il-ġnus.

Feddej tagħna, inti l-glorja tal-poplu tiegħek Iżrael:

-         igglorifika l-Knisja tiegħek fost il-ġnus.

Ġesu’, xewqa tal-ġnus kollha, Xmun il-ġust ra b’għajnejh is-salvazzjoni tiegħek:

-         agħmel li l-bnedmin kollha jsalvaw bik.

Mulej, fil-preżentazzjoni tiegħek Xmun ħabbar sejf it-tbatija lil ommok:

-         qawwi lil dawk li jsofru t-taħbit fis-servizz tiegħek.

Kristu, hena tal-qaddisin, int temmejt ix-xewqa mħeġġa ta’ Xmun għax ħallejtu

jarak qabel ma miet:

-         uri lilek innifsek għal dejjem lil dawk li wara mewthom jixxennqu d-dehra tiegħek.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, illum Ibnek il-waħdieni kien ippreżentat fit-tempju fis-sura ta’ bniedem bħalna; fiċ-ċokon tagħna nitolbu l-kobor tiegħek biex aħna wkoll inkunu ippreżentati quddiemek b’ruħna safja.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

11 TA’ FRAR

 

Tifkira (O) ta

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TA’ LOURDES

 

Fl-1858 il-Verġni bla tebgħa Marija dehret lil Bernarda Soubirous fil-grotta ta’ Massabielle ħdejn Lourdes, fi Franza.  Permezz ta’ din it-tfajla umli, Marija tistieden il-midinbin għall-indiema, u tqanqal fil-Knisja ħeġġa kbira għat-talb u l-imħabba, l-aktar bis-servizz mal-morda u l-foqra.

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes: naduraw lil Binha Kristu Sidna.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes: naduraw lil Binha Kristu Sidna.

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes: naduraw lil Binha Kristu Sidna.

 

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, *
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes: naduraw lil Binha Kristu Sidna.


Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes: naduraw lil Binha Kristu Sidna.


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes: naduraw lil Binha Kristu Sidna.


Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
*
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes: naduraw lil Binha Kristu Sidna.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

 

 

 

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

            F’ġuf Marija niżel igħammar

            dak li s-sema, l-art u l-baħar

            ixandruh u jagħtuh qima,

            għax hu Alla li ħalaqhom.

 

            Ħdan il-Verġni, mimli grazzja,

            jilqa’ fih lis-Sid il-Għoli,

            li jaqduh ix-xemx u l-qamar,

            l-univers bil-ħlejjaq tiegħu.

 

            Hienja l-Omm, li ġewwa ċ-ċokon

            tal-ġuf safi tagħha niżel

            il-ħallieq, li xejn ma jesgħu,

            u f’qiegħ idu jżomm id-dinja.

 

            Hienja dik li emmnet l-anġlu

            u, bil-qawwa tal-Ispirtu,

            ġiebet fostna ’l Alla bniedem,

            il-mixtieq tal-ġnus mill-qedem.

 

            Glorja lilek, Kristu Sidna,

            Bin Marija, Omm u Verġni;

            mal-Missier u mal-Ispirtu,

            ġieh jintraddlek, issa u dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

 

 

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

V.  Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R.  Hieni min iħarisha.

 

 

 

 

 

 

 

LEZZJONI 1                                                                                               Iż 7: 10-14; 11: 1-9

 

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija.

 

Għimmanu-El, Sultan is-sliem

 

F’dak  iż-żmien: Il-Mulej issokta jkellem lil Aħaż u qallu: ‘’Itlob sinjal għalik minn għand il-Mulej, Alla tiegħek, f’qiegħ l-art jew fil-għoli tas-smewwiet.’’  U Aħaż wieġeb: ‘‘Ma nitlobx: ma rridx nittanta lill-Mulej.’’

           

U l-profeta Iżaija wieġeb: ‘’Isimgħu, mela, dar David: mhux biżżejjed għailkom li tkiddu lill-bnedmin biex issa se tkiddu lil Alla tiegħi?  Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess: Arawha, ix-xebba ssir omm u jkollha iben u ssemmih Għimmanu-El għax Alla magħna.’’

           

Għad taħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu: fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej.

           

Ma jiġġudikax skont ma jidher fil-għajnejn, u ma jagħtix sentenza skont ma jisma’, iżda jiġġudika l-imsejknin skont il-ġustizzja, u jagħti sentenza skont is-sewwa lill-fqajrin tal-art.  Isawwat l-art bix-xettru ta’ fommu, u b’nifs xofftejh jolqot lill-ħażin.  Il-ħżiem ta’ ġenbejh tkun il-ġustizzja, u l-fedeltal-ħżiem ta’ qaddu.

           

Il-lupu jibda jgħix mal-ħaruf, il-leopard mal-gidi, u jirgħu flimkien l-għoġol u ferħ l-ljun, tfajjel żagħżugħ isuqhom.  Il-baqra u l-ors jirgħu flimkien, u l-frieħ tagħhom flimkien jistrieħu.  L-iljun bħal gendus jiekol it-tiben.  It-tarbija tal-ħalib titliegħeb fil-ħofra tas-serp, u t-tifel miftum idaħħal idu fil-bejta tal-lifgħa.  Ma jagħmlux aktar deni u anqas ħsara fuq il-muntanja qaddisa kollha tiegħi, għax mimlija hi l-art bil-għarfien tal-Mulej bħalma l-baħar hu miksi bl-ilmijiet.

 

RESPONSORJU                                                                                          Iż 7: 14; 9: 6.7

 

R. Ix-xebba ssir omm u jkollha iben ; * U jsemmuh Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan.

V. Joqgħod għal dejjem fuq it-tron ta’ David u s-saltna tiegħu. * U jsemmuh.

 

LEZZJONI II                                                                                                  

 

Qari minn Ittra ta’ Santa Marija Bernarda Soubirous, verġni

 

Is-Sinjura kellmitni

 

Darba mort f’xatt ix-xmara Gave ma’ żewġ tfajliet sħabi biex niġbru l-ħatab, u smajt bħal ħoss.  Dawwart wiċċi lejn l-oqsma, u rajt li s-siġar ma kienux jitħarrku.  Erfajt għajnejja u ħarist lejn il-għar.  U rajt Sinjura liebsa l-abjad: kienet mistura b’libsa bajda u kellha faxxa kaħla ma’ qaddha; fuq kull riġel kellha warda minn lewn id-deheb, l-istess tal-kuruna tar-rużarju li kellha.

           

Kif rajt dan, għorokt għajnejja, għax ħsibt li qiegħda nitqarraq.  Daħħalt idi fil-but, u sibt il-kuruna tar-rużarju tiegħi.  Ridt ukoll inrodd is-salib, iżda idi reġgħet niżlet weħidha, u ma stajtx intellagħha sa ġbini.  Imbagħad is-Sinjura stess raddet is-salib, u għalhekk, minkejja r-rogħda li kelli f’idi, jien ukoll fittixt li nagħmel bħalha, u sa fl-aħħar stajt.  Fl-istess ħin qbadt ngħid ir-rużarju, u min-naħa tagħha s-Sinjura wkoll bdiet tgħaddi ż-żibeġ tal-kuruna tagħha minn bejn subgħajha iżda bla ma ċċaqlaq xofftejha.  Kif spiċċajt ir-rużarju, minnufih id-dehra għabet.

           

Jien staqsejt liż-żewġ sħabi jekk rawx xi ħaġa, biex ngħidilhom.  Jiena żgurajthom li rajt Sinjura liebsa l-abjad, imma li ma kontx naf min hi; u wissejthom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan.  Imbagħad huma wkoll fetħuli għajnejja biex ma nerġax nersaq ‘il hemm, iżda ma tajthomx widen.  Għalhekk il-Ħadd ta’ wara rġajt mort, għax ħassejtni mbuttata minn ġewwa …

           

Fit-tielet darba li rajtha, dik is-Sinjura kellmitni, u staqsietni jekk irridx immur għandha fil-għar għal ħmistax-il ġurnata wara xulxin; jien weġibtha li iva. Qaltli wkoll li kelli mmur ngħid lill-qassisin biex jibnulha kappella hemmhekk; imbagħad riditni mmur nixrob mill-għajn.  Jien ma rajt ebda għajn, u qbadt riesqa lejn ix-xmara Gave; imma hi fissritli li mhux għax-xmara kienet qaltli, u wrietni b’sebagħha fejn kienet il-għajn.  Ersaqt, iżda ma sibtx ħlief ftit ħama, u ebda ilma ma stajt niġbor f’idi.  Irmejtu tliet darbiet, imma r-raba’ darba seħħli nixrob minnu.  Imbagħad id-dehra għabet, u jiena rġajt lura.

           

Mort hemm għal ħmistax-il ġurnata wara xulxin, u s-Sinjura dehritli kuljum, barra t-Tnejn u l-Ġimgħa.  Reġgħet fakkritni li kelli mmur ngħid lill-qassisin biex jibnu kappella f’dak il-post, u riditni ninħasel fil-għajn u nitlob għall-konverżjoni tal-midinbin.  Ħafna drabi staqsejtha min hi, imma hi kienet titbissimli bil-ħlewwa; fl-aħħar fetħet dirgħajha, refgħet għajnejha lejn is-sema, u qaltli li hija l-Kunċizzjoni Immakulata.

           

F’dawk il-ħmistax-il ġurnata hija afdatli wkoll tliet segrieti, imma rabtitni biex żgur ma ngħid lil ħadd bihom.  Il-kelma li tajtha żammejtha sħiħa sa llum.

 

RESPONSORJU                                                                                           Lq 1 : 46. 49. 48 

 

R. Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, * Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis u l-isem tiegħu.

V. Minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli hienja. * Għax.

 

Talba

 

O Alla ħanin, ieqaf magħna, bnedmin dgħajfa, biex, aħna u nagħmlu t-tifkira tal-Verġni bla tebgħa, Omm Alla, Marija, bil-għajnuna tat-talb tagħha nintrefgħu minn ħżunitna u ngħixu ħajja qaddisa.  B’Ibnek.

 

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Sidt glorjuża li fil-għoli

fuq il-kwiekeb ġejt imtellgħa,

            nagħtuk ġieh, għax int, b’ħalibek

            safi, sqejt lil dak li ħalqek.

 

            B’Ibnek sewwejtilna l-ħsara

            li d-dnub t’Eva ġibed fuqna;

            bi tjubitek ftaħt mogħdija

            biex l-imsejkna jidħlu s-sema.

            Inti l-bieb tas-Sultan Għoli,

            bieb li minnu d-dawl feġġ fuqna;

            ħa jifirħu l-ġnus mifdija,

            għax bik, Verġni, sabu l-ħajja.

 

            Agħmel int li nsebbħu f’kollox

lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

u ’l-Ispirtu, li bħal b’libsa

ta’ ġmiel kbir żejnuk bil-grazzja.  Ammen.

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

       Kantiku                                      Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                           Iż 61: 10

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.

V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għażilha.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Verġni Marija, inti ż-żerniq sabiħ tas-salvazzjoni, għax ġibtilna lill-Kristu, ix-Xemx tal-ġustizzja, li ġie jżurna mill-għoli bħax-xemx tielgħa.

 

 

 

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *     

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Verġni Marija, inti ż-żerniq sabiħ tas-salvazzjoni, għax ġibtilna lill-Kristu, ix-Xemx tal-ġustizzja, li ġie jżurna mill-għoli bħax-xemx tielgħa.

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:

-         agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.

Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:

-         eħlisna mit-taħsir tad-dnub.

Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:

-         bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..

Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:

-         agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla ħanin, ieqaf magħna, bnedmin dgħajfa, biex, aħna u nagħmlu t-tifkira tal-Verġni bla tebgħa, Omm Alla, Marija, bil-għajnuna tat-talb tagħha nintrefgħu minn ħżunitna u ngħixu ħajja qaddisa.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,

Omm qaddisa u kbira t’Alla,

dejjem Verġni bla mittiefsa,

bieb il-hena u ferħ tas-sema.

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima

Gabrijiel qed isemmagħlek,

ibdel fiha l-isem t’Eva,

ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

 

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,

ġib id-dawl lill-għomja kollha,

biegħed minna l-ħażen tagħna,

niżżel fuqna l-ġid mis-sema.

 

Uri li tassew int Ommna,

wassal talbna quddiem Alla,

li fi ħnientu twieled minnek

biex isir għalina bniedem.

 

Verġni fost kulħadd magħżula,

ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,

itlob ’l Ibnek biex jagħtina

maħfra, safa u spirtu ħlejju.

 

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,

żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,

sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra

ta’ Ġesu’ għal dejjem miegħek.

 

Lill-Missier it-tifħir tagħna,

ġeh u setgħa ’l Kristu Sidna,

lill-Ispirtu s-Santu l-qima,

sebħ lit-Tlieta, Alla wieħed.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.         

 

 

 

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.         

 

Ant. 2  Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek.

 

 

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek.

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

      Kantiku                                    Ef 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Gal 4: 4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R.  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja: * Il-Mulej miegħek.  Sliem.

V.  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej

miegħek. Glorja. Sliem.

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

 

 

 

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla

            tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:

-         ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.

Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-

            imnikktin, aħfer lill-midinbin:

-         agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.

Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:

-         ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.

Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:

-         agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla ħanin, ieqaf magħna, bnedmin dgħajfa, biex, aħna u nagħmlu t-tifkira tal-Verġni bla tebgħa, Omm Alla, Marija, bil-għajnuna tat-talb tagħha nintrefgħu minn ħżunitna u ngħixu ħajja qaddisa.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

 

25 TA’ MARZU

 

Solennita’ ta

IT-TĦABBIRA TAL-MULEJ

 

L-I Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Ħlas il-ħajja niżel fostna

            ħa jkun dan magħruf mill-ħlejjaq!

            wara l-madmad tqil tal-jasar,

            feġġ il-jum tal-fidwa tagħna.

 

            Dak li ħabbar Iżaija

            seħħ illum fil-Verġni mqaddsa;

            l-Anġlu taha l-aħbar sabiħa

            w hija nisslet mill-Ispirtu.

 

            Il-ġuf safi ta’ Marija

            tqal bil-kliem tal-fidi tagħha;

            ġewwa fiha għoġbu jgħammar

            Dak li f’idu jżomm id-dinja.

 

            Ġie Adam il-ġdid u naddaf

            kull ma niġġes l-ewwel wieħed:

            l-ubbidjenza reġgħet waqqfet

            dak li ġarrfet is-suppervja.

 

            Radd il-ħajr u sebħ lil Kristu,

            l-Iben tal-Missier minn dejjem,

            li, bis-setgħa tal-Ispirtu,

deher bħal bniedem minn Omm Verġni.  Ammen.

SALMODIJA

 

Ant. 1 Toħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, u tinbet rimja minn għeruqu: fuqu jistrieħ l-Ispirtu tal-Mulej (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 112

 

Faħħru, qaddejja tal-Mulej, *

faħħru isem il-Mulej.

Ikun imbierek isem il-Mulej, *

minn issa u għal dejjem.

 

Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha *

            ikun imfaħħar isem il-Mulej!

Għoli fuq il-ġnus kollha l-Mulej, *

            ogħla mis-smewwiet hu sebħu.

Min hu bħal Mulej, Alla tagħna,

            li qiegħed fil-għoli? *

            Hu li jħares ’l isfel, lejn is-smewwiet

                        u lejn l-art.

 

Hu li jqajjem mit-trab l-imsejken, *

            u jerfa’ mill-miżbla l-fqajjar,

biex mal-kbarat iqiegħdu, *

            mal-kbarat tal-poplu tiegħu.

Il-mara bla wlied iqegħedha f’darha, *

jagħmilha omm ferħana b’uliedha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Toħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, u tinbet rimja minn għeruqu: fuqu jistrieħ l-Ispirtu tal-Mulej (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 2 Il-Mulej jagħtih it-tron ta’ David missieru, u jsaltan għal dejjem (Ż.Għ. hallelujah).

 

 

Salm 147

 

Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; *

faħħar ‘l Alla tiegħek, Sijon!

 

Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, *

u jbierek ġewwa fik ‘l uliedek.

Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, *

u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.

Hu jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu;  *

bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.

 

Jibgħat is-silġ bħas-suf; *

ixerred bħar-rmied il-ġlata,

Jitfa’ s-silġ bħall-frak tal-ħobż; *

u jagħqad l-ilma bil-kesħa tiegħu.

Isemma’ kelmtu, u jinħall is-silġ, *

jonfoħ ir-riħ tiegħu, u jiġri l-ilma!

 

Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb, *

il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.

Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; *

lil ħadd ma għarraf id-digrieti tiegħu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Il-Mulej jagħtih it-tron ta’ David missieru, u jsaltan għal dejjem (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 3 Il-Verb Alla, imnissel mill-Missier qabel kull żmien, tneżża’ minn kollox u llum sar bniedem minħabba fina (Ż.Għ. hallelujah).

 

     Kantiku                                         Fil 2: 6-11

 

Ġesù Kristu, li kellu n-natura ta’ Alla, *

ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,

imma tneżża’ minn kollox, *

billi ħa n-natura ta’ lsir,

sar jixbah lill-bniedem *

u deher minn barra bħal bniedem:

ċekken lilu nnifsu, †

billi obda sal-mewt, *

anzi sal-mewt tas-salib.

 

Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet, *

u żejnu bl-Isem li hu fuq kull isem,

biex fl-Isem ta’ Ġesu’ †

fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art, *

il-ħlejjaq kollha jinżlu għarkobbtejhom,

u kull ilsien jistqarr:

“Ġesu’ Kristu hu l-Mulej *

għall-glorja ta’ Alla l-Missier.”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Il-Verb Alla, imnissel mill-Missier qabel kull żmien, tneżża’ minn kollox u llum sar bniedem minħabba fina (Ż.Għ. hallelujah).

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  1 Ġw 1: 1-2

 

Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna, li rajna b’għajnejna, li lejh ħarisna u li messew idejna, jiġifieri l-Kelma tal-ħajja, dan se nxandrulkom. Għax il-ħajja wriet ruħha u aħna rajnieha u qegħdin nixhdu għaliha. Qegħdin inxandrulkom il-ħajja ta’ dejjem li kienet għand il-Missier u li wriet ruħha lilna.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. Mill-għerq ta’ Ġesse nibtet rimja, * Minn Ġakobb telgħet kewkba. Mill-għerq.

V. Il-Verġni nisslet is-Salvatur. * Minn Ġakobb telgħet kewkba. Glorja. Mill-

għerq.

 

 

 

Fi żmien il-Għid:

R. Mill-għerq ta’ Ġesse nibtet rimja, minn Ġakobb telgħet kewkba. * Hallelujah,

hallelujah. Mill-għerq.

V. Il-Verġni nisslet is-Salvatur. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. Mill-għerq.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, Marija, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, Marija, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek (Ż.Għ. hallelujah).

PREĊI

 

Il-Missier etern f’dan il-jum bagħat l-Anġlu tiegħu biex iħabbar is-Salvatur tagħna

lil Marija. Nadurawh u b’fiduċja kbira ngħidulu:

Mulej, sawwab fuqna il-kotra tal-grazzji tiegħek.

Int għażilt lil Marija biex tkun Omm Ibnek:

-         ħenn għal dawk kollha li qegħdin jistennew il-fidwa Bih.

Int, permezz ta’ Gabrijiel, ħabbart is-sliem u ferħ kbir lil Marija:

-         agħti l-ferħ u s-sliem tassew lid-dinja kollha.

Permezz ta’ Marija, li laqgħet il-kelma tiegħek, u bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, int

bgħatt il-Verb tiegħek biex igħammar fostna:

-         ħejji lil qalbna biex nilqgħu lil Kristu kif laqgħetu l-Verġni Marija.

Inti tħares lejn iċ-ċkejknin u timla bil-ġid lil min hu bil-ġuħ:

-         serraħ lil min hu mtaqqal, għin lil min hu fil-bżonn, ieqaf mal-moribondi.

Għalik ma hemm xejn li ma jistax isir, u int waħdek tagħmel l-għeġubijiet:

-         salva lilna u lil ħutna kollha meta fl-aħħar jum tqajjem lill-mejtin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Verb tiegħek isir bniedem bħalna fil-ġuf ta’ Marija Verġni; agħtina l-grazzja biex aħna, li nistqarru li l-Feddej tagħna hu Alla u bniedem, insiru wkoll nixbhuh fil-ħajja tiegħu ta’ Alla. B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

 

 

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant.  Il-Verb sar bnidem: ejjew nadurawh (Ż.Għ. hallelujah).

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Il-Verb sar bnidem: ejjew nadurawh (Ż.Għ. hallelujah).

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Il-Verb sar bnidem: ejjew nadurawh (Ż.Għ. hallelujah).


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Il-Verb sar bnidem: ejjew nadurawh (Ż.Għ. hallelujah).


Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Il-Verb sar bnidem: ejjew nadurawh (Ż.Għ. hallelujah).

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; *
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

Ant.  Il-Verb sar bnidem: ejjew nadurawh (Ż.Għ. hallelujah).


Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
*
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Il-Verb sar bnidem: ejjew nadurawh (Ż.Għ. hallelujah).

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

            Il-bnedmin, mid-dawl imċaħħda,

            kienu jqimu b’allat tagħhom

            lil xbihat bla ħajja u fiergħa

            tal-injam u bronż u ġebel.

 

            Dgħajfa u msejkna, waqgħu priża

            tax-xitan, missier il-gideb,

            u, fid-dlam ta’ ħajja mjassra,

            kienu jgħixu mingħajr tama.

 

            L-Iben t’Alla, fi tjubitu,

            għoġbu jħenn għall-ġnus imwaqqgħa,

            għax ma riedx li l-opra l-kbira

            ta’ Missieru tkun meqruda.

 

            Ġie għalhelkk hu stess fid-dinja,

            bniedem fqajjar, bħalna f’kollox,

            biex mill-jasar jifdi l-bniedem,

            ħalli jreġġgħu għand Missieru.

 

            Dan hu jum li fih tiġġedded

            it-tifkira ta’ dil-ġrajja,

            meta l-Verb etern ħa l-ġisem

            u sar bniedem f’ġuf Marija.

 

            Għajn ta’ ferħ bla qies għalina

            sar il-ħdan tax-Xebba mbierka,

            għax żmien ġdid ta’ dawl bditilna

            hekk kif laqgħet ‘l Alla fiha.

 

            Glorja lilek, Kristu Sidna,

            bin Marija, Omm u Verġni;

            mal-Missier u mal-Ispirtu,

            ġieh jintraddlek, issa u dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, biex ikollna l-adozzjoni (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 2

 

Għaliex jixxewxu l-ġnus, *

            u l-popli jreddnu għal xejn?

Is-slaten tal-art iqumu,

            u l-kbarat jiftiehmu bejniethom *

            kontra l-Mulej u l-Midluk tiegħu:

“Ħa nkissru l-ktajjen tagħhom, *

            u ntajru minn fuqna l-irbit tagħhom!”

 

Dak li hu fis-smewwiet jidħak bihom, *

            il-Mulej biċ-ċajt joħodhom.

Imbagħad ikellimhom bil-herra, *

            bil-qilla tiegħu jkexkixhom:

“Għax jien għamiltu s-sultan tiegħi, *

            fuq Sijon, il-għolja mqaddsa tiegħi!”

 

Irrid inxandar id-digrieti tal-Mulej; *

            Hu qalli: ‘Ibni int, jien illum nissiltek.

Itlobni, u l-ġnus nagħtik b’wirtek, *

            u truf l-art bi priża tiegħek.

B’virga tal-ħadid int tkissirhom, *

            bħal ġarra tal-fuħħar frak tagħmilhom.”

 

U issa, slaten, ifhmu sewwa; *

            twiddbu, intom li taħkmu l-art.

Aqdu lil-Mulej bil-biża’, *

            u bir-rogħda riġlejh busu,

li ma jagħdabx u intom tinqerdu, *

            għax malajr tixgħel il-qilla tiegħu.

Hienja dawk kollha *

            li jistkennu fih!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, biex ikollna l-adozzjoni (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 2 Meta daħal fid-dinja, qal: Int ħejjejt ġisem għalija; hawn jien, ġejt, biex nagħmel ir-rieda tiegħek o Alla (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 18A

 

Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla, *

għemil idejh tħabbar il-firxa tas-sema.

Jum lill-ieħor jagħti l-aħbar, *

lejl lill-ieħor iwassal it-tagħrif.

 

 

Ma hemmx aħbar u anqas kliem, *      

ma hemmx leħen li ma jinstemax.

Mal-art kollha jasal leħinhom, *

mad-dinja kollha jinxtered kliemhom.

 

Lix-xemx għamlilha għarix fihom;

u hi, bħal għarus ħiereġ minn kamartu, *

ferħana bħal ġgant għall-ġirja tagħha,

minn tarf is-smewwiet hi toħroġ,

sat-truf l-oħra d-dawran tagħha; *

xejn ma jinħeba mis-sħana tagħha.

           

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Meta daħal fid-dinja, qal: Int ħejjejt ġisem għalija; hawn jien, ġejt, biex nagħmel ir-rieda tiegħek o Alla (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 3  B’dan dehritilna l-imħabba ta’ Alla, għax Alla bagħat lil Ibnu l-waħdieni fid-dinja biex ngħixu bih (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 44

 

Qalbi tfawwar bi kliem sabiħ;

            ngħanni l-għanja tiegħi lis-sultan; *

            ilsieni pinna ta’ kittieb ħafif.

 

Int l-isbaħ fost ulied il-bnedmin,

            imsawba l-ħlewwa fuq xofftejk; *

            għalhekk bierkek Alla għal dejjem.

 

Tħażżem, qalbieni, b’sejfek fuq ġenbek; *

            ilbes il-ġieh u l-ġmiel tiegħek!

Irkeb għar-rebħa tas-sewwa u l-ħaqq; *

            turik lemintek ħwejjeġ tal-għaġeb!

Il-vleġeġ tiegħek jinfdu,

            taħtek jaqgħu l-popli; *

            jaqtgħu qalbhom l-għedewwa tas-sultan.

It-tron tiegħek, Alla, għal dejjem ta’ dejjem, *

            xettru tas-sewwa hu x-xettru ta’ saltnatek!

Int tħobb il-ġustizzja u tobgħod il-ħażen: *

            għalhekk dilkek Alla, Alla tiegħek,

                        b’żejt il-hena aktar minn sħabek.

 

Bil-mirra u s-sabbara u l-kassja,

                        kollha fwieħa lbiesek. *

            Mill-palazzi tal-avorju jferrħek id-daqq tal-kordi.

Bniet is-slaten joħorġu jilqgħuk; *

            f’lemintek is-sultana mżejna b’deheb ta’ Ofir.

 

Isma’, binti, ħares u agħti widen, *

            insa ’l ġensek u ’l dar missierek.

Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek; *

            u int, għax hu sidek, agħtih qima.

In-nies ta’ Tir bir-rigali jiġu, *

            il-kbarat ifittxu l-favuri tiegħek.

 

Kollha ġmiel bint is-sultan bil-ġawhar, *

            minsuġ bid-deheb ilbiesha.

Għand is-sultan jeħduha bix-xbejbiet warajha, *

            it-tfajliet li jingħatawlha bi sħabha.

Jittieħdu b’għajjat ta’ ferħ u hena; *

            jidħlu fil-palazz tas-sultan.

 

Flok missierijietek jilħqu wliedek; *

            inti tqegħidhom kapijiet fuq l-art kollha.

Infakkar ismek minn nisel għal nisel; *

            Ifaħħruk il-popli għal dejjem ta’ dejjem!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  B’dan dehritilna l-imħabba ta’ Alla, għax Alla bagħat lil Ibnu l-waħdieni fid-dinja biex ngħixu bih (Ż.Għ. hallelujah).

 

V.  Il-Verb sar bniedem (Ż.Għ. hallelujah).

R.  U għammar fostna (Ż.Għ. hallelujah).

LEZZJONI 1                                                                                                  1 Kron 17: 1-15

 

Qari mill-Ewwel Ktieb tal-Kronaki.

 

Tħabbira dwar l-Iben ta’ David

 

F’dak  iż-żmien: Meta David mar joqgħod f’daru qal lil Natan, il-profeta : ‘’Issa jien qiegħed f’dar taċ-ċedru, u l-Arka tal-Patt tal-Mulej qiegħda f’nofs ta’ tinda.’’  U qal Natan lil David:  ‘’Kull ma għandek fi ħsiebek li tagħmel mur agħmlu ; għax Alla miegħek.’’

           

Imma dak il-lejl stess Alla kellem lil Natan u qallu: ‘’Mur u għid lill-qaddej tiegħi David: Dan jgħid il-Mulej : ‘Mhux inti se tibnili dar biex noqgħod fiha.  Jiena ma għammart f’ebda dar minn mindu tellajt lil ulied Iżrael mill-Eġittu sa llum.  Jien kont niġġerra minn tinda għal oħra u ngħammar daqqa f’post u daqqa f’ieħor.  F’dak iż-żmien kollu li kont niġġerra ‘l hawn u ‘l hinn mal-ulied kollha ta’ Iżrael, qatt għidt lil xi ħadd mill-Imħallfin ta’ Iżrael, li jien kont qabbadt biex jirgħu l-poplu tiegħi Iżrael, ‘Għaliex ma bnejtlix dar taċ-ċedru ?’

           

U issa għid lill-qaddej tiegħi David: Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti : ‘Ara, jiena ħadtek mill-mergħat, minn wara l-imrieħel, biex tkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael.  Dejjem kont miegħek kull fejn kont tmur; jiena qridt l-għedewwa tiegħek kollha minn quddiemek.  Jien nibnilek isem jixbah l-ismijiet il-kbar li hawn fid-dinja.  Nagħmel post għall-poplu tiegħi Iżrael, u nqiegħdu hemm fejn jgħammar bla biża’, u ma jgħakksuhx iżjed il-ħżiena bħal qabel, jiġifieri sa minn meta qajjimt l-Imħallfin fuq il-poplu tiegħi Iżrael; u nrażżan l-għedewwa tiegħek kollha. 

           

Inħabbarlek ukoll li l-Mulej se jibnilek dar.  U meta inti ttemm żmienek, u tkun inġbart ma’ missirijietek, jiena nqajjem nislek warajk, wieħed minn uliedek, u nsaħħaħ is-saltna tiegħu.  Hu jibnili dar, u jiena nsaħħaħ it-tron tiegħu għal dejjem.  Jiena nkun għalih missier, u hu jkun għalija iben, u t-tjieba tiegħi qatt ma nwarrabha minnu, bħalma warrabtha mis-sultan ta’ qablek ; imma nwaqqfu għal dejjem fid-dar tiegħi u fis-saltna tiegħi, u t-tron tiegħu jibqa’ sħiħ għal dejjem.’’

           

Natan tkellem ma’ David skont dan il-kliem u din il-viżjoni. 

     

 

RESPONSORJU                                                                                                  

 

R. Alla bagħat l-anġlu Gabrijiel għand Marija Verġni, il-għarusa ta’ Ġużeppi, biex jagħtiha l-aħbar; u l-Verġni beżgħet f‘dak id-dawl.  Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla * Inti se tnissel u jkollok iben, u jkun jissejjaħ Bin Alla l-Għoli.

V. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek. * Inti se tnissel.

 

LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mill-Ittri tal-Papa San Ljun il-Kbir.

 

Il-misteru tal-ħbiberija tagħna ma’ Alla

 

L-Iben ta’ Alla, fil-kobor tiegħu bla qjies, ċekken lilu nnifsu u sar bniedem bħalna; fis-setgħa tiegħu, libes in-nuqqas ta’ ħila tagħna; u hu, li hu minn dejjem u jibqa’ għal dejjem, ħa l-ġisem tagħna li jmut.  Dan kollu għamlu biex jista’ jiħallas id-dejn li kellna ma’ Alla minħabba d-dnub, u b’hekk in-natura ta’ Alla, li ma titbiddel qatt, ingħaqdet man-natura tagħna l-bnedmin, li tintemm.  B’dan il-mod, għaliex hekk kien jeħtieġ li jsir biex insalvaw, il-medjatur wieħed bejn Alla u l-bniedem, il-bniedem Kristu Ġesu’, li bħala Alla ma setax imut, seta jmut bħala bniedem.

           

Veru Alla, Ġesu’ twieled veru bniedem bħalna: kollu kemm hu Alla, bħala Alla, u kollu kemm hu bniedem, bħala bnidem.  Hu bniedem bħalna, jiġifieri hu għandu n-natura ta’ bniedem kif inħalqet fil-bidu u kif Alla ried iġeddidha, għaliex fis-Salvatur tagħna, bħala bniedem, ma kien hemm xejn minn dak li ħalla l-Ħażin u l-fatt li kien l-bniedem f’kollox, dan ma jfissirx li kien jixbaħna wkoll fid-dnub.

           

Ħa s-sura ta’ lsir, mingħajr ma ttebba’ bid-dnub; ta ġieh lin-natura tagħna l-bnedmin mingħajr ma naqqas il-ġieħ tan-natura tiegħu ta’ Alla, għaliex meta ċċekken u deher fostna, hu li ħalaq kollox u hu s-Sid ta’ kollox, sar wieħed minna biex jurina l-kobor tal-ħniena tiegħu; hu li bħala Alla, fit-tjieba tiegħu, ħalaq il-bniedem, bħala bniedem ried jieħu s-sura ta’ lsir.

           

L-Iben ta’ Alla niżel mill-għoli tas-smewwiet u daħal f’din id-dinja, u mingħajr ma tbiegħed mis-sebħ tal-Missier, tnissel fostna, b’mod ġdid, bi tnissil ieħor.  Tnissel fostna b’mod ġdid, għaliex hu, li bħala Alla ma kienx jidher, bħala bniedem deher fostna; bħala Alla aħna qatt ma konna nistgħu nagħarfuh, bħala bniedem ried ikun magħruf minna; bħala Alla kien qabel kull żmien, bħala bniedem beda jgħix fiż-żmien; bħala Alla hu Sid ta’ kollox, bħala bniedem ħa s-sura ta’ lsir u ħeba l-kobor tas-setgħa tiegħu; bħala Alla ma setax ibati, imma għoġbu jsir bniedem bħalna biex ibati għalina; bħala Alla jgħix għal dejjem, bħala bniedem qagħad għal-liġi tal-mewt.

           

Hu veru Alla u veru bniedem, u f’din il-għaqda taż-żewġ naturi f’persuna waħda, ma hemm ebda qerq, għax fiha naraw flimkien il-kobor ta’ Alla u ċ-ċokon tal-bniedem.

           

Kif Alla ma jinbidilx fih innifsu meta juri ħniena magħna, hekk in-natura tagħna l-bnedmin ma ġietx fix-xejn meta ħadha għalih l-Iben ta’ Alla.  In-natura ta’ Alla u n-natura ta’ bniedem fi Kristu jaħdmu flimkien, kull waħda skont dak li hi: in-natura ta’ Alla fi Kristu tagħmel dak li hu propju ta’ Alla, u n-natura ta’ bniedem dak li hu propju tal-bniedem.  Bħala Alla Kristu għamel l-għeġubijiet, bħala bniedem bata għalina, u, kif bħala Alla kellu dejjem l-istess glorja tal-Missier, bħala bniedem baqa’ dejjem bniedem bħalna.

           

Għalhekk aħna nistqarru li Kristu, il-Verb ta’ Alla magħmul bniedem, hu dejjem veru Iben Alla u hu dejjem veru Bin il-bniedem, Alla skont ma jingħad li fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla, u bniedem skont ma jingħad li l-Verb sar bniedem u għammar fostna.

 

RESPONSORJU                                                                                                      

 

R. Verġni Marija, ilqa’ l-messaġġ li l-Mulej bagħatlek mal-Anġlu tiegħu: inti se tnissel, u ġġib iben fid-dinja li jkun Alla u bniedem. * U tkun l-imbierka fost in-nisa kollha.

V. Tiled iben, u xbubitek tibqa’ sħiħa; tnissel fil-ġuf, u ssir omm bla ma tittiefes. * U tkun.

 

Lilek, O Alla, infaħħru

 

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta
' dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha,

lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini
*
            ixandruk bla heda:

Qaddis,
* Qaddis, * Qaddis *
            il-Mulej Alla tal-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija
*
            bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar
*
            il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar
*
            il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru * 

il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha
* il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta
' kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu,
* id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.  
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem,
*
            ma stmerrejtx tinżel f'ġuf ta' Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
*
            u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta
' Alla, *
            fis-sebħ tal-Missier.

Ahna nemmnu * 

li int għad terġa' tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
*
            li inti fdejt b'demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek
*
            fil-glorja ta' dejjem.

 

(+) Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
            bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom,
*
            erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-iehor
* aħna nberkuk:
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
  

u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum
*
            inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej,
* ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek,
*
            kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn:
*
            ma jkolli qatt għax ninfixel.

 

(+) Din l-aħħar taqsima tal-innu tista’ titħalla barra.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Verb tiegħek isir bniedem bħalna fil-ġuf ta’ Marija Verġni; agħtina l-grazzja biex aħna, li nistqarru li l-Feddej tagħna hu Alla u bniedem, insiru wkoll nixbhuh fil-ħajja tiegħu ta’ Alla. B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            X’jum glorjuż bl-aħbar tal-fidwa

Fih ġie l-Anġlu għand il-Verġni

            bil-messaġġ tat-tjieba t’Alla,

            biex isseħħ il-wegħda hienja.

            Il-Verb Alla, li hu mnissel

            sa minn dejjem minn Missieru,

            għoġbu wkoll minn fostna jagħżel

            omm, ħa jgħix għal żmien fid-dinja.

 

            Hekk sar bniedem u offra ruħu

            bħala vittma għal dnubietna,

            ħalli hu, bla ħtija, b’demmu

            jista’ jħassar dejn il-ħatja.

 

            Verita’ li dhert fuq artna

            b’ġisem bħalna minn Omm Verġni,

            saffi ’l qalbna, u bid-dawl tiegħek

            imla ’l ruħna li tixtieqek.

 

            W int, qaddejja umli t’Alla,

            mis-smewwiet, fejn qiegħda ssaltan,

            ibqa’ ħares lilna wliedek

            taħt għajnejk, bħal omm ħanina.

 

            Glorja lilek, Kristu Sidna,

            Bin Marija, Omm u Verġni;

            mal-Missier u mal-Ispirtu,

            ġieh jintraddlek, issa u dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Alla bagħat l-anġlu Gabrijiel għand Marija Verġni l-għarusa ta’ Ġużeppi (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Alla bagħat l-anġlu Gabrijiel għand Marija Verġni l-għarusa ta’ Ġużeppi (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 2  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek (Ż.Għ. hallelujah).

 

                   Kantiku                                     Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 3  Il-Verġni nisslet b’kelma bla ma ttiefset xbubitha, u baqgħet Verġni meta tat lid-dinja s-Salvatur (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Il-Verġni nisslet b’kelma bla ma ttiefset xbubitha, u baqgħet Verġni meta tat lid-dinja s-Salvatur (Ż.Għ. hallelujah).

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                              Fil 2: 6-7

 

Ġesu’ Kristu, li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, imma tneżża’ minn kollox, billi ħa n-natura ta’ lsir, sar jixbah lill-bniedem u deher minn barra bħal bniedem.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; * Il-Mulej miegħek. Sliem.

V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej miegħek.

Glorja. Sliem.

 

Fi żmien il-Għid:

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; * Hallelujah, hallelujah. Sliem.

V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. Sliem.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Fl-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb (Ż.Għ. hallelujah).

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Fl-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb (Ż.Għ. hallelujah).

 

PREĊI

 

Illum qegħdin niċċelebraw il-bidu tas-salvazzjoni tagħna bit-Tħabbira tal-Mulej.

Bil-ferħ ta’ qalbna nitolbu ’l Alla u ngħidulu:

            Tidħol għalina quddiemek l-Omm qaddisa ta’ Alla.

Il-Verġni Marija laqgħet b’ferħ kbir l-aħbar li bagħattilha ma’ Gabrijel:

-         agħmel, o Alla, li aħna wkoll nilqgħu s-Salvatur tagħna b’radd ta’ ħajr.

Int ħarist lejn iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħek:

-         ftakar fina lkoll u ħenn għalina, għax int Missier ħanin.

Marija hija Eva l-ġdida li obdiet il-Kelma divina tiegħek:

-         ħa jsir minna wkoll skont ir-rieda tiegħek.

Agħmel li l-Verġni mqaddsa Marija tkun l-għajnuna tal-imsejknin u ta’ min hu

qalbu mbeżżgħa u dgħajjef:

-         tidħol bit-talb tagħha għall-kleru, għar-reliġjużi, u għall-poplu kollu.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Verb tiegħek isir bniedem bħalna fil-ġuf ta’ Marija Verġni; agħtina l-grazzja biex aħna, li nistqarru li l-Feddej tagħna hu Alla u bniedem, insiru wkoll nixbhuh fil-ħajja tiegħu ta’ Alla. B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

It-Talb ta’ nofs il-jum

 

 

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

 

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Spirtu s-Santu, li int Alla

wieħed mal-Missier u l-Iben,

ejja xxerred ġewwa fina,

ħalli bik ilkoll timliena.

 

Bi kliem fommna, b’qalbna w ruħna,

nerfgħu lejk it-tifħir tagħna;

int kebbisna b’nar imħabbtek,

u nxerduh fl-oħrajn madwarna.

 

Kun id-dawl li jtina l-għarfa

tal-Missier u l-Iben tiegħu;

żomm qawwija l-fidi tagħna

fik, l-Ispirtu li ġej minnhom.  Ammen.

 

Ant. Min-nisel ta’ Ġesse twieldet il-Verġni Marija, li fiha għammar l-Ispirtu ta’ Alla l-għoli (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 119 (120)

Ix-xewqa tal-paċi

 

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

 

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *

u hu weġibni.

 

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *

u mill-ilsna qarrieqa.

X'se tieħu b'dan, u x'se jiswielek, *

ilsien qarrieq?

Vleġeġ misnuna ta' wieħed b'saħħtu, *

u ġamar tal-ġummar.

Imsejken jien, li ngħix barrani f'Mesek; *

li ngħammar fl-għerejjex ta' Kedar!

Ili ngħix biżżejjed *

ma' dawk li jobogħdu s-sliem.

Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *

insibhom lesti għall-ġlied.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

 

Salm 120 (121)

Il-Mulej iħares il-poplu

 

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

 

Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; *

mnejn se tiġini l-għajnuna?

Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *

ma jongħosx dak li jħarsek.

Ara, la jongħos u lanqas jorqod *

dak li jħares lil Iżrael.

 

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *

anqas il-qamar billejl.

 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *

hu jħarislek ħajtek.

Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *

minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 128

Il-poplu fil-hemm iġedded it-tama

 

Il-Knisja tgħid x’qiegħda ġġarrab (S. Wistin)

 

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *

- ħa jgħid hekk Iżrael -

ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *

            imma ma rnexxilhomx jegħelbuni.

Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *

            raddiet twal bis-swat għamluli.

Imma ġust hu l-Mulej, *

            u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

 

Ħa jinfixlu u jmorru lura *

            dawk kollha li jobgħodu ‘l Sijon.

Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, *

            li jinxef qabel ma jikber,

li bih il-ħassad ma jimliex idu, *

            anqas ħadd jorbtu f’qatet quddiemu.

 

U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †

            “Il-Barka ta’ Alla fuqkom!  *

            Inberkukom f’isem il-Mulej!”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Min-nisel ta’ Ġesse twieldet il-Verġni Marija, li fiha għammar l-Ispirtu ta’ Alla l-għoli (Ż.Għ. hallelujah).

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        Ef 1: 9b-10

 

Il-pjan ta’ Alla kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet: jiġifieri, li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

V. L-anġlu tal-Mulej ħabbar lil Marija (Ż.Għ. hallelujah).

R. U nisslet mill-Ispirtu s-Santu (Ż.Għ. hallelujah).

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Verb tiegħek isir bniedem bħalna fil-ġuf ta’ Marija Verġni; agħtina l-grazzja biex aħna, li nistqarru li l-Feddej tagħna hu Alla u bniedem, insiru wkoll nixbhuh fil-ħajja tiegħu ta’ Alla. B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

F’Nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Mexxej qawwi, Alla veru,

Inti kollox tqassam sewwa:

jisbaħ jum, tagħnih bid-dija;

f’nofsu żżejnu b’dawl iħeġġeġ.

 

Iżda itfi l-għadab fina,

taffi s-sħana ta’ kull deni,

agħti s-saħħa ‘l min hu dgħajjef,

ġib is-sliem tassew fi qlubna.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen.

 

Ant. Ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 122 (123)

Il-Mulej it-tama tal-poplu

 

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

 

Lejk nerfa' għajnejja, *

int li tgħammar fis-smewwiet.

 

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *

bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;

hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *

sa ma jkollu ħniena minna.

 

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *

għax mitmugħa sax-xaba' bit-tagħjir.

Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *

biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

 Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 123 (124)

Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

 

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

 

Li ma kienx il-Mulej magħna *

            – ħa jgħid hekk Iżrael –

li ma kienx il-Mulej magħna, *

meta qamu għalina n-nies,

ħajjin kienu jibilgħuna, *

meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

 

L-ilma kien jgħarraqna, *

il-wied kien jgħaddi minn fuqna;

minn fuqna kien jgħaddi *

mewġ ta' ilma qawwi.

 

Imbierek il-Mulej, *

li ma telaqniex priża għal snienhom.

Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *

Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

 

L-għajnuna tagħna f'isem il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

 

 

Salm 124 (125)

Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

 

ls-sliem fuq Iżrael ta Alla (Gal 6,16).

 

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta' Sijon, *

li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.

Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *

hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,

minn issa u għal dejjem.

Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena

fuq l-art, wirt il-ġusti, *

biex ma jiġrix li l-ġusti

jmiddu jdejhom għall-ħażen.

 

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *

u lil dawk ta' qalbhom safja.

Imma 'l dawk li jgħawwġu triqthom †

jitlaqhom il-Mulej ma' dawk li jagħmlu l-ħażen.

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El (Ż.Għ. hallelujah).

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  1 Ġw 4: 10

 

Hawn qiegħda l-imħabba: mhux għax aħna ħabbejna ’l Alla, imma għax ħabbna hu, u bagħat lil Ibnu bħala tpattija għal dnubietna.

 

V. Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej (Ż.Għ. hallelujah).

R. Ħa jsir minni skont kelmtek (Ż.Għ. hallelujah).

 

 

 

 

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Verb tiegħek isir bniedem bħalna fil-ġuf ta’ Marija Verġni; agħtina l-grazzja biex aħna, li nistqarru li l-Feddej tagħna hu Alla u bniedem, insiru wkoll nixbhuh fil-ħajja tiegħu ta’ Alla. B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Alla, int, li fik innifsek

m’hemmx tibdil lill-ħlejjaq trieġi:

lil kull siegħa tal-ġurnata

tqis id-dawl li jkun imissha.

 

Ibagħtilna lejla tajba,

fejn il-ħajja qatt ma tonqos,

imma tersaq lejn il-glorja,

li tkun ħlas ta’ mewt qaddisa.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen.

 

Ant. Is-setgħa tiegħu tixtered sat-trufijiet tal-art; u dan ikun is-sliem (Ż.Għ. hallelujah).

 

 

Salm 125 (126)

Ferħ u hena fil-Mulej

 

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

 

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imjassra ta' Sijon, *

konna qisna mitlufa f'ħolma;

mbagħad bid-daħk imtela fommna, *

u bl-għajat ta' ferħ ilsienna.

Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *

"Kbir f'għemilu l-Mulej magħhom!"

Kbir f'għemilu l-Mulej magħna! *

U aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Biddel, Mulej, xortina, *

bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *

jaħsdu bl-għana ta' ferħ.

 

Huma u sejrin, imorru jibku, *

jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.

Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b'għana ta' ferħ, *

iġorru l-qatet f'idejhom.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 130

Tama sħiħa fil-Mulej

 

Tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli (Mt 11, 29).

 

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *

            anqas ma ntrefgħu għajnejja;

jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *

            jew wara ħwejjeġ ogħla minni.

 

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ, *

            bħal tarbija f’ħoġor ommha;

bħal tarbija miftuma, *

            hekk hi ruħi ġewwa fija.

 

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *

            minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 127 (128)

Is-sliem tad-dar fil-Mulej

 

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

 

Hieni kull min jibża' mill-Mulej, *

kull min jimxi fit-triqat tiegħu!

Mix-xogħol ta' idejk inti tiekol; *

hieni int, u riżqek tajjeb!

Martek tkun bħal dielja għammiela *

            fl-irkejjen ta' darek;

uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *

madwar il-mejda tiegħek.

 

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *

li jibża' mill-Mulej!

Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *

Jalla tara l-ġid ta' Ġerusalemm tul ħajtek kollha!

Jalla tara wlied uliedek! *

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Is-setgħa tiegħu tixtered sat-trufijiet tal-art; u dan ikun is-sliem (Ż.Għ. hallelujah).

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                         1 Tim 2: 5-6a

 

Wieħed hu Alla, u wieħed hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem, Kristu Ġesu’, li hu wkoll bniedem, li ta lilu nnifsu bħala prezz tal-fidwa għal kulħadd.

 

V. Il-Verb sar bniedem (Ż.Għ. hallelujah).

R. U għammar fostna (Ż.Għ. hallelujah).

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Verb tiegħek isir bniedem bħalna fil-ġuf ta’ Marija Verġni; agħtina l-grazzja biex aħna, li nistqarru li l-Feddej tagħna hu Alla u bniedem, insiru wkoll nixbhuh fil-ħajja tiegħu ta’ Alla. B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,

Omm qaddisa u kbira t’Alla,

dejjem Verġni bla mittiefsa,

bieb il-hena u ferħ tas-sema.

 

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima

Gabrijiel qed isemmagħlek,

ibdel fiha l-isem t’Eva,

ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

 

 

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,

ġib id-dawl lill-għomja kollha,

biegħed minna l-ħażen tagħna,

niżżel fuqna l-ġid mis-sema.

 

Uri li tassew int Ommna,

wassal talbna quddiem Alla,

li fi ħnientu twieled minnek

biex isir għalina bniedem.

 

Verġni fost kulħadd magħżula,

ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,

itlob ’l Ibnek biex jagħtina

maħfra, safa u spirtu ħlejju.

 

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,

żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,

sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra

ta’ Ġesu’ għal dejjem miegħek.

 

Lill-Missier it-tifħir tagħna,

ġeh u setgħa ’l Kristu Sidna,

lill-Ispirtu s-Santu l-qima,

sebħ lit-Tlieta, Alla wieħed.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 L-Anġlu tal-Mulej ħabbar lil Marija, u hi nisslet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 109: 1-5. 7

  

Il-kelma tal-Mulej lil Sidi: *

“Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,

sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħek *

mirfes taħt riġlejk.”

 

Ix-xettru tal-qawwa tiegħek

jibgħat il-Mulej minn Sijon: *

aħkem f’nofs l-għedewwa tiegħek.

Tiegħek is-setgħa sa minn twelidek

fuq l-għoljiet imqaddsa, *

sa minn qabel is-sebħ bħan-nida jien nissiltek.

 

Ħalef il-Mulej, u ma jisgħobx bih: *

“Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek!”

 

Sidi fuq il-leminija tiegħek, *

jidrob is-slaten f’jum il-qilla tiegħu.

Mill-wied jixrob fi triqtu, *

għalhekk jerfa’ ‘l fuq rasu.          

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 L-Anġlu tal-Mulej ħabbar lil Marija, u hi nisslet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 2 Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla; int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben, u jkun jissejjaħ Bin Alla l-Għoli (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 129

 

Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej: *

isma’, Sidi, il-leħen tiegħi!

Ħa jkunu widnejk miftuħa,*

jiena u nitolbok bil-ħniena.

 

Jekk tal-ħtijiet int tagħti każ, Mulej, *

Sidi, min jista’ jżomm sħiħ?

Imma għandek hemm il-maħfra, *

biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek.

 

Jien lill-Mulej nistenna, *

ruħi f’kelmtu tittama.

Tistenna ruħi lil Sidi, *

aktar milli l-għassiesa s-sebħ.

 

Aktar mill-għassiesa s-sebħ, *

jistenna Iżrael lill-Mulej!

Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba, *

u l-fidwa għandu bil-kotra.

 

Hu li jifdi lil Iżrael *

minn ħtijietu kollha.         

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla; int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben, u jkun jissejjaħ Bin Alla l-Għoli (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 3 Jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek (Ż.Għ. hallelujah).

 

                                                                  Kantiku                                   Kol 1: 12-20

 

Roddu ħajr lill-Missier,

li għamilkom denji *

li tissieħbu fil-wirt tal-qaddisin fis-saltna tad-dawl.

Hu ħelisna mill-ħakma tad-dlam, *

u daħħalna fis-saltna ta’ Ibnu l-għażiż,

li bih għandna l-fidwa, *

il-maħfra tad-dnubiet.

 

Hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, *

il-kbir fost il-ħlejjaq kollha;

għax bih kien maħluq kollox, *

fis-sema u fl-art,

dak kollu li jidher

u dak kollu li ma jidhirx, *

troni u ħakmiet, prinċipati u setgħat.

 

Kollox bih u għalih kien maħluq,

hu qabel kollox, *

u kollox bih qiegħed iżomm.

 

Hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja;

hu l-bidu, il-kbir li qam mill-imwiet, *

sabiex ikun hu l-ewwel f’kollox.

 

Fih għoġobha tgħammar il-milja kollha tad-divinità, *

fih Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu,

u bid-demm tiegħu, imxerred fuq is-salib, *

ġieb is-sliem permezz tiegħu fis-sema u fl-art.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek (Ż.Għ. hallelujah).

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  1 Ġw 1: 1-2

 

Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna, li rajna b’għajnejna, li lejh ħarisna u li messew idejna, jiġifieri l-Kelma tal-ħajja, dan se nxandrulkom. Għax il-ħajja wriet ruħha u aħna rajnieha u qegħdin nixhdu għaliha. Qegħdin inxandrulkom il-ħajja ta’ dejjem li kienet għand il-Missier u li wriet ruħha lilna.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. Il-Verb sar bniedem, * U għammar fostna. Il-Verb.

V. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. * U għammar fostna. Glorja. Il-Verb.          

 

Barra żmien il-Għid:

R. Il-Verb sar bniedem, u għammar fostna. * Hallelujah, hallelujah. Il-Verb.

V. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. * Hallelujah, hallejujah. Glorja. Il-Verb.      

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija L-anġlu Gabrijel qal lil Marija: Sliem għalik, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek; imbierka inti fost in-nisa (Ż.Għ. hallelujah).

 

 

 

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija L-anġlu Gabrijel qal lil Marija: Sliem għalik, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek; imbierka inti fost in-nisa (Ż.Għ. hallelujah).

 

PREĊI

 

Il-Missier etern f’dan il-jum bagħat l-Anġlu tiegħu biex iħabbar is-Salvatur tagħna

lil Marija. Nadurawh u b’fiduċja kbira ngħidulu:

Mulej, sawwab fuqna il-kotra tal-grazzji tiegħek.

Int għażilt lil Marija biex tkun Omm Ibnek:

-         ħenn għal dawk kollha li qegħdin jistennew il-fidwa Bih.

Int, permezz ta’ Gabrijiel, ħabbart is-sliem u ferħ kbir lil Marija:

-         agħti l-ferħ u s-sliem tassew lid-dinja kollha.

Permezz ta’ Marija, li laqgħet il-kelma tiegħek, u bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, int

bgħatt il-Verb tiegħek biex igħammar fostna:

-         ħejji lil qalbna biex nilqgħu lil Kristu kif laqgħetu l-Verġni Marija.

Inti tħares lejn iċ-ċkejknin u timla bil-ġid lil min hu bil-ġuħ:

-         serraħ lil min hu mtaqqal, għin lil min hu fil-bżonn, ieqaf mal-moribondi.

Għalik ma hemm xejn li ma jistax isir, u int waħdek tagħmel l-għeġubijiet:

-         salva lilna u lil ħutna kollha meta fl-aħħar jum tqajjem lill-mejtin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-Verb tiegħek isir bniedem bħalna fil-ġuf ta’ Marija Verġni; agħtina l-grazzja biex aħna, li nistqarru li l-Feddej tagħna hu Alla u bniedem, insiru wkoll nixbhuh fil-ħajja tiegħu ta’ Alla. B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

31 TA’ MEJJU

 

Festa ta

IŻ-ŻJARA TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

Ant.  Ngħajtu bil-ferħ lill-Mulej, fiċ-ċelebrazzjoni taż-Żjara tal-Verġni mqaddsa Marija (Ż.Għ. hajjelujah).

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Ngħajtu bil-ferħ lill-Mulej, fiċ-ċelebrazzjoni taż-Żjara tal-Verġni mqaddsa Marija (Ż.Għ. hajjelujah).

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Ngħajtu bil-ferħ lill-Mulej, fiċ-ċelebrazzjoni taż-Żjara tal-Verġni mqaddsa Marija (Ż.Għ. hajjelujah).


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Ngħajtu bil-ferħ lill-Mulej, fiċ-ċelebrazzjoni taż-Żjara tal-Verġni mqaddsa Marija (Ż.Għ. hajjelujah).

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Ngħajtu bil-ferħ lill-Mulej, fiċ-ċelebrazzjoni taż-Żjara tal-Verġni mqaddsa Marija (Ż.Għ. hajjelujah).


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant.  Ngħajtu bil-ferħ lill-Mulej, fiċ-ċelebrazzjoni taż-Żjara tal-Verġni mqaddsa Marija (Ż.Għ. hajjelujah).



 

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Ngħajtu bil-ferħ lill-Mulej, fiċ-ċelebrazzjoni taż-Żjara tal-Verġni mqaddsa Marija (Ż.Għ. hajjelujah).

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

            Ejja, Sidt glorjuża tagħna,

            o Marija, ejja żurna,

            int li mlejt id-dar għażiża

            ta’ qaribtek b’ferħ is-sema.

 

            Ejja, ħajja u tama tagħna,

            biex tnaddafna minn ħtijietna;

            żur lill-poplu u biegħed minnu

            kull tiġrib ta’ biża’ u ħsara.

            Ejja, kewkba tal-baħħara,

            ixħet fuqna raġġ ta’ paċi,

            biex turina t-triq u żżommna

            miexja fiha sħaħ bla tebgħa.

 

            Ejja żurna, Omm l-imħabba,

            qawwi l-ħila dgħajfa tagħna;

            tħalliniex mingħajr għajnuna

            f’dan il-mewġ qalil tal-ħajja.

 

            Ejja, Verġni, bint is-slaten,

            reġġa’ lura n-ngħaġ mitlufa,

            għinhom jerġgħu jsibu l-għaqda

            f’merħla waħda taħt ragħaj wieħed.

 

            Ejja fostna, o Marija,

            Omm il-Knisja, ħalli miegħek

            nagħtu dejjem ġieh lill-Iben,

            mal-Missier u mal-Ispirtu.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *      

            iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

V.  Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R.  Hieni min iħarisha.

 

LEZZJONI I                                                                                      Għan 2: 8-14; 8: 6-7

 

Qari mill-Ktieb tal-Għanja tal-Għanjiet

 

Il-miġja tal-maħbub

 

Leħen il-Maħbub tiegħi: arah, hu ġej, jaqbeż fuq il-muntanji, jitqabeż fuq l-għoljiet.  Il-Maħbub tiegħi qisu xi għażżiela, jew ferħ iċ-ċriev.  Hemm huwa, wieqaf wara l-ħajt tagħna, iħares minn ġot-tieqa, u jħarrex wara l-gradi tal-ħadid.

           

Qabad jitkellem hu, il-Maħbub tiegħi, u qiegħed igħidli: ‘’Maħbuba tiegħi, qum, ejja, sabiħa tiegħi!  Għax, ara, għaddiet ix-xitwa, spiċċat ix-xita, marret.  Fuq l-art ġa deher il-ward, iż-żmien tal-għana wasal, fuq artna nstema’ leħen il-gamiem.  Diġa’ beda mit-tin ħiereġ il-frott, u n-nwar tad-dwieli jxerred riħa ħelwa.  Maħbuba tiegħi, qum, ejja, ġmiel tiegħi!  Ħamiema tiegħi ġewwa x-xquq tal-blat, moħbija ġo xi rdum, urini wiċċek, semmagħli leħnek, għax leħnek ħlejju, u sbejjaħ wiċċek!’’

           

Qegħidni bħal siġill fuq il-qalb tiegħek, siġill fuq id-driegħ tiegħek.  Għaliex bħall-mewt l-imħabba hi qawwija, daqs art l-imwiet il-għira hija kiefra.  Ix-xrariet tagħha huma xrar tan-nar, nar tal-Mulej.  Ilmijiet kbar mhuma se jaslu qatt biex jitfu lill-imħabba, anqas ix-xmajjar ma jġorruha magħhom.  Il-bniedem li jrid jagħti l-ġid kollu ta’ daru biex jixtri l-imħabba, tmaqdir isib.

 

RESPONSORJU                                                                                                                   

 

R. Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu, u nfexxet f’għajta kbira u qalet: Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! * U minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi? hallelujah.

V. Għax ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija qabżet u tqanqlet bil-ferħ fil-ġuf. * U minn fejn.

 

LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mill-Omiliji ta’ San Beda l-Venerabbli, saċerdot. 

 

Marija tfaħħar lill-Mulej għal li għamel magħha

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi. B’dawn il-kelmiet, Marija stqarret l-ewwelnett id-doni speċjali mogħtija lilha, u mbagħad semmiet il-grazzji ġenerali li Alla sa mill-bidu qatt ma jonqos li jagħti lill-bnedmin.

           

Tfaħħar il-kobor tal-Mulej ir-ruħ ta’ dak li jingħata kollu kemm hu biex ifaħħar u jaqdi lil Alla bis-sentimenti kollha tiegħu, u jħares il-kmandamenti tiegħu ħalli juri li qiegħed dejjem iżomm fi ħsiebu s-setgħa u l-kobor tiegħu. Jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħu l-ispirtu ta’ dak li l-għaxqa waħdanija tiegħu hi t-tifkira ta’ min ħalqu, li minnu jittama s-salvazzjoni ta’ dejjem.

           

Mela dawn il-kelmiet joqgħdu tajjeb fuq ix-xofftejn tal-perfetti kollha; imma kien jixraq l-iżjed li tgħidhom l-Omm qaddisa ta’ Alla, li, bi privileġġ speċjali, l-ispirtu tagħha kien imħeġġeġ bl-imħabba lejn dak li ferraħha bit-tnissil tiegħu minnha bħala bniedem. Kellha raġun Marija tifraħ wisq iżjed mill-qaddisin l-oħra b’Ġesu’, is-Salvatur tagħha, għax hi mhux biss għarfitu bħala l-għajn eterna tas-salvazzjoni, imma wkoll kienet taf li hu l-stess li se jitwieled minnha bħala bniedem, b’mod li l-istess persuna tkun tassew Binha u Sidha.

           

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Stqarret li l-kobor kollu tagħha ma kien xejn mertu tagħha, imma don ta’ dak li hu setgħani u kbir fih innifsu, u jkabbar u jqawwi lill-fidili ċkejknin u dgħajfin tiegħu.

           

Għamlet tajjeb li żiedet tgħid: Qaddis hu l-isem tiegħu. B’hekk wissiet lil dawk kollha li jisimgħu dawn il-kelmiet, anzi wriethom kif għandhom minnufih jemmnu f’isem il-Mulej u jsejħulu, biex huma wkoll jistgħu jkollhom sehem mill-qdusija ta’ dejjem u mis-salvazzjoni vera, skont il-kliem tal-profeta: U jiġri li kull min isejjaħ isem il-Mulej ikun salv. Għax dan hu l-isem li Marija fehmet meta aktar ‘il fuq qalet: U l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi.

           

Minn hawn ġejja d-drawwa tassew sabiħa u ta’ fejda fil-Knisja mqaddsa, li l-fidili kollha, fl-Uffiċċju tal-għasar, itennu kuljum il-kantiku ta’ Marija, ħalli b’hekk it-tifkira tal-inkarnazzjoni tal-Mulej tħeġġeġ sikwit lill-insara bl-imħabba, u l-eżempju ta’ Omm Alla jsaħħuhom u jwettquhom dejjem iżjed fil-virtu’.  U hi ħaġa f’waqtha li dan isir fil-għasar, biex wara t-taħbit tal-ġurnata u t-tixrid fuq il-ħafna ħsibijiet, ir-ruħ tagħna, meta jasal ħin il-mistrieħ, tinġabar fiha nfisha f’għaqda waħda ma’ dak li jkollha fi ħsiebha.

 

RESPONSORJU                                                                                                      

 

R. Hienja int, Marija, għax emmint li għad iseħħ dak kollu li l-Mulej bagħat igħidlek.  U qalet Marija: * Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej hallelujah.

V. Ejjew, isimgħu, u ngħidilkom x’għamel Alla miegħi. * Ruħi.

 

 

Lilek, O Alla, infaħħru

 

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta
' dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha,

lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini
*
            ixandruk bla heda:

Qaddis,
* Qaddis, * Qaddis *
            il-Mulej Alla tal-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija
*
            bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar
*
            il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar
*
            il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru * 

il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha
* il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta
' kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu,
* id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.  
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem,
*
            ma stmerrejtx tinżel f'ġuf ta' Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
*
            u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta
' Alla, *
            fis-sebħ tal-Missier.

Ahna nemmnu * 

li int għad terġa' tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
*
            li inti fdejt b'demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek
*
            fil-glorja ta' dejjem.

 

(+) Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
            bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom,
*
            erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-iehor
* aħna nberkuk:
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
  

u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum
*
            inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej,
* ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek,
*
            kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn:
*
            ma jkolli qatt għax ninfixel.

 

(+) Din l-aħħar taqsima tal-innu tista’ titħalla barra.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem, li tista’ kollox, meta l-Verġni mqaddsa Marija saret Omm Ibnek, qabel ma tatu lid-dinja int nebbahtha biex tmur iżżur lil Eliżabetta; agħmel li aħna wkoll inġibu ruħna skont ma jnebbaħna l-Ispirtu s-Santu, biex inkunu nistgħu, flimkien ma’ Marija, infaħħru dejjem il-kobor tiegħek. B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

 

            Omm qaddisa, ejja, u miegħek

ġib id-don li tak l-Ispirtu,

            biex tferraħna b’din iż-żjara,

            kif ferraħt f’ġuf ommu ’l Ġwanni.

 

            Ejja, Verġni, bit-tarbija,

            biex id-dinja tara u temmen,

            u jseħħilha dejjem tfaħħrek

            kif jistħoqqlok, bħal Omm Alla.

 

            Sellem issa wkoll lill-Knisja,

            biex, kif tisma’ l-ħoss ta’ leħnek,

            tqum malajr bil-ferħ tal-miġja

            tal-Mulej, li hi tistenna.

 

            Itfa’ ħarstek, o Marija,

            fuq il-popli wlied il-fidi;

            lejk iduru b’ħerqa kbira,

            jistennew l-għajnuna tiegħek.

 

            Serħ u tama ħelwa tagħna,

            port mixtieq ta’ salvazzjoni,

            tul il-vjaġġ kun int il-kewkba

            li twassalna fl-art imwiegħed.

 

            Miegħek, Verġni, ruħna tfaħħar

            kobor Alla u tifraħ f’Sidna,

            għaliex hu l-Mulej li kabbrek,

            hu l-Qaddis, għal dejjem ismu!  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet b’belt tal-Lhudija (Ż.Għ. hajjelujah).

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet b’belt tal-Lhudija (Ż.Għ. hajjelujah).

 

Ant. 2  Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija tagħha qabżet fil-ġuf u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu (Ż.Għ. hajjelujah).

 

 

 

 

                   Kantiku                                     Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija tagħha qabżet fil-ġuf u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu (Ż.Għ. hajjelujah).

 

Ant. 3  Hienja int, Marija, għax int emmint li jseħħ kull ma bagħat jgħidlek il-Mulej (Ż.Għ. hajjelujah).

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Hienja int, Marija, għax int emmint li jseħħ kull ma bagħat jgħidlek il-Mulej (Ż.Għ. hajjelujah).

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        Ġoel 2: 27-3: 1a

 

Tagħarfu li jien ninsab f’nofs Iżrael, u li jiena l-Mulej, Alla tagħkom, u ma hemmx ħliefi. Il-poplu tiegħi qatt iżjed ma jkollu għax jistħi. Wara dan, jiġri li jiena nsawwab l-Ispirtu tiegħi, fuq il-ħlejjaq kollha; uliedkom iħabbru, subien u bniet.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.

V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għarraf.

 

Fi żmien il-Għid:

R. Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd. * Hallelujah, hallelujah. Għażilha.

V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * Hallelujah, hallelujah. Glorja. Għażilha.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, infexxet f’għajta kbira u qalet: Minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi? (Ż.Għ. hajjelujah).

 

 

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, infexxet f’għajta kbira u qalet: Minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi? (Ż.Għ. hajjelujah).

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Salvatur tad-dinja, bil-grazzja qawwija tal-fidwa tiegħek int ħarist minn qabel lil

Ommok minn kull tebgħa ta’ dnub:

-         żommna safja u mbiegħda mid-dnub.

Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed

qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu:

-         agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.

Verb etern, int għallimt lil Ommok tagħżel għaliha s-sehem it-tajjeb:

-         agħtina li nagħmlu bħalha, billi nfittxu l-ikel li jsaħħaħna għall-ħajja ta’ dejjem.

Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-

ġisem:

-         agħtina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.

Sid is-sema u l-art, int qegħidt lil Marija sultana fil-leminija tiegħek:

-         agħmel li jkun jistħoqqilna nissieħbu magħha fil-glorja.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem, li tista’ kollox, meta l-Verġni mqaddsa Marija saret Omm Ibnek, qabel ma tatu lid-dinja int nebbahtha biex tmur iżżur lil Eliżabetta; agħmel li aħna wkoll inġibu ruħna skont ma jnebbaħna l-Ispirtu s-Santu, biex inkunu nistgħu, flimkien ma’ Marija, infaħħru dejjem il-kobor tiegħek. B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

It-Talb ta’ nofs il-jum

 

Antifoni u salmi tal-ferja. Fis-samodija komplementari, minflok is-salm 121 jista’ jingħad is-salm 128 u minflok is-salm 126 jista’ jingħad is-salm 130.

 

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

F’din is-siegħa, nofs il-għodwa,

            nerfgħu qlubna ’l fuq lejn Alla,

            u bil-qima nagħtuh glorja,

            għax hu ħelu t-tifħir tiegħu.

 

            Nitolbuh biex jibagħtilna

            lill-Ispirtu jgħammar fina,

            kif, bħal issa, darba niżel

            f’nar ta’ mħabba fuq l-appostli.

 

            Hekk ried jagħlaq b’dan il-għaġeb

            l-għemil sħiħ tal-fidwa tagħna,

            ħa jmexxina ħfief għall-premju

            li ħejjielna sa minn dejjem.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Ant. 1  Lill-Mulej sejjaħt, u hu weġibni.

 

Salm 119 (120)

Ix-xewqa tal-paċi

 

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

 

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *

u hu weġibni.

 

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *

u mill-ilsna qarrieqa.

X'se tieħu b'dan, u x'se jiswielek, *

ilsien qarrieq?

Vleġeġ misnuna ta' wieħed b'saħħtu, *

u ġamar tal-ġummar.

Imsejken jien, li ngħix barrani f'Mesek; *

li ngħammar fl-għerejjex ta' Kedar!

Ili ngħix biżżejjed *

ma' dawk li jobogħdu s-sliem.

Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *

insibhom lesti għall-ġlied.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Lill-Mulej sejjaħt, u hu weġibni.

 

Ant. 2  Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek.

 

Salm 120 (121)

Il-Mulej iħares il-poplu

 

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

 

Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; *

mnejn se tiġini l-għajnuna?

Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *

ma jongħosx dak li jħarsek.

Ara, la jongħos u lanqas jorqod *

dak li jħares lil Iżrael.

 

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *

anqas il-qamar billejl.

 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *

hu jħarislek ħajtek.

Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *

minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek.

 

Ant. 3  Fraħt b’dak li qaluli.

 

Salm 128

Il-poplu fil-hemm iġedded it-tama

 

Il-Knisja tgħid x’qiegħda ġġarrab (S. Wistin)

 

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *

- ħa jgħid hekk Iżrael -

ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *

            imma ma rnexxilhomx jegħelbuni.

Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *

            raddiet twal bis-swat għamluli.

Imma ġust hu l-Mulej, *

            u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

Ħa jinfixlu u jmorru lura *

            dawk kollha li jobgħodu ‘l Sijon.

Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, *

            li jinxef qabel ma jikber,

li bih il-ħassad ma jimliex idu, *

            anqas ħadd jorbtu f’qatet quddiemu.

 

U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †

            “Il-Barka ta’ Alla fuqkom!  *

            Inberkukom f’isem il-Mulej!”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Fraħt b’dak li qaluli.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                    Ġudit 13: 31

 

Imbierka int minn Alla tiegħek fl-għamajjar kollha ta’ Ġakobb, għax kull ġens, li jisma’ bik, igħolli bit-tifħir lil Alla ta’ Iżrael minħabba fik.

 

Barra żmien il-Għid:

V.  Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R. Hieni min iħarisha.

 

Fi żmien il-Għid:

V. Omm qaddisa u Verġni safja, sultana glorjuża tad-dinja, hallelujah.

R. Idħol għalina quddiem il-Mulej, hallelujah. 

 

 

 

F’Nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

 

INNU

 

F’dan  il-ħin li jistedinna

            biex nistrieħu ftit mill-ħidma

            b’qalbna mħeġġa nfaħħru ’l Sidna

            li ma stmerrx imut għalina.

 

            Hu l-Ħaruf li offra ruħu

            lil Missieru bħala vittma,

            biex jifdna u jerġa’ jtina

            bis-salib il-ġieh li tlifna.

 

            Inroddulu ħajr għall-grazzja

            tas-salib, li d-dija tiegħu

            tfiet ix-xemx fuq il-Kalvarju,

            iżda mliet bid-dawl lil ruħna.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Ant. 1  Int li tgħammar fis-smewwiet, ħenn għalina.

 

Salm 122 (123)

Il-Mulej it-tama tal-poplu

 

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

 

Lejk nerfa' għajnejja, *

int li tgħammar fis-smewwiet.

 

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *

bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;

hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *

sa ma jkollu ħniena minna.

 

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *

għax mitmugħa sax-xaba' bit-tagħjir.

Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *

biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Int li tgħammar fis-smewwiet, ħenn għalina.

 

Ant. 2  L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej.

 

Salm 123 (124)

Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

 

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

 

Li ma kienx il-Mulej magħna *

            – ħa jgħid hekk Iżrael –

li ma kienx il-Mulej magħna, *

meta qamu għalina n-nies,

ħajjin kienu jibilgħuna, *

meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

 

L-ilma kien jgħarraqna, *

il-wied kien jgħaddi minn fuqna;

minn fuqna kien jgħaddi *          

mewġ ta' ilma qawwi.

 

Imbierek il-Mulej, *

li ma telaqniex priża għal snienhom.

Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *

Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

 

L-għajnuna tagħna f'isem il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej.

 

Ant. 3  Il-Mulej madwar il-poplu tiegħu, minn issa u għal dejjem.

 

Salm 124 (125)

Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

 

ls-sliem fuq Iżrael ta Alla (Gal 6,16).

 

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta' Sijon, *

li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.

Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *

hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,

minn issa u għal dejjem.

Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena

fuq l-art, wirt il-ġusti, *

biex ma jiġrix li l-ġusti

jmiddu jdejhom għall-ħażen.

 

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *

u lil dawk ta' qalbhom safja.

Imma 'l dawk li jgħawwġu triqthom †

jitlaqhom il-Mulej ma' dawk li jagħmlu l-ħażen.

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Il-Mulej madwar il-poplu tiegħu, minn issa u għal dejjem.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Tob 12: 6

 

Bierku lil Alla tas-sema, u roddulu ħajr quddiem il-ħlejjaq kollha, għax wera magħkom il-ħniena tiegħu.

Barra żmien il-Għid:

V. Hieni l-ġuf tal-Verġni Marija.

R. Li ġiebet fid-dinja ’l Bin il-Missier etern.

 

Fi żmien il-Għid:

V. Hieni l-ġuf li ġiebek, hallelujah.

R. Aktar hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla u jħarisha, hallelujah.

 

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Nilqgħu l-grazzja u nħeġġu qalbna

            b’dak in-nar li tkebbes f’Pietru

            xħin kien tielgħa lejn it-tempju

            tal-Mulej, għat-talb tat-tlieta.

 

            U noqogħdu, b’tama kbira

            bħall-magħtub, fil-bieb tal-ħniena,

            biex nittallbu minn għand Alla

            kull għajnuna li naħtieġu.

 

            Aħna wkoll, bil-fidi fl-isem

            ta’ Ġesu’, naqilgħu s-saħħa,

            hekk li l-passi dgħajfa tagħna

            jitqawwew fit-triq tas-sema.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

Ant. 1  Kbir f’għemilu l-Mulej magħna: u aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Salm 125 (126)

Ferħ u hena fil-Mulej

 

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

 

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imjassra ta' Sijon, *

konna qisna mitlufa f'ħolma;

mbagħad bid-daħk imtela fommna, *

u bl-għajat ta' ferħ ilsienna.

Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *

"Kbir f'għemilu l-Mulej magħhom!"

Kbir f'għemilu l-Mulej magħna! *

U aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Biddel, Mulej, xortina, *

bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *

jaħsdu bl-għana ta' ferħ.

 

Huma u sejrin, imorru jibku, *

jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.

Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b'għana ta' ferħ, *

iġorru l-qatet f'idejhom.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Kbir f’għemilu l-Mulej magħna: u aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Ant. 2  Jibnilna l-Mulej id-dar, u jħares il-belt tagħna.

 

 

 

 

 

Salm 130

Tama sħiħa fil-Mulej

 

Tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli (Mt 11, 29).

 

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *

            anqas ma ntrefgħu għajnejja;

jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *

            jew wara ħwejjeġ ogħla minni.

 

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ, *

            bħal tarbija f’ħoġor ommha;

bħal tarbija miftuma, *

            hekk hi ruħi ġewwa fija.

 

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *

            minn issa u għal dejjem.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Jibnilna l-Mulej id-dar, u jħares il-belt tagħna.

 

Ant. 3  Kbir il-hena ta’ dawk li jibżgħu minnek, Mulej.

 

Salm 127 (128)

Is-sliem tad-dar fil-Mulej

 

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

 

Hieni kull min jibża' mill-Mulej, *

kull min jimxi fit-triqat tiegħu!

Mix-xogħol ta' idejk inti tiekol; *

hieni int, u riżqek tajjeb!

Martek tkun bħal dielja għammiela *

            fl-irkejjen ta' darek;

uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *

madwar il-mejda tiegħek.

 

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *

li jibża' mill-Mulej!

Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *

Jalla tara l-ġid ta' Ġerusalemm tul ħajtek kollha!

Jalla tara wlied uliedek! *

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kbir il-hena ta’ dawk li jibżgħu minnek, Mulej.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                       Għerf 7: 27-28

 

Għalkemm waħdu, il-għerf jista’ kollox; għalkemm jibqa’ fih innifsu, hu jġedded kollox.  Minn nisel għall-ieħor jinxtered fl-erwieħ qaddisa, u minnhom jagħmel ħbieb ta’ Alla u profeti.  Alla ’l ħadd ma jħobb ħlief lil dawk li jgħixu ħajja ta’ għerf.

 

Barra żmien il-Għid:

V. Imbierka inti fost in-nisa.

R. U mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

Fi żmien il-Għid:

V. Marija żammet sewwa f’qalbha dan kollu, hallelujah.

R. U kienet taħseb fuqu bejnha u bejn ruħha, hallelujah.

 

Talba, mit-Tifħir ta’ Sbiħ il-jum, bil-konklużjoni l-qasira.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

 

Mort b’pass ħafif lejn il-għoljiet ta’ Ġuda,

Xebba li Alla nnifsu għamlek ommu,

biex ikollok ħerqa tagħti lil qaribtek

sinjal ta’ mħabbtek.

 

            Int sellimtilha: malli semgħet leħnek,

            qabeż bil-ferħ il-Prekursur ġo fiha,

            u b’għajta kbira sellmet fik ’l Omm Sidna,

                        imbierka u hienja.

 

            Ħabbart, imnebbħa mill-Ispirtu s-Santu,

            li l-ġnus f’kull żmien għad isejħulek hienja;

            ’l Alla faħħart, għall-ħwejjeġ kbar tal-għaġeb

                        li għamel miegħek.

 

            U tabilħaqq, Omm ħelwa, il-popli kollha

            ma naqsu qatt jurik imħabba u għożża,

            għax jemmnu sħiħ li bik jaqilgħu dejjem

                        il-grazzja t’Alla.

 

            Omm twajba, li ġġibilna ’l Kristu miegħek,

            ġibilna wkoll għajnuna u doni mqaddsa,

            biex miegħek tfaħħar ruħna l-kobor t’Alla,

                        Salvatur tagħna.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Marija daħlet għand Żakkarija, u sellmet lil Elisabetta (Ż.Għ. hajjelujah).

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Marija daħlet għand Żakkarija, u sellmet lil Elisabetta (Ż.Għ. hajjelujah).       

 

Ant. 2 Malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għand fil-ġuf qabżet bil-ferħ (Ż.Għ. hajjelujah).

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għand fil-ġuf qabżet bil-ferħ (Ż.Għ. hajjelujah).

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek, il-frott tal-ġuf tiegħek (Ż.Għ. hajjelujah).

 

                                                                 Kantiku                                              Ef 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek, il-frott tal-ġuf tiegħek (Ż.Għ. hajjelujah).

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        1 Piet 5: 5b-7

 

Tħażżmu, ilkoll kemm intom, bl-umilta’ lejn xulxin, għax Alla jiqfilhom lill-kburin, imma jagħti l-grazzja tiegħu lill-umli. Kunu mela umli taħt l-id setgħana ta’ Alla, biex hu jerfagħkom meta jasal il-waqt. Ixħtu fuqu l-ħsibijiet tagħkom kollha, għax hu jaħseb fikom.

 

RESPONSORJU QASIR

 

Barra żmien il-Għid:

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; * Il-Mulej miegħek.  Sliem.

V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej

miegħek.  Glorja.  Sliem.

 

 

Fi żmien il-Għid:

R.  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. * Hallelujah,

hallelujah. Sliem.

V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Hallelujah,

hallelujah.  Glorja.  Sliem.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Kull nisel isejjaħli hienja, għax Alla xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tiegħi, qaddejja tiegħu (Ż.Għ. hajjelujah).

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Kull nisel isejjaħli hienja, għax Alla xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tiegħi, qaddejja tiegħu (Ż.Għ. hajjelujah).

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:

-         agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.

Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:

-         bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.

Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawmien tiegħu

            mlejtha bil-ferħ:

-         għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.

Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila

            tiegħek:

-         bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

Talba

 

O Alla ta’ dejjem, li tista’ kollox, meta l-Verġni mqaddsa Marija saret Omm Ibnek, qabel ma tatu lid-dinja int nebbahtha biex tmur iżżur lil Eliżabetta; agħmel li aħna wkoll inġibu ruħna skont ma jnebbaħna l-Ispirtu s-Santu, biex inkunu nistgħu, flimkien ma’ Marija, infaħħru dejjem il-kobor tiegħek. B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

16 TA’ LULJU

 

Tifkira (O) ta’

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAL-KARMNU

 

Il-Bibbja tfaħħar il-ġmiel tal-Karmelu, fejn il-profeta Elija tħabat biex iħares is-safa tal-fidi ta’ Iżrael f’Alla l-ħaj.  Fis-seklu 12, xi eremiti twarrbu mid-dinja u marru jgħixu fl-istess muntanja, u mbagħad waqqfu Ordni ta’ ħajja kontemplattiva taħt il-patroċinju ta’ Marija, l-Omm imqaddsa ta’ Alla.

 

Mill-Komun tal-Madonna ...

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Salm 94, mill-Ordinarju.

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant.  Kristu hu Bin Marija: ejjew nadurawh

Jew: Niċċelebraw il-festa (it-tifkira) tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Kristu hu Bin Marija: ejjew nadurawh

Jew: Niċċelebraw il-festa (it-tifkira) tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Kristu hu Bin Marija: ejjew nadurawh

Jew: Niċċelebraw il-festa (it-tifkira) tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Kristu hu Bin Marija: ejjew nadurawh

Jew: Niċċelebraw il-festa (it-tifkira) tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Kristu hu Bin Marija: ejjew nadurawh

Jew: Niċċelebraw il-festa (it-tifkira) tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

Ant.  Kristu hu Bin Marija: ejjew nadurawh

Jew: Niċċelebraw il-festa (it-tifkira) tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej


Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
*
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Kristu hu Bin Marija: ejjew nadurawh

Jew: Niċċelebraw il-festa (it-tifkira) tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

F’ġuf Marija niżel igħammar

            dak li s-sema, l-art u l-baħar

            ixandruh u jagħtuh qima,

            għax hu Alla li ħalaqhom.

 

            Ħdan il-Verġni, mimli grazzja,

            jilqa’ fih lis-Sid il-Għoli,

            li jaqduh ix-xemx u l-qamar,

            l-univers bil-ħlejjaq tiegħu.

 

            Hienja l-Omm, li ġewwa ċ-ċokon

            tal-ġuf safi tagħha niżel

            il-ħallieq, li xejn ma jesgħu,

            u f’qiegħ idu jżomm id-dinja.

 

 

 

            Hienja dik li emmnet l-anġlu

            u, bil-qawwa tal-Ispirtu,

            ġiebet fostna ’l Alla bniedem,

            il-mixtieq tal-ġnus mill-qedem.

 

            Glorja lilek, Kristu Sidna,

            Bin Marija, Omm u Verġni;

            mal-Missier u mal-Ispirtu,

            ġieh jintraddlek, issa u dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

V.  Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R.  Hieni min iħarisha.

 

L-ewwel lezzjoni tkun tas-Sibt tal-ġimgħa li tmiss

 

 

LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mid-Diskorsi tal-Papa San Ljun il-Kbir.

 

Marija nisslet fl-ispirtu qabel ma nisslet fil-ġisem

 

Alla għażel lil Marija, min-nisel tas-sultan David, biex il-Verb Ibnu jsir bniedem minnha.  Imma hi nissiltu f’ruħha qabel ma nisslitu fil-ġuf.  Skont il-pjan ta’ Alla, il-Verb kien se jsir bniedem bl-opri tal-Ispirtu s-Santu.  Biex hi ma tibqax fid-dlam dwar dak li kien se jsir fiha, kif wkoll biex ma tibżax tilqa’ dan it-tnissil mhux tas-soltu, Alla bagħat l-anġlu biex igħarrafha b’kollox.  B’hekk saret taf li xbubitha ma kinitx se tittiefes meta ssir Omm Alla.  Alla l-Għoli wegħedha li jixħet id-dell tal-qawwa tiegħu fuqha; x’seta’ jaqtgħalha qalbha minn dan il-mod ġdid ta’ tnissil?  Hija emmnet, u l-anġlu wettaqha fil-fidi billi qalilha bil-għaġeb li kien diġa’ sar Eliżabetta li, għalkemm ma setgħetx u ma stennietx li jkollha t-tfal, Alla taha li tnissel.  Hekk Marija qawwiet qalbha li Alla kien se jagħmel ma’ xebba verġni dak li għamel ma’ mara bla tfal.

           

Il-Verb ta’ Alla, Alla, Bin Alla, li kien fil-bidu għand Alla, li kollox sar bih, u mingħajru ma sar xejn, sar bniedem biex jeħles lill-bniedem mill-mewt ta’ dejjem; huwa niżel saċ-ċokon tagħna bla ma naqqas xejn mill-kobor tiegħu; baqa’ li kien, u sar dak li ma kientx; ħa n-natura ta’ lsir billi għaqqadha ma’ dik in-natura li biha hu daqs Alla l-Missier, u rabathom flimkien b’mod li la l-glorja ma tfiet lin-natura tal-bniedem, u lanqas il-għaqda ma’ din ma ċekknet lin-natura ta’ Alla.

Xejn ma ntmess minn dak li hu propju fl-essenza tat-tnejn; ingħaqdu biss f’persuna waħda, il-kobor maċ-ċokon, il-qawwa mad-dgħufija, dak li hu ta’ dejjem ma’ dak li jmut.  Biex jitħallas id-dejn tagħna msejknin, in-natura li xejn ma jista’ għaliha ngħaqdet man-natura li tista’ tbati, u fil-persuna waħda tal-Mulej deher Alla veru u bniedem veru, biex il-medjatur wieħed u l-istess bejn Alla u l-bniedem seta’ jbati f’dak li hu tal-bniedem u jirxoxta b’dak li hu ta’ Alla, kif kien xieraq għas-salvazzjoni tagħna.  Bil-ħaqq kollu, mela, li l-verġnita’ sħiħa ma ttiefset xejn bit-twelid tas-salvatur, għax il-modestja sabet il-ħarsien fil-verita’ li dehret fid-dinja.

           

Ħuti egħżież, dan hu t-twelid li kien jixraq lil Kristu, li hu l-qawwa ta’ Alla u l-għerf ta’ Alla. Permezz ta’ dan it-twelid, Kristu sar bniedem biex jixbah lilna, filwaqt li baqa’ Alla ogħla minna.  Għax kieku ma kienx tassew Alla, ma kienx isalvana ; kieku ma kienx tassew bniedem, ma kienx jagħtina eżempju.

           

Kien għalhekk li, meta twieled il-Mulej, l-anġli għannew Glorja ’l Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u ħabbru sliem fl-art lill-bniedmin ta’ rieda tajba. Għax huma raw lil Ġerusalem tas-sema tibda tinbena mill-ġnus kollha tal-art. U jekk jifirħu daqshekk l-anġli, fil-kobor kollu tagħhom, kemm għandhom għax jithennew il-bnedmin, fiċ-ċokon tagħhom, quddiem għemil bħal dan tat-tjieba ta’ Alla, għemil li ħadd ma jista’ jfissru bil-kliem!

 

RESPONSORJU                                                                                                      

 

R. B’tifkira ta’ ġieh kbir, niċċelebraw din il-festa ta’ Marija, il-Verġni glorjuża, li l-Mulej ħares lejn iċ-ċokon tagħha. * Mat-tħabbira tal-anġlu, hija nisslet lis-Salvatur tad-dinja.

V. Nagħtu glorja lil Kristu f’din il-festa’ qaddisa tal-kbira Omm Alla. * Mat-tħabbira tal-anġlu, hija nisslet lis-Salvatur tad-dinja.

 

Talba

 

Agħmel, Mulej, li l-Verġni glorjuża Marija tidħol għalina quddiemek bit-talb qawwi tagħha, u tibqa’ dejjem tħarisna, biex naslu għand dak li hu l-muntanja vera tagħna, Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Sidt glorjuża li fil-għoli

fuq il-kwiekeb ġejt imtellgħa,

            nagħtuk ġieh, għax int, b’ħalibek

            safi, sqejt lil dak li ħalqek.

 

            B’Ibnek sewwejtilna l-ħsara

            li d-dnub t’Eva ġibed fuqna;

            bi tjubitek ftaħt mogħdija

            biex l-imsejkna jidħlu s-sema.

 

            Inti l-bieb tas-Sultan Għoli,

            bieb li minnu d-dawl feġġ fuqna;

            ħa jifirħu l-ġnus mifdija,

            għax bik, Verġni, sabu l-ħajja.

 

            Agħmel int li nsebbħu f’kollox

lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

u ’l-Ispirtu, li bħal b’libsa

ta’ ġmiel kbir żejnuk bil-grazzja.  Ammen.

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

                   Kantiku                                     Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                           Iż 61: 10

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.

V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għażilha.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Fit-talb tiegħi fittixt il-għerf bla ebda ħabi, u hu tal-frott bħal dielja tal-bikri.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Fit-talb tiegħi fittixt il-għerf bla ebda ħabi, u hu tal-frott bħal dielja tal-bikri.

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:

-         agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.

Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:

-         eħlisna mit-taħsir tad-dnub.

Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:

-         bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..

Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:

-         agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

Agħmel, Mulej, li l-Verġni glorjuża Marija tidħol għalina quddiemek bit-talb qawwi tagħha, u tibqa’ dejjem tħarisna, biex naslu għand dak li hu l-muntanja vera tagħna, Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

It-Talb ta’ nofs il-jum

 

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

Spirtu s-Santu, li int Alla

wieħed mal-Missier u l-Iben,

ejja xxerred ġewwa fina,

ħalli bik ilkoll timliena.

 

Bi kliem fommna, b’qalbna w ruħna,

nerfgħu lejk it-tifħir tagħna;

int kebbisna b’nar imħabbtek,

u nxerduh fl-oħrajn madwarna.

 

Kun id-dawl li jtina l-għarfa

tal-Missier u l-Iben tiegħu;

żomm qawwija l-fidi tagħna

fik, l-Ispirtu li ġej minnhom.  Ammen.

 

Ant.  Ilkoll qalb waħda bejniethom kienu jitolbu flimkien ma’ Marija, Omm Ġesu’.

 

Salm 119 (120)

Ix-xewqa tal-paċi

 

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

 

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *

u hu weġibni.

 

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *

u mill-ilsna qarrieqa.

X'se tieħu b'dan, u x'se jiswielek, *

ilsien qarrieq?

Vleġeġ misnuna ta' wieħed b'saħħtu, *

u ġamar tal-ġummar.

Imsejken jien, li ngħix barrani f'Mesek; *

li ngħammar fl-għerejjex ta' Kedar!

Ili ngħix biżżejjed *

ma' dawk li jobogħdu s-sliem.

Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *

insibhom lesti għall-ġlied.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 120 (121)

Il-Mulej iħares il-poplu

 

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

 

Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; *

mnejn se tiġini l-għajnuna?

Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *

ma jongħosx dak li jħarsek.

Ara, la jongħos u lanqas jorqod *

dak li jħares lil Iżrael.

 

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *

anqas il-qamar billejl.

 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *

hu jħarislek ħajtek.

Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *

minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 128

Il-poplu fil-hemm iġedded it-tama

 

Il-Knisja tgħid x’qiegħda ġġarrab (S. Wistin)

 

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *

- ħa jgħid hekk Iżrael -

ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *

            imma ma rnexxilhomx jegħelbuni.

Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *

            raddiet twal bis-swat għamluli.

Imma ġust hu l-Mulej, *

            u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

 

Ħa jinfixlu u jmorru lura *

            dawk kollha li jobgħodu ‘l Sijon.

Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, *

            li jinxef qabel ma jikber,

li bih il-ħassad ma jimliex idu, *

            anqas ħadd jorbtu f’qatet quddiemu.

 

U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †

            “Il-Barka ta’ Alla fuqkom!  *

            Inberkukom f’isem il-Mulej!”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant.  Ilkoll qalb waħda bejniethom kienu jitolbu flimkien ma’ Marija, Omm Ġesu’.

 

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      Sof 3: 14. 15b

 

Għajjat bil-ferħ ta’ qalbek, bint Sijon, infexx fl-hena u ifraħ b’qalbek kollha, bint Ġerusalemm! Is-Sultan ta’ Iżrael, il-Mulej, hu f’nofsok

 

V. Il-Mulej ftakar fit-tjieba u l-fedeltà tiegħu, hallelujah.

R. Mal-poplu ta’ Iżrael, hallelujah.

 

Talba

 

Agħmel, Mulej, li l-Verġni glorjuża Marija tidħol għalina quddiemek bit-talb qawwi tagħha, u tibqa’ dejjem tħarisna, biex naslu għand dak li hu l-muntanja vera tagħna: Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

F’Nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Mexxej qawwi, Alla veru,

Inti kollox tqassam sewwa:

jisbaħ jum, tagħnih bid-dija;

f’nofsu żżejnu b’dawl iħeġġeġ.

 

Iżda itfi l-għadab fina,

taffi s-sħana ta’ kull deni,

agħti s-saħħa ‘l min hu dgħajjef,

ġib is-sliem tassew fi qlubna.

 

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen.

 

Ant. Qalet Omm Ġesu’: Kull ma jgħidilkom, agħmluh.

 

Salm 122 (123)

Il-Mulej it-tama tal-poplu

 

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

 

Lejk nerfa' għajnejja, *

int li tgħammar fis-smewwiet.

 

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *

bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;

hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *

sa ma jkollu ħniena minna.

 

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *

għax mitmugħa sax-xaba' bit-tagħjir.

Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *

biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 123 (124)

Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

 

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

 

Li ma kienx il-Mulej magħna *

            – ħa jgħid hekk Iżrael –

li ma kienx il-Mulej magħna, *

meta qamu għalina n-nies,

ħajjin kienu jibilgħuna, *

meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

 

L-ilma kien jgħarraqna, *

il-wied kien jgħaddi minn fuqna;

minn fuqna kien jgħaddi *

mewġ ta' ilma qawwi.

Imbierek il-Mulej, *

li ma telaqniex priża għal snienhom.

Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *

Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

 

L-għajnuna tagħna f'isem il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 124 (125)

Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

 

ls-sliem fuq Iżrael ta Alla (Gal 6,16).

 

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta' Sijon, *

li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.

Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *

hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,

minn issa u għal dejjem.

Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena

fuq l-art, wirt il-ġusti, *

biex ma jiġrix li l-ġusti

jmiddu jdejhom għall-ħażen.

 

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *

u lil dawk ta' qalbhom safja.

Imma 'l dawk li jgħawwġu triqthom †

jitlaqhom il-Mulej ma' dawk li jagħmlu l-ħażen.

Sliem għal Iżrael!

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Qalet Omm Ġesu’: Kull ma jgħidilkom, agħmluh.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Żakk 9: 9a

 

Imtela bl-hena, bint Sijon; għajjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm! Ara, is-Sultan tiegħek ġej għandek, il-Ġust u s-Salvatur.

 

V. L-art kollha, minn tarf għall-ieħor, hallelujah.

R. Rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna, hallelujah.

 

Talba

 

Agħmel, Mulej, li l-Verġni glorjuża Marija tidħol għalina quddiemek bit-talb qawwi tagħha, u tibqa’ dejjem tħarisna, biex naslu għand dak li hu l-muntanja vera tagħna: Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Alla, int, li fik innifsek

m’hemmx tibdil lill-ħlejjaq trieġi:

lil kull siegħa tal-ġurnata

tqis id-dawl li jkun imissha.

 

 

Ibagħtilna lejla tajba,

fejn il-ħajja qatt ma tonqos,

imma tersaq lejn il-glorja,

li tkun ħlas ta’ mewt qaddisa.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen.

 

Ant. Il-Mulej qal lil Ommu: Mara, hawn hu Ibnek. Imbagħad qal lid-dixxiplu: Hawn hi ommok.

Salm 125 (126)

Ferħ u hena fil-Mulej

 

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

 

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imjassra ta' Sijon, *

konna qisna mitlufa f'ħolma;

mbagħad bid-daħk imtela fommna, *

u bl-għajat ta' ferħ ilsienna.

Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *

"Kbir f'għemilu l-Mulej magħhom!"

Kbir f'għemilu l-Mulej magħna! *

U aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Biddel, Mulej, xortina, *

bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *

jaħsdu bl-għana ta' ferħ.

 

Huma u sejrin, imorru jibku, *

jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.

Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b'għana ta' ferħ, *

iġorru l-qatet f'idejhom.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Salm 130

Tama sħiħa fil-Mulej

 

Tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli (Mt 11, 29).

 

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *

            anqas ma ntrefgħu għajnejja;

jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *

            jew wara ħwejjeġ ogħla minni.

 

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ, *

            bħal tarbija f’ħoġor ommha;

bħal tarbija miftuma, *

            hekk hi ruħi ġewwa fija.

 

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *

            minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 127 (128)

Is-sliem tad-dar fil-Mulej

 

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

 

 

Hieni kull min jibża' mill-Mulej, *

kull min jimxi fit-triqat tiegħu!

Mix-xogħol ta' idejk inti tiekol; *

hieni int, u riżqek tajjeb!

Martek tkun bħal dielja għammiela *

            fl-irkejjen ta' darek;

uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *

madwar il-mejda tiegħek.

 

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *

li jibża' mill-Mulej!

Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *

Jalla tara l-ġid ta' Ġerusalemm tul ħajtek kollha!

Jalla tara wlied uliedek! *

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Il-Mulej qal lil Ommu: Mara, hawn hu Ibnek. Imbagħad qal lid-dixxiplu: Hawn hi ommok.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      Ġuditta 13: 31

 

Imbierka inti fost it-tined kollha ta’ Ġuda; u f’kull nazzjon, dawk kollha li jisimgħu bik ikun milquta mit-terrur.

 

V. It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu, hallelujah.

R. Il-ġustizzja u s-sliem jitbewwsu, hallelujah.

 

Talba

 

Agħmel, Mulej, li l-Verġni glorjuża Marija tidħol għalina quddiemek bit-talb qawwi tagħha, u tibqa’ dejjem tħarisna, biex naslu għand dak li hu l-muntanja vera tagħna: Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

 

 

 

INNU

 

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,

Omm qaddisa u kbira t’Alla,

dejjem Verġni bla mittiefsa,

bieb il-hena u ferħ tas-sema.

 

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima

Gabrijiel qed isemmagħlek,

ibdel fiha l-isem t’Eva,

ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

 

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,

ġib id-dawl lill-għomja kollha,

biegħed minna l-ħażen tagħna,

niżżel fuqna l-ġid mis-sema.

 

Uri li tassew int Ommna,

wassal talbna quddiem Alla,

li fi ħnientu twieled minnek

biex isir għalina bniedem.

 

Verġni fost kulħadd magħżula,

ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,

itlob ’l Ibnek biex jagħtina

maħfra, safa u spirtu ħlejju.

 

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,

żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,

sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra

ta’ Ġesu’ għal dejjem miegħek.

 

Lill-Missier it-tifħir tagħna,

ġeh u setgħa ’l Kristu Sidna,

lill-Ispirtu s-Santu l-qima,

sebħ lit-Tlieta, Alla wieħed.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

 

 

      Kantiku                                    Efesin 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        Galatin 4: 4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R.  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja: * Il-Mulej miegħek.  Sliem.

V.  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej

miegħek. Glorja. Sliem.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Marija kienet tisma’ l-kelma ta’ Alla u tħarisha, u taħseb fuqha bejnha u bejn ruħha.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Marija kienet tisma’ l-kelma ta’ Alla u tħarisha, u taħseb fuqha bejnha u bejn ruħha.

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla

            tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:

-         ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.

Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-

            imnikktin, aħfer lill-midinbin:

-         agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.

Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:

-         ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.

Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:

-         agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

Talba

 

Agħmel, Mulej, li l-Verġni glorjuża Marija tidħol għalina quddiemek bit-talb qawwi tagħha, u tibqa’ dejjem tħarisna, biex naslu għand dak li hu l-muntanja vera tagħna: Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

15 TA’ AWWISSU

 

Solennita’ ta

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA MTELLGĦA FIS-SEMA

 

L-I Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Hena tad-dinja, kewkba ta’ filgħodu,

            li ġibt ix-Xemx u wlidt lil dak li ħalqek,

            midd idek ħelwa biex terfagħna u tgħinna,

                        Verġni Marija.

 

            Inti s-sellum li jgħaqqad l-art mas-sema,

            ittella’ quddiem Alla t-talb ta’ wliedek,

            u qatt ma tieqaf tniżżel fuqna d-doni

                        tal-grazzja tiegħu.

 

            Il-qtajja’ mbierka tas-smewwiet jifirħu

            mal-ġemgħa tal-profeti u tal-appostli,

            għax inti waħdek stħaqqlek wara Alla

                        il-ġieh ewlieni.

 

            Glorja u tifħir lit-Trinita’ ta’ dejjem,

            li lilek, Verġni, żejnet bil-kuruna,

            u tatna fik sultana u omm ħanina

                        li tieħu ħsiebna.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Kristu tela’ fl-ogħla smewwiet, u ħejja għall-Omm safja tiegħu post fil-ħajja ta’ dejjem, hallelujah.

Salm 112

 

Faħħru, qaddejja tal-Mulej, *

faħħru isem il-Mulej.

Ikun imbierek isem il-Mulej, *

minn issa u għal dejjem.

 

Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha *

            ikun imfaħħar isem il-Mulej!

Għoli fuq il-ġnus kollha l-Mulej, *

            ogħla mis-smewwiet hu sebħu.

Min hu bħal Mulej, Alla tagħna,

            li qiegħed fil-għoli? *

            Hu li jħares ’l isfel, lejn is-smewwiet

                        u lejn l-art.

 

Hu li jqajjem mit-trab l-imsejken, *

            u jerfa’ mill-miżbla l-fqajjar,

biex mal-kbarat iqiegħdu, *

            mal-kbarat tal-poplu tiegħu.

Il-mara bla wlied iqegħedha f’darha, *

jagħmilha omm ferħana b’uliedha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Kristu tela’ fl-ogħla smewwiet, u ħejja għall-Omm safja tiegħu post fil-ħajja ta’ dejjem, hallelujah.

 

Ant. 2 Eva għalqet bieb is-sema għal kulħadd; Marija Verġni fetħitu mill-ġdid għalina, hallelujah.

 

Salm 147

 

Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; *

faħħar ‘l Alla tiegħek, Sijon!

 

 

Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, *

u jbierek ġewwa fik ‘l uliedek.

Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, *

u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.

Hu jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu;  *

bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.

 

Jibgħat is-silġ bħas-suf; *

ixerred bħar-rmied il-ġlata,

Jitfa’ s-silġ bħall-frak tal-ħobż; *

u jagħqad l-ilma bil-kesħa tiegħu.

Isemma’ kelmtu, u jinħall is-silġ, *

jonfoħ ir-riħ tiegħu, u jiġri l-ilma!

 

Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb, *

il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.

Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; *

lil ħadd ma għarraf id-digrieti tiegħu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Eva għalqet bieb is-sema għal kulħadd; Marija Verġni fetħitu mill-ġdid għalina, hallelujah.

 

Ant. 3 Il-Mulej refa’ lil Marija Verġni fil-għoli tas-smewwiet kollha; ngħollu bit-tifħir lil Kristu s-Sultan, li s-saltna tiegħu għal dejjem, hallelujah.

 

Kantiku                                        Ef 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Il-Mulej refa’ lil Marija Verġni fil-għoli tas-smewwiet kollha; ngħollu bit-tifħir lil Kristu s-Sultan, li s-saltna tiegħu għal dejjem, hallelujah.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Rum 8: 30

 

Lil dawk li Alla ippredestinahom, sejħilhom ukoll; lil dawk li sejħilhom, iġġustifikahom ukoll; lil dawk imbagħad li ġġustifikahom, sebbaħhom ukoll.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Marija ġiet imtellgħa fis-sema. * Jifirħu l-anġli. Marija.

V. Ifaħħru u jbierku lill-Mulej. * Jifirħul-anġli. Glorja. Marija.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Kull nisel isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel ħwejjeġ kbar, hallelujah.

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Kull nisel isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel ħwejjeġ kbar, hallelujah.

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:

-         agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.

Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:

-         bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.

Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawwmien tiegħu

            mlejtha bil-ferħ:

-         għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.

Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila

            tiegħek:

-         bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int xħett għajnejk fuq iċ-ċokon tal-Verġni mqaddsa Marija, kabbartha billi tajtha l-grazzja li ssir Omm Ibnek il-waħdieni magħmul bnidem, u llum għollejtha fi glorja tassew tal-għaġeb; agħtina l-għajnuna tat-talb tagħha, biex kif int salvajtna bil-misteru tal-fidwa, hekk ukoll tgħollina fil-glorja tas-sema.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

Ant.  Naduraw lis-Sultan tas-slaten, li llum l-Omm Verġni tiegħu ġiet imtellgħa fis-sema.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Naduraw lis-Sultan tas-slaten, li llum l-Omm Verġni tiegħu ġiet imtellgħa fis-sema.

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Naduraw lis-Sultan tas-slaten, li llum l-Omm Verġni tiegħu ġiet imtellgħa fis-sema.


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Naduraw lis-Sultan tas-slaten, li llum l-Omm Verġni tiegħu ġiet imtellgħa fis-sema.

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Naduraw lis-Sultan tas-slaten, li llum l-Omm Verġni tiegħu ġiet imtellgħa fis-sema.


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant.  Naduraw lis-Sultan tas-slaten, li llum l-Omm Verġni tiegħu ġiet imtellgħa fis-sema.


Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
*
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Naduraw lis-Sultan tas-slaten, li llum l-Omm Verġni tiegħu ġiet imtellgħa fis-sema.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

            Sliem għalik li tielgħa s-sema

            bħal żerniq ta’ ġmiel li jsaħħar,

            qisek xemx fil-glorja tagħha,

            jew bħal qamar kollu bjuda!

 

            Omm il-Verb, li kien imnissel

            qabel sbiħ il-jum tal-ħlejjaq,

            inti qgħadt illum sultana

            fuq tron għoli maġenb Ibnek.

            Għax hu tellgħek fuq il-qtajja’

            tas-smewwiet, fuq l-anġli kollha;

            waħdek, mara, sbaqt kull mertu

            tal-erwieħ mażgħula t’Alla.

 

            Issa ’l dak li ġibt fi ħdanek,

            u meddejtu fuq maxtura,

            qed tarah bla star fil-glorja

            tal-Missier, Sultan ta’ kollox.

 

            Verġni u Omm ħanina, idħol

            għal uliedek quddiem Ibnek,

            li sar minnek bniedem bħalna

            sabiex jagħmel lilna bħalu.

 

            Niżżu ħajr, infaħħru u nqimu

            lill-Missier u ’l Kristu Ibnu,

            li bl-Ispirtu sawbu fuqek

            l-aqwa ġieh fis-saltna mbierka.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Qum, Verġni Sultana! Int jistħoqqlok ġieh bla tmiem: itla’ fil-palazz glorjuż tas-Sultan ta’ dejjem.

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Qum, Verġni Sultana! Int jistħoqqlok ġieh bla tmiem: itla’ fil-palazz glorjuż tas-Sultan ta’ dejjem.

 

Ant. 2 Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd; daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu.

 

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Għażilha l-Mulej, u ħatarha fost kulħadd; daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu.

 

Ant. 3  Ħwejjeġ sbieħ igħid Alla fuqek, Verġni Marija.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Ħwejjeġ sbieħ igħid Alla fuqek, Verġni Marija.

 

V.  Hienja int, Marija, li emmint lill-Mulej.

R.  Seħħ tassew dak kollu li qallek.

 

LEZZJONI 1                                                                                                   Ef 1: 16-2: 10

 

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Efesin

 

Alla qegħedna fis-smewwiet ma’ Kristu Ġesu’

 

Ħuti: Ma nixba’ qatt niżżi ħajr lil Alla minħabba fikom u niftakar fikom fit-talb tiegħi.  Ħalli Alla ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, il-Missier tal-glorja, jagħtikom spirtu ta’ għerf li jirrivelalkom il-fidi biex tagħarfuha u jdawlilkom il-għajnejn ta’ qalbkom biex tagħarfu xinhi t-tama tas-sejħa tagħkom, xinhu l-għana tal-glorja tal-wirt li takom taqsmu.  Tagħarfu xinhu l-kobor bla qies tas-setgħa tiegħu fina li emminna, skont il-ħila tal-qawwa kbira tiegħu li ħaddem fi Kristu, meta qajmu mill-imwiet u qiegħdu fil-lemin tiegħu fis-smewwiet, ‘il fuq minn kull Saltna u Setgħa, minn kull Qawwa u Ħakma, ‘il fuq minn kull isem li jissemma, mhux biss għaż-żmien ta’ issa, imma wkoll għal li ġej.  Iva, qiegħed kollox taħt riġlejh, u għamlu ras fuq il-Knisja kollha, li hi Ġismu, il-milja ta’ dak li jimla kollox f’kollox.

           

Intom kontu mejtin bi dnubietkom u ħtijietkom, skont il-prinċipji ta’ din id-dinja, skont il-kap tas-saltna tal-ajru, tal-ispirtu li bħalissa qiegħed jaħdem fost dawk li ma jisimgħux … Aħna wkoll għexna darba mgħarrqa fil-passjonijiet ta’ ġisimna; konna nagħmlu l-opri tar-rieda tal-ġisem u fehmietna; konna minna nfusna wlied il-korla, bħall-bqija tal-bnedmin.

           

Imma Alla, għani fil-ħniena tiegħu, bis-saħħa tal-imħabba li biha ħabbna, meta aħna konna mejta minħabba fi dnubietna, tana ħajja ġdida flimkien ma’ Kristu, - bi grazzja intom salvi! - Qajjimna miegħu, u qegħedna fis-smewwiet ma’ Kristu Ġesu’, biex juri fiż-żminijiet li ġejjin il-għana bla qies tal-grazzja tiegħu bit-tjieba li wera magħna fi Kristu Ġesu’.

           

Intom salvi bil-grazzja, permezz tal-fidi; u dan mhux bis-saħħa tagħkom, imma b’don ta’ Alla; mhux bl-opri, biex ħadd ma jiftaħar.  Aħna ħolqien tiegħu, maħluqa fi Kristu biex nagħmlu l-opri tajba li Alla ħejjielna minn qabel li għandna nagħmlu.  

 

RESPONSORJU                                                                                                   Lq 1: 28

 

R. Il-Verġni Marija, kollha ġmiel u sbuħija, ħalliet id-dinja u marret għand Kristu. * Hija tiddi bħal xemx qawwija fost il-qtajja’ tal-qaddisin fis-sema.

V. Jifirħu l-anġli bil-Verġni Marija, igħannulha bil-ferħ l-arkanġli. * Hija tiddi bħal xemx qawwija fost il-qtajja’ tal-qaddisin fis-sema.

 

LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mill-Kostituzzjoni Appostolika Alla, li jqassam id-doni b’idejh miftuħa, tal-Papa Piju Tnax.

 

Ġismek qaddis u wisq glorjuż

 

Missirijiet il-Knisja u l-għorrief kbar tagħha, fl-omeliji u t-talb tagħhom f’jum il-festa tat-tlugħ fis-sema tal-Verġni Marija, jitkellmu fuq dan il-misteru bħala verita’ magħrufa minn dejjem u milqugħa mill-insara kollha.  Huma jgħarblu dan il-misteru u juru t-tifsir tiegħu hekk li aħna nifhmu malajr li din il-festa mhux biss tfakkar li l-ġisem mejjet tal-Verġni Marija qatt ma ra t-taħsir tal-qabar, imma tfisser ukoll li Marija kisbet rebħa sħiħa fuq il-mewt, u għalhekk ġiet mgħollija għall-glorja tas-sema, glorja bħal tal-Iben il-waħdieni tagħha.

           

Għalhekk San Ġwann Damaxxenu, li hu l-aqwa wieħed fost dawk kollha li fissru dan il-misteru, huwa u jqabbel it-tlugħ glorjiuż tal-Omm ta’ Alla fis-sema mal-privileġġi u l-grazzji l-oħra kollha li bihom kienet imżejna, bi kliem tassew li jqanqal, igħid : ‘’Kien jeħtieġ li dik li fit-twelid ta’ Binha żammet bla mittiefsa xbubitha, wara mewtha żżomm bla mittiefes ġisimha.  Kien jeħtieġ li dik li ġabet fi ħdanha bħala Binha ‘l Dak li ħalaq kollox, ikollha l-għamara tagħha ma’ Alla.  Kien jeħtieġ li l-għarusa li l-Missier għażel għalih tgħammar għal dejjem f’kamartu.  Kien jeħtieġ li dik li rat lil Binha msallab, li dak in-nhar nifdilha qalbha s-sejf tan-niket li ma niffdilhiex fi twelidu, tarah ukoll fil-lemin tal-Missier. Kien jeħtieġ li l-Omm ta’ Alla, ikollha dak kollu li hu ta’ Binha, u tkun miqjuma mill-ħlejjaq kollha Omm Alla u qaddejja tiegħu.’’

           

San Ġermanu ta’ Kostantinopli kien jaħseb li l-ġisem tal-Verġni Omm Alla ma rax it-taħsir tal-qabar u ġie mtellgħa fis-sema, għaliex dan kien jixraq mhux biss għax Marija kienet Omm Alla, imma wkoll minħabba fil-qdusija speċjali tagħha, għaliex bħala verġni ġisimha qatt ma ttiefes : ‘‘Int, kif inhu miktub, int kollok ġmiel u l-ġisem tiegħek ta’ verġni hu qaddis u safi, għamara kollu kemm hu ta’ Alla, tant li minħabba f’hekk ukoll ma kellux jerġa’ jsir trab; baqa’ ġisem ta’ bniedma imma tbiddel għax kiseb id-don tal-ħajja li ma tintemm qatt; baqa’ l-istess ġisem imma ħaj u glorjuż, ħieles minn kull ħsara u mogħni b’ħajja li ma għandha ebda nuqqas.’’

 

Kittieb ieħor tal-ewwel żminijiet tal-Knisja jgħid: “Għaliex Marija hi l-Omm glorjuża ta’ Kristu, Alla u Salvatur tagħna, li jagħti l-ħajja bla tmiem, hu tana l-ħajja mill-ġdid u n-nuqqas ta’ taħsir f’ġisimha għal dejjem miegħu, hu li qajjimha mill-qabar u tellagħha (miegħu fis-sema).

 

Dawn l-argumenti kollha ta’ dawn il-Missirijiet qaddisa, fl-aħħar mill-aħħar huma mibnija fuq dak li nsibu fl-Iskrittura li turina l-Verġni Omm Alla Marija dejjem marbuta ma’ Binha Ġesu’ b’mod li taqsam miegħu xortih f’kollox.

 

Ta’ min jiftakar ukoll li mit-tieni mitt sena ’l hawn, Missirijiet il-Knisja dejjem qisu l-Verġni Marija Eva ġdida, marbuta b’rabta liema bħala mat-tieni Adam, għalkemm mhux daqsu, fil-ġlieda tiegħu kontra l-għadu tal-infern, ġlieda li, kif tħabbar taħt xbihat fil-ġenna tal-art, kellha twassal għar-rebħa sħiħa fuq il-mewt u d-dnub, iż-żewġ għedewwa tagħna li fil-kitba tal-Appostlu tal-ġnus huma dejjem marbutin ma’ xulxin. Kif il-qawmien glorjuż ta’ Kristu mill-mewt kien l-aħħar u l-aqwa ġrajja li biha seħħet għal kollox din ir-rebħa, hekk il-ġlieda li fiha l-Verġni Marija ssieħbet ma’ Binha kellha tentemm għaliha bil-gloriofikazzjoni ta’ ġisimha, kif jgħid l-Appostlu: Meta dak li jmut jilbes l-immortalita’, imbagħad iseħħ dak li hemm miktub: “Imbelgħet il-mewt fir-rebħa.”

 

Għalhekk il-kbira Omm Alla Marija, sa minn dejjem ta’ dejjem kienet marbuta b’mod tassew tal-għaġeb ma’ Binha Ġesu’ b’digriet wieħed tal-providenza ta’ Alla; bla tebgħa fit-tnissil tagħha, xebba bla mittiefsa u Omm Alla fl-istess waqt, sieħba minn qalbha tal-Feddej fir-rebħa sħiħa tiegħu fuq id-dnub u fuq dak kollu li d-dnub iġib miegħu, hi kisbet ġieh liema bħalu, ġieh li qisu jgħaqqad fih u jinseġ flimkien b’mod tal-għaġeb il-privileġġi kollha tagħha; kisbet il-ġieh li ġisimha ma jarax it-taħsir tal-qabar, għaliex kif Binha ħareġ rebbieħ fuq il-mewt, hekk hi wkoll kellha toħroġ rebbieħa fuq il-mewt u tiġi mtellgħa fil-glorja tas-smewwiet bir-ruħ u l-ġisem biex toqgħod bħala Sultana fuq il-lemin ta’ Binha, is-Sultan taż-żminijiet kollha, is-Sultan ta’ dejjem.

 

RESPONSORJU                                                                                                      

 

R. F’dan il-jum hekk glorjuż il-Verġni Omm Alla ġiet imtellgħa fis-sema.  Infaħħruha flimkien u ngħidulha: * Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

V. Hienja int, Verġni mqaddsa Marija, u jistħoqqlok tassew kull tifħir, għax bik feġġ Kristu Alla tagħna, ix-Xemx tal-ġustizzja. * Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

Lilek, O Alla, infaħħru

 

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta
' dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha,

lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini
*
            ixandruk bla heda:

Qaddis,
* Qaddis, * Qaddis *
            il-Mulej Alla tal-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija
*
            bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar
*
            il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar
*
            il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru * 

il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha
* il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta
' kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu,
* id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.  
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem,
*
            ma stmerrejtx tinżel f'ġuf ta' Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
*
            u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta
' Alla, *
            fis-sebħ tal-Missier.

Ahna nemmnu * 

li int għad terġa' tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
*
            li inti fdejt b'demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek
*
            fil-glorja ta' dejjem.

 

(+) Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
            bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom,
*
            erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-iehor
* aħna nberkuk:
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
  

u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum
*
            inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej,
* ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek,
*
            kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn:
*
            ma jkolli qatt għax ninfixel.

 

(+) Din l-aħħar taqsima tal-innu tista’ titħalla barra.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int tellajt fil-glorja tas-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla tebgħa, Marija Omm Ibnek; agħmel li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema, biex jistħoqqilna sehem magħha fil-glorja li tajtha.  B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Kemm tiddi llum fid-dawl ta’ ġmielek, Verġni

bix-xemx imlibbsa, tiegħla lejn is-sema,

            bi tnax-il kewkba ta’ deheb fin fuq rasek,

                        u l-qamar taħtek!

 

 

            Għelibt il-mewt, l-infern u d-dnub, o safja,

            u qgħadt ħdejn Kristu, l-avukata tagħna,

            mogħnija b’qawwa u setgħa ta’ sultana

                        tal-art u s-sema.

 

            Ħares, Marija, lin-ngħaġ tal-merħla mqaddsa,

            daħħal lill-mifrudin fil-għaqda tagħha,

            eħles minn dell il-mewt u ġib fi ħdanha

                        lill-ġnus imbiegħda.

 

            Jaqilgħu bik il-maħfra l-ħatja kollha,

            farraġ lill-imnikktin, lill-foqra u l-morda,

            u, fit-taħbit tal-ħajja, kun it-tama

                        tas-salvazzjoni.

 

            Glorja u tifħir lit-Trinita’ ta’ dejjem,

            li lilek, Verġni, żejnet bil-kuruna,

            u tatna fik sultana u omm ħanina

                        li tieħu ħsiebna.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej.

 

Ant. 2  Il-Mulej għolla lil Marija Verġni fuq il-qtajja’ tal-anġli; jifirħu l-fidili kollha, u jbierku lil Alla.

 

       Kantiku                                      Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

           

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

Ant. 2  Il-Mulej għolla lil Marija Verġni fuq il-qtajja’ tal-anġli; jifirħu l-fidili kollha, u jbierku lil Alla.

 

Ant. 3  Il-Mulej kabbarlek ismek, hekk li l-bnedmin qatt ma jieqfu jfaħħruk.

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Il-Mulej kabbarlek ismek, hekk li l-bnedmin qatt ma jieqfu jfaħħruk.

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        Iż 61: 10

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-gustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Illum il-Verġni Marija, * Ġie mtellgħa fis-sema. Illum.

V. Rebbieħa ma’ Kristu għal dejjem. * Ġie mtellgħa fis-sema. Glorja. Illum.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Kollha ġmiel u sbuħija l-Verġni bint Ġerusalemm, tielgħa glorjuża qisha x-xemx fiż-żerniq.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Kollha ġmiel u sbuħija l-Verġni bint Ġerusalemm, tielgħa glorjuża qisha x-xemx fiż-żerniq.

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna.

Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:

-         eħlisna mit-taħsir tad-dnub.

Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed

qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu:

-         agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.

Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-

ġisem:

-         agħatina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.

Sid is-sema u l-art, int qegħidt lil Marija sultana fil-leminija tiegħek:

-         agħmel li jkun jistħoqqilna nissieħbu magħha fil-glorja.

 

Missierna, eċċ.

 

 

 

 

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int tellajt fil-glorja tas-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla tebgħa, Marija Omm Ibnek: agħmel li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema, biex jistħoqqilna sehem magħha fil-glorja li tajtha.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

It-Talb ta’ nofs il-jum

 

Samodija Komplementari, imma jekk jaħbat il-Ħadd, jingħadu s-salmi tal-Ħadd tal-I ġimgħa. Minflok is-salm 121 jista’ jingħad is-salm 128, u minflok is-salm 126 jista’ jingħad is-salm 130.

 

 

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Spirtu s-Santu, li int Alla

wieħed mal-Missier u l-Iben,

ejja xxerred ġewwa fina,

ħalli bik ilkoll timliena.

 

Bi kliem fommna, b’qalbna w ruħna,

nerfgħu lejk it-tifħir tagħna;

int kebbisna b’nar imħabbtek,

u nxerduh fl-oħrajn madwarna.

 

Kun id-dawl li jtina l-għarfa

tal-Missier u l-Iben tiegħu;

żomm qawwija l-fidi tagħna

fik, l-Ispirtu li ġej minnhom.  Ammen.

 

Ant. Għolejt bħal ċedru fuq il-Lebanon, Verġni Marija, bħal ċipressa fuq il-muntanja Ħermon.

 

Salm 119 (120)

Ix-xewqa tal-paċi

 

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

 

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *

u hu weġibni.

 

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *

u mill-ilsna qarrieqa.

X'se tieħu b'dan, u x'se jiswielek, *

ilsien qarrieq?

Vleġeġ misnuna ta' wieħed b'saħħtu, *

u ġamar tal-ġummar.

Imsejken jien, li ngħix barrani f'Mesek; *

li ngħammar fl-għerejjex ta' Kedar!

Ili ngħix biżżejjed *

ma' dawk li jobogħdu s-sliem.

Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *

insibhom lesti għall-ġlied.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

 

 

 

 

 

 

Salm 120 (121)

Il-Mulej iħares il-poplu

 

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

 

Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; *

mnejn se tiġini l-għajnuna?

Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *

ma jongħosx dak li jħarsek.

Ara, la jongħos u lanqas jorqod *

dak li jħares lil Iżrael.

 

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *

anqas il-qamar billejl.

 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *

hu jħarislek ħajtek.

Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *

minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 128

Il-poplu fil-hemm iġedded it-tama

 

Il-Knisja tgħid x’qiegħda ġġarrab (S. Wistin)

 

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *

- ħa jgħid hekk Iżrael -

ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *

            imma ma rnexxilhomx jegħelbuni.

Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *

            raddiet twal bis-swat għamluli.

Imma ġust hu l-Mulej, *

            u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

 

Ħa jinfixlu u jmorru lura *

            dawk kollha li jobgħodu ‘l Sijon.

Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, *

            li jinxef qabel ma jikber,

li bih il-ħassad ma jimliex idu, *

            anqas ħadd jorbtu f’qatet quddiemu.

 

U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †

            “Il-Barka ta’ Alla fuqkom!  *

            Inberkukom f’isem il-Mulej!”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Għolejt bħal ċedru fuq il-Lebanon, Verġni Marija, bħal ċipressa fuq il-muntanja Ħermon.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                          Ġudit 13: 22. 23b (Vg)

 

Bierkek il-Mulej bil-qawwa tiegħu, għax bik ġieb fix-xejn l-għedewwa tagħna.  Imbierka int, binti, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

 

V. Marija ġiet imtellgħa fis-sema: jifirħu l-anġli.

R. Ifaħħru u jbierku lill-Mulej.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int tellajt fil-glorja tas-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla tebgħa, Marija, Omm Ibnek: agħmel li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjaġ tas-sema, biex jistħoqqilna sehem magħha fil-glorja li tajtha.  Bi Kristu Sidna.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

F’Nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Mexxej qawwi, Alla veru,

Inti kollox tqassam sewwa:

jisbaħ jum, tagħnih bid-dija;

f’nofsu żżejnu b’dawl iħeġġeġ.

 

Iżda itfi l-għadab fina,

taffi s-sħana ta’ kull deni,

agħti s-saħħa ‘l min hu dgħajjef,

ġib is-sliem tassew fi qlubna.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen.

 

Ant. Bil-ħaqq kollu nistqarruk b’Sultana tas-sema, Marija, li minnek, bħal mill-għamara tiegħu, ħareġ Kristu, ix-Xemx tal-ġustizzja.

 

Salm 122 (123)

Il-Mulej it-tama tal-poplu

 

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

 

Lejk nerfa' għajnejja, *

int li tgħammar fis-smewwiet.

 

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *

bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;

hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *

sa ma jkollu ħniena minna.

 

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *

għax mitmugħa sax-xaba' bit-tagħjir.

Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *

biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 123 (124)

Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

 

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

 

Li ma kienx il-Mulej magħna *

            – ħa jgħid hekk Iżrael –

li ma kienx il-Mulej magħna, *

meta qamu għalina n-nies,

ħajjin kienu jibilgħuna, *

meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

 

L-ilma kien jgħarraqna, *

il-wied kien jgħaddi minn fuqna;

minn fuqna kien jgħaddi *

mewġ ta' ilma qawwi.

 

Imbierek il-Mulej, *

li ma telaqniex priża għal snienhom.

Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *

Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

 

L-għajnuna tagħna f'isem il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 124 (125)

Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

 

ls-sliem fuq Iżrael ta Alla (Gal 6,16).

 

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta' Sijon, *

li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.

Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *

hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,

minn issa u għal dejjem.

Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena

fuq l-art, wirt il-ġusti, *

biex ma jiġrix li l-ġusti

jmiddu jdejhom għall-ħażen.

 

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *

u lil dawk ta' qalbhom safja.

Imma 'l dawk li jgħawwġu triqthom †

            jitlaqhom il-Mulej ma' dawk li jagħmlu l-ħażen.

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Bil-ħaqq kollu nistqarruk b’Sultana tas-sema, Marija, li minnek, bħal mill-għamara tiegħu, ħareġ Kristu, ix-Xemx tal-ġustizzja.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Apok 12: 1

 

Deher sinjal kbir fis-sema: mara liebsa x-xemx bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.

 

V. L-Omm qaddisa ta’ Alla ġiet imtellgħa fil-għoli.

R. Fuq il-qtajja’ tal-anġli fis-saltna tas-sema.

 

 

 

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int tellajt fil-glorja tas-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla tebgħa, Marija, Omm Ibnek: agħmel li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjaġ tas-sema, biex jistħoqqilna sehem magħha fil-glorja li tajtha.  Bi Kristu Sidna.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Alla, int, li fik innifsek

m’hemmx tibdil lill-ħlejjaq trieġi:

lil kull siegħa tal-ġurnata

tqis id-dawl li jkun imissha.

 

Ibagħtilna lejla tajba,

fejn il-ħajja qatt ma tonqos,

imma tersaq lejn il-glorja,

li tkun ħlas ta’ mewt qaddisa.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen.

 

Ant. L-omm qaddisa ta’ Alla ġiet imtellgħa fil-għoli fuq il-qtajja’ tal-anġli fis-saltna tas-sema.

 

Salm 125 (126)

Ferħ u hena fil-Mulej

 

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

 

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imjassra ta' Sijon, *

konna qisna mitlufa f'ħolma;

mbagħad bid-daħk imtela fommna, *

u bl-għajat ta' ferħ ilsienna.

Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *

"Kbir f'għemilu l-Mulej magħhom!"

Kbir f'għemilu l-Mulej magħna! *

U aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Biddel, Mulej, xortina, *

bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *

jaħsdu bl-għana ta' ferħ.

 

Huma u sejrin, imorru jibku, *

jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.

Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b'għana ta' ferħ, *

iġorru l-qatet f'idejhom.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 130

Tama sħiħa fil-Mulej

 

Tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli (Mt 11, 29).

 

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *

            anqas ma ntrefgħu għajnejja;

jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *

            jew wara ħwejjeġ ogħla minni.

 

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ, *

            bħal tarbija f’ħoġor ommha;

bħal tarbija miftuma, *

            hekk hi ruħi ġewwa fija.

 

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *

            minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 127 (128)

Is-sliem tad-dar fil-Mulej

 

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

 

Hieni kull min jibża' mill-Mulej, *

kull min jimxi fit-triqat tiegħu!

Mix-xogħol ta' idejk inti tiekol; *

hieni int, u riżqek tajjeb!

Martek tkun bħal dielja għammiela *

            fl-irkejjen ta' darek;

uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *

madwar il-mejda tiegħek.

 

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *

li jibża' mill-Mulej!

Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *

Jalla tara l-ġid ta' Ġerusalemm tul ħajtek kollha!

Jalla tara wlied uliedek! *

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. L-omm qaddisa ta’ Alla ġiet imtellgħa fil-għoli fuq il-qtajja’ tal-anġli fis-saltna tas-sema.

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  2 Kor 5: 1

 

Aħna nafu li, jekk it-tinda li għandna fl-art tintemm, Alla tana dar għal dejjem fis-sema, dar li ma għamluhiex l-idejn tal-bnedmin.

 

V. Marija Verġni ġiet imtellgħa fil-għoli tas-smewwiet.

R. Fejn is-Sultan tas-slaten qiegħed fuq it-tron tiegħu, imdawwar bil-kwiekeb.

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int tellajt fil-glorja tas-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla tebgħa, Marija, Omm Ibnek: agħmel li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjaġ tas-sema, biex jistħoqqilna sehem magħha fil-glorja li tajtha.  Bi Kristu Sidna.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Hena tad-dinja, kewkba ta’ filgħodu,

            li ġibt ix-Xemx u wlidt lil dak li ħalqek,

            midd idek ħelwa biex terfagħna u tgħinna,

                        Verġni Marija.

 

            Inti s-sellum li jgħaqqad l-art mas-sema,

            ittella’ quddiem Alla t-talb ta’ wliedek,

            u qatt ma tieqaf tniżżel fuqna d-doni

                        tal-grazzja tiegħu.

 

            Il-qtajja’ mbierka tas-smewwiet jifirħu

            mal-ġemgħa tal-profeti u tal-appostli,

            għax inti waħdek stħaqqlek wara Alla

                        il-ġieh ewlieni.

 

            Glorja u tifħir lit-Trinita’ ta’ dejjem,

            li lilek, Verġni, żejnet bil-kuruna,

            u tatna fik sultana u omm ħanina

                        li tieħu ħsiebna.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Marija ġiet imtellgħa fis-sema: jifirħu l-anġli, ifaħħru u jbierku lill-Mulej.

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Marija ġiet imtellgħa fis-sema: jifirħu l-anġli, ifaħħru u jbierku lill-Mulej.

 

Ant. 2  Marija Verġni giet imtellgħa fil-għoli tas-smewwiet, fejn is-Sultan tas-slaten qiegħed fuq it-tron tiegħu, imdawwar bil-kwiekeb.

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Marija Verġni giet imtellgħa fil-għoli tas-smewwiet, fejn is-Sultan tas-slaten qiegħed fuq it-tron tiegħu, imdawwar bil-kwiekeb.

 

Ant. 3 Imbierka int mill-Mulej, o Verġni, għax bis-saħħa tiegħek ħadna sehem mill-frott tal-ħajja.

 

                     Kantiku                                            Ef 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Imbierka int mill-Mulej, o Verġni, għax bis-saħħa tiegħek ħadna sehem mill-frott tal-ħajja.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      1 Kor 15: 22-23

 

Bħalma l-bnedmin kollha jmutu f’Adam, hekk ukoll jiksbu l-ħajja fi Kristu. Imma kulħadd skont kif imissu: l-ewwel, Kristu; wara, dawk li huma ta’ Kristu.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Marija Verġni imtellgħa fil-għoli, * Fuq il-qtajja’ tal-anġli.  Marija.

V. Imbierek il-Mulej, li għollieha. * Fuq il-qtajja’ tal-anġli. Glorja. Marija.        

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Illum Marija Verġni telgħet fis-sema; ifirħu, għax qiegħda ssaltan ma’ Kristu għal dejjem.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Illum Marija Verġni telgħet fis-sema; ifirħu, għax qiegħda ssaltan ma’ Kristu għal dejjem.

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:

-         agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.

Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:

-         bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.

Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawmien tiegħu

            mlejtha bil-ferħ:

-         għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.

Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila

            tiegħek:

-         bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

 

Talba

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int tellajt fil-glorja tas-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla tebgħa, Marija, Omm Ibnek: agħmel li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjaġ tas-sema, biex jistħoqqilna sehem magħha fil-glorja li tajtha. B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

Wara t-Talba tal-egħluq il-jum, xieraq li tingħad l-ant. Is-sliem, o Sultana ...

 

 

 

22 TA’ AWWISSU

 

Tifkira (O) ta

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA, REĠINA

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant.  Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.


Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant.  Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.



 

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

            Alla qiegħdek, o Marija,

fil-quċċata l-aktar għolja

tal-ħolqien, u għoġbu jagħżlek

is-Sultana kbira tiegħu.

 

Għaliex int, fost l-opri kollha

ta’ setegħtu, l-aqwa waħda,

u fi ħsiebu kont maħtura

sa minn dejjem bħal Omm Ibnu.

 

Ried ukoll isieħbek miegħu

fil-passjoni, u ħadt martiju

bla tixrid ta’ demm fuq l-għolja

tal-Kalvarju, fejn sirt Ommna.

 

Kbir hu ġiehek; iżda nafu

li, fost tant forħija u glorja,

qatt ma tinsa lil uliedek

fit-talb tiegħek, o Marija.

 

Agħmel int li nsebbħu f’kollox

lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

u ’l-Ispirtu, li bil-grazzja

hekk imlewk li ħadd mhu bħalek.  Ammen.

SALMODIJA

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

V.  Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R.  Hieni min iħarisha.

 

LEZZJONI 1                                                                                   Iżaija 7,10-14; 11,1-9                              

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija 

 

Għimmanu-El, Sultan is-sliem

 

F’dak  iż-żmien: Il-Mulej issokta jkellem lil Aħaż u qallu: “Itlob sinjal għalik minn għand il-Mulej, Alla tiegħek, f’qiegħ l-art jew fil-għoli tas-smewwiet.”  U Aħaż wieġeb: “Ma nitlobx: ma rridx nittanta lill-Mulej.”

           

U l-profeta Iżaija wieġeb: “Isimgħu, mela, dar David: mhux biżżejjed għalikom li tkiddu lill-bnedmin biex issa se tkiddu lil Alla tiegħi?  Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess: Arawha, ix-xebba ssir omm u jkollha iben u ssemmih Għimmanu-El-għax Alla magħna.”

           

Għad taħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu: fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej.

           

Ma jiġġudikax skont ma jidher fil-għajnejn, u ma jagħtix sentenza skont ma jisma’, iżda jiġġudika l-imsejknin skont il-ġustizzja, u jagħti sentenza skont is-sewwa lill-fqajrin tal-art.  Isawwat l-art bix-xettru ta’ fommu, u b’nifs xofftejh jolqot lill-ħażin.  Il-ħżiem ta’ ġenbejh tkun il-ġustizzja, u l-fedeltal-ħżiem ta’ qaddu.

           

Il-lupu jibda jgħix mal-ħaruf, il-leopard mal-gidi, u jirgħu flimkien il-għoġol u l-ferħ tal-ljun, tfajjel żagħżugħ isuqhom.  Il-baqra u l-ors jirgħu flimkien, u l-frieħ tagħhom flimkien jistrieħu.  L-iljun bħal gendus jiekol it-tiben.  It-tarbija tal-ħalib titliegħeb fil-ħofra tas-serp, u t-tifel miftum idaħħal idu fil-bejta tal-lifgħa.  Ma jagħmlux aktar deni u anqas ħsara fuq il-muntanja qaddisa kollha tiegħi, għax mimlija hi l-art bil-għarfien tal-Mulej bħalma hu miksi bl-ilmijiet.

      

RESPONSORJU                                                                              Iżaija 7: 14; 9: 6-7

 

R. Ix-xebba ssir omm u jkollha iben; * U jsemmuh Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan.

V. Joqgħod għal dejjem fuq it-tron ta’ David u s-saltna tiegħu. * U jsemmuh.

 

LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mill-Omiliji ta’ Sant’Amedew, isqof ta’ Lausanne.

 

Sultana tad-dinja u tal-paċi

 

Sa minn qabel ma ġiet imtellgħa fis-sema, l-isem ta’ Marija kien jiddi b’mod tal-għaġeb fuq id-dinja kollha; qabel ma tqiegħed is-sebh tagħha ‘l fuq mis-smewwiet, isimha kien ġa xxerred b’ġieh kbir ma’ kullimkien.  U kien sewwa li jsir hekk, għax kien jixraq li, għall-ġieh ta’ Binha wkoll, l-Omm Verġni ssaltan l-ewwelnett fuq l-art, u mbagħad tikseb il-glorja fis-sema; is-setgħa tagħha tinfirex f’din il-ħajja, sa ma tilħaq il-milja qaddisa fil-ħajja l-oħra, biex bħallikieku tgħaddi minn qawwa għal qawwa u tinbidel minn glorja għal glorja fl-ispirtu tal-Mulej.

           

Għalhekk sa minn din id-dinja stess hija kienet diġa’ qiegħda dduq il-frott tas-saltna tas-sema, kemm għax kienet f’għoli liema bħalu f’għajnejn Alla, kemm għax kienet tagħti servizz lil għajrha bi mħabba li ma titfissirx bil-kliem.  L-anġli kienu jinżlu jservuha, il-bnedmin kienu jġibulha r-rispett u jaqduha.  Gabrijel, flimkien mal-anġli, waqaf magħha; Ġwanni, flimkien mal-appostli, kien jaqdiha, ferħan li taħt is-salib l-Omm Verġni ġiet afdata fl-idejn verġni tiegħu.  L-anġli jifirħu xħin jaraw lis-sultana tagħhom, u l-appostli lis-sidt tagħhom, u sew dawk sew dawn jingħataw lilha b’rabta ta’ mħabba mill-qalb.

           

Hi, mil-għoli tal-palazz tal-virtujiet tagħha, mill-baħar tad-doni li Alla mlieha bihom, kienet tħares lejn il-fidi tal-poplu bil-għatx, u b’idejha t-tnejn miftuħa kienet ixxerred fuqu x-xmajjar tal-grazzji li bihom kienet imfawra aktar minn kulħadd.  Għax kienet tagħtihom il-fejqan u s-saħħa fil-ġisem u r-ruħ, bis-setgħa tagħha li tagħti l-ħajja lil dawk li huma mejtin fil-ġisem u r-ruħ.  Min qatt mar għandha u reġa’ lura marid jew imdejjaq jew imċaħħad mid-dawl dwar il-misteri tas-sema?  Min ma qalax li ried minn għand Marija, Omm il-Mulej, u reġa’ lura hieni u ferħan?

           

Imwettqa b’kotra ta’ egħmejjel tajba bħal dawn, il-Għarusa, Omm il-Għarus waħdieni, kollha ħlewwa u għożża u għaxqa, kienet tniżżel mis-sema xmajjar ta’ sliem u xita ta’ grazzji u taħżinhom fiha nfisha biex issir qisha għajn għall-ġonna spiritwali, jew bħal bir ta’ ilmijiet ħajjin li jagħtu l-ħajja, bħal xmara ħierġa mil-Lebanon tas-sema li s-swieqi tagħha jferrħu l-belt ta’ Alla, u mbagħad kienet ixxerred dawn l-ilmijiet ma’ kullimkien, mill-muntanji ta’ Sijon sal-popli kollha tal-qrib u tal-bogħod.

           

Għalhekk, meta Alla u Ibnu, is-Sultan tas-slaten, tellgħu lix-Xebba tax-xebbiet fis-sema, fost il-ferħ tal-anġli u l-hena tal-arkanġli, fost l-agħjat ta’ tifħir mis-sema kollu, imbagħad seħħet il-profezija tas-Salmista li qal lill-Mulej: F’lemintek is-sultana mżejna b’deheb ta’ Ofir.

 

RESPONSORJU                                                                                                      

 

R. Deher sinjal kbir fis-sema : mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, * U b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.

V. F’lemintek is-Sultana mżejna b’deheb ta’ Ofir. * U b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li Omm Ibnek tkun Ommna wkoll u Sultana tagħna; fit-tjieba tiegħek, agħtina l-għajnuna tat-talb tagħha, biex niksbu l-glorja ta’ wliedek fis-saltna tas-sema.  B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Ilbiesek dawl ix-xemx, Sultana kbira

            tas-sema u l-art, bint David, ġieh ta’ Sijon,

            bilqiegħda fuq tron għoli ’l fuq mill-anġli

                        u l-ħlejjaq kollha.

            Hekk stħaqqlek tkun, għax inti, Xebba safja,

            wilidt bl-Ispirtu lis-Sultan ta’ dejjem,

            rabbejtu u sseħibt miegħu sa ma kiseb

                        ir-rebħa l-kbira.

 

            U llum flimkien mal-ħlejjaq kollha ninżlu

            quddiemu għarkobbtejna, b’tama sħiħa

            li b’talbek, Ester ġdida, lkoll jeħlisna

                        mill-mewt ta’ dejjem.

 

            Missier id-dawl jagħtina din il-grazzja

            b’Ibnu l-Feddej għażiż, fl-Ispirtu s-Santu:

            it-Trinita’ Qaddisa, Alla wieħed,

                        Sultan tal-glorja.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

       Kantiku                                      Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

 

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                           Iżaija 61: 10

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

 

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.

V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għażilha.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija O Marija, li nissilt lil Kristu, Sidna u Salvatur tagħna, u bqajt dejjem Verġni, inti r-Reġina tad-dinja, kif tassew jixraqlek tkun. 

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija O Marija, li nissilt lil Kristu, Sidna u Salvatur tagħna, u bqajt dejjem Verġni, inti r-Reġina tad-dinja, kif tassew jixraqlek tkun. 

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:

-         agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.

Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:

-         eħlisna mit-taħsir tad-dnub.

Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:

-         bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..

Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:

-         agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

 

Missierna, eċċ.

Talba

 

O Alla, int ridt li Omm Ibnek tkun Ommna wkoll u Sultana tagħna; fit-tjieba tiegħek, agħtina l-għajnuna tat-talb tagħha, biex niksbu l-glorja ta’ wliedek fis-saltna tas-sema.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

 

Nersqu lejk, Sultana ħelwa

            tas-smewwiet, biex isserraħna

            u minn fuqna tneħħi t-toqol

            tad-dnubiet li qed jagħfsuna.

 

            Agħti widen għat-talb tagħna,

            o Marija, bieb il-ħajja,

            int li raddejtilna t-tama

            li bil-ħtija t’Eva tlifna.

 

            Permezz tiegħek, o Sultana,

            jitla’ talbna quddiem Alla,

            ħa naqilgħu ż-żmien it-tajjeb

            għall-frott xieraq tal-indiema.

 

            Verġni mqaddsa, b’qalb qawwija

            lejk induru u lilek ngħajtu:

            int il-medjatriċi tagħna

            b’sehem mill-grazzja t’Ibnek waħdu.

 

            Ħajja, ħlewwa u tama tagħna,

            bik, fit-tmiem ta’ dan l-eżilju,

            nidħlu f’art il-wegħda mbierka,

            fil-mistrieħ tassew, għal dejjem.

 

            Kull tifħir u sebh jingħata

            lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

            u l-Ispirtu, li bi glorja

ta’ bla tmiem żejnuk fis-sema.  Ammen.

 

 

 

 

 

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

 

 

Kantiku                                          Efesin 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        Galatin 4: 4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R.  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja: * Il-Mulej miegħek.  Sliem.

V.  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej

miegħek. Glorja. Sliem.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Hienja int, Verġni Marija, għax emmint dak kollu li l-Mulej bagħat igħidlek: issa qiegħda ssaltan ma’ Kristu għal dejjem.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Hienja int, Verġni Marija, għax emmint dak kollu li l-Mulej bagħat igħidlek: issa qiegħda ssaltan ma’ Kristu għal dejjem.

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla

            tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:

-         ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.

Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-

            imnikktin, aħfer lill-midinbin:

-         agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.

Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:

-         ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.

Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:

-         agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

Talba

 

O Alla, int ridt li Omm Ibnek tkun Ommna wkoll u Sultana tagħna; fit-tjieba tiegħek, agħtina l-għajnuna tat-talb tagħha, biex niksbu l-glorja ta’ wliedek fis-saltna tas-sema.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

Wara t-Talba tal-egħluq il-jum, xieraq li tingħad l-ant. Is-Sliem, o Sultana …

8 TA’ SETTEMBRU

 

Festa ta

IT-TWELID TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant.  Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.


Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant.  Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.


Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
*
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

 

 

 

 

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

            Verġni, Omm qaddisa t’Alla,

            ġieh tad-dinja: bik, Marija

            minn ilsiera ġejna ħielsa,

            bik ulied id-dawl nissejħu.

           

            Bint is-slaten, fergħa sbejħa

            minn dar David, nislek għoli:

            imma mżejna b’ġieh wisq ogħla,

            għax int Omm ir-Re tal-glorja!

 

            Ej’ qaċċatna miz-zokk niexef

            u fil-ġdid il-ħaj laqqamna,

            biex nimtlew bil-frott u nsiru

            saltna u qassisin għal Alla.

 

            Bit-talb qawwi tiegħek, ħollna

            mill-irbit qadim tal-ħtija,

            u, bil-merti tiegħek, naslu

            bla tfixkil fil-ferħ tas-sema.

 

            Qima u sebħ lit-tliet Persuni,

            Alla wieħed, li tjubitu

            sawwab fuqek, Verġni, u fawrek

            bit-teżor tad-doni tiegħu.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *     

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

V.  Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R.  Hieni min iħarisha.

 

 

 

 

 

LEZZJONI 1                                                                                                           Ġen 3: 9-20

 

Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi

 

Il-kastig tal-midneb; il-wegħda tas-salvazzjoni

 

Wara li Adam kiel mis-siġra, il-Mulej sejjaħlu u qallu: ‘’Fejn int?’’  U wieġbu: ‘’Għax smajt ħossok fil-ġnien, u, billi jien għarwien, bżajt u staħbejt.’’  U qallu: ‘’Min qallek li int għarwien?  Jaqaw kilt mis-siġra li għidtlek ma tikolx minnha?’’  U wieġeb Adam: ‘’Il-mara li tajtni miegħi, hi tatni mis-siġra, u jiena kilt.’’

           

U l-Mulej qal lill-mara: ‘’X’inhu li għamilt?’’  U l-mara weġbitu: ‘’Is-serp daħak bija, u kilt.’’  U l-Mulej qal lis-serp: ‘’Talli għamilt hekk, int tkun l-iżjed misħut fost il-bhejjem kollha u fost l-annimali selvaġġi kollha.  Int timxi għal żaqqek u tiekol it-trab għal ħajtek kollha.  Inissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha.  Hu jgħaffiġlek rasek u inti tgħattanlu għarqubu.’’

           

U lill-mara qalilha: ‘’Qatigħ inkattarlek l-uġigħ tat-tqala tiegħek: bit-tbatija jkun ħlasek.  Żewġek ikun il-mexxej tiegħek; hu jkun sidek,’’

           

U lil Adam qallu: ‘’Talli smajt minn martek u kilt mis-siġra li għidtlek biex ma tikolx minnha, tkun misħuta l-art minħabba fik, u bit-tbatija tiekol minnha għal ħajtek kollha; xewk u għollieq tagħmillek, u ħaxix selvaġġ tiekol.  Bil-għaraq ta’ ġbinek tiekol ħobżok sa ma terġa’ lura lejn l-art li minnha int imnissel, għax inti trab u lejn it-trab terġa’ tmur.’’

           

U lil martu Adam semmieha Eva, għax kienet omm il-ħajjin kollha.

 

RESPONSORJU                                             Rum 5,15; Lq 1,30; ara Salm 114,8; 17, 19

 

R. Illum twieldet il-Verġni mqaddsa Marija min-nisel ta’ David; * Dawk kollha li jemmnu raw s-salvazzjoni biha; bil-ħajja glorjuża tagħha dawlet id-dinja.

V. B’qima kbira niċċelebraw it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija; * Dawk kollha li jemmnu raw s-salvazzjoni biha; bil-ħajja glorjuża tagħha dawlet id-dinja.

 LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mid-Diskorsi tal-isqof Sant’Andrija ta’ Kreta

 

Il-qadim għadda, u kollox iġġedded

 

L-iskop tal-liġi hu Kristu li begħidna mill-ittra tal-liġi u għolliena għall-ispirtu tagħha.  Dan seħħ meta Alla, li kien ta l-liġi, temm kull ma kien hemm fiha u biddel l-ittra fl-ispirtu; ta bidu ġdid fih innifsu lill-ħolqien kollu; ta bidu għall-ħajja tal-grazzja billi qiegħed il-liġi taħt is-setgħa tal-grazzja, u qabbel u għaqqad il-grazzja mal-liġi, mingħajr ma ħallat u ħawwad flimkien dak li hu tal-liġi u dak li hu tal-grazzja, iżda b’mod tassew jixraq lil Alla, biddel dak kollu li kien jassar, itaqqal u jorbot f’dak li hu ħafif u jagħti l-ħelsien, hekk li maħniex aktar ilsiera taħt l-elementi ta’ din id-dinja, kif igħid l-Appostlu, u lanqas għadna taħt il-jasar tal-ittra tal-liġi.

           

Hawn hu l-qofol tal-ġid kollu li tana Kristu, hawn hi r-rivelazzjoni tal-misteru ta’ Kristu, Alla u bniedem, li, fin-natura tiegħu ta’ Alla, ċekken lilu nnifsu, u fin-natura ta’ bniedem li ħa għalih, għolla l-bniedem għad-dinjita’ ta’ Alla.  Din il-miġja tassew tal-għaġeb ta’ Alla fost il-bnedmin, miġja kollha dawl u dija, kien jixraq li jkollha qabilha xi ġrajja tassew ta’ ferħ, li biha jaslilna d-don għażiż tas-salvazzjoni.  Din il-ġrajja qegħdin infakkruha llum biċ-ċelebrazzjoni tagħna: il-bidu tagħha hu t-twelid tal-Verġni Marija u t-tmiem tagħha hu l-għaqda tal-Verb ta’ Alla man-natura ta’ bniedem li ħa għalih.  Illum titwieled Verġni, titreddgħa u titrabba, u titħejja biex tkun Omm Alla, omm is-sultan taż-żminijiet kollha.

           

Il-ġid li aħna niksbu miċ-ċelebrazzjoni tal-lum hu ta’ żewġ xorta: l-ewwelnett naslu għall-verita’, u mbagħad neħilsu wkoll mill-jasar tal-ittra tal-liġi u nibdew ngħixu ħajja ġdida.  Dan kif?  Dan għaliex?  Kif id-dell igħib mal-wasla tad-dawl, hekk il-grazzja twassal għall-ħelsien mill-jasar tal-ittra.  Il-festa tal-lum qiegħda bejn żmien il-jasar tal-liġi u żmien il-ħajja ħielsa fil-grazzja, għaliex il-festa tal-lum tgħaqqad il-verita’, li seħħet wara, mas-simboli u l-figuri li ħabbruha qabel, u għalhekk tbiddel l-imgħoddi fil-ġdid.

Ħa jifirħu u jithennu l-ħlejjaq kollha, biex jiċċelebraw kif jixraq dan il-jum ta’ ferħ kbir.  Illum hemm festa waħda fis-sema u fl-art; illum jingħaqdu flimkien fil-ferħ kull ma hawn fid-dinja u kull ma hemm ‘il fuq mid-dinja; illum inħalaq u beda jinbena tempju xieraq għal dak li ħalaq kollox; illum tħejjiet għamara ġdida u tassew tixraq lil Dak li għamel kollox.

 

RESPONSORJU                                                                                                      

 

R. Illum niċċelebraw b’qima kbira t-twelid ta’ Marija, Omm Alla, li baqgħet dejjem Verġni; * Bil-ħajja mfaħħra tagħha ddawwal il-Knejjes kollha.

V. B’qalbna u b’ruħna nagħtu glorja lil Kristu f’din il-festa qaddisa ta’ Marija, l-Omm kbira ta’ Alla. * Bil-ħajja mfaħħra tagħha ddawwal il-Knejjes kollha.

 

Lilek, O Alla, infaħħru

 

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta
' dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha,

lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini
*
            ixandruk bla heda:

Qaddis,
* Qaddis, * Qaddis *
            il-Mulej Alla tal-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija
*
            bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar
*
            il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar
*
            il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru * 

il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha
* il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta
' kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu,
* id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.  
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem,
*
            ma stmerrejtx tinżel f'ġuf ta' Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
*
            u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta
' Alla, *
            fis-sebħ tal-Missier.

Ahna nemmnu * 

li int għad terġa' tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
*
            li inti fdejt b'demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek
*
            fil-glorja ta' dejjem.

 

(+) Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
            bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom,
*
            erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-iehor
* aħna nberkuk:
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
  

u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum
*
            inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej,
* ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek,
*
            kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn:
*
            ma jkolli qatt għax ninfixel.

 

(+) Din l-aħħar taqsima tal-innu tista’ titħalla barra.

 

 

 

 

 

Talba

 

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Verġni mqaddsa, Omm tal-għaġeb,

            inti Sidt id-dinja kollha,

            tas-smewwiet Sultana ħelwa,

            kewkba tiddi fil-vjaġġ tagħna.

 

            Idher fostna, bint il-hena,

            iddi, tfajla kollok grazzja,

            ħalli bik infittxu nilqgħu

            fuq din l-art lill-Bniedem-Alla.

 

            Jum ta’ ferħ hu l-jum solenni

            ta’ twelidek, o Marija,

            għax bik feġġ it-tmiem tal-jasar,

            bik ersaqna lejn il-fidwa.

 

 

            Minn bnedmin hekk fqar tad-dinja

            sirna bik ulied is-sema:

            għal darb’oħra ksibna paċi

mingħajr qies bejn Alla u bejnna.

 

            Għalhekk nagħtu ħajr u glorja

            lill-Mulej li mliek bil-grazzja,

            u, biex ġiehek ikattarlek,

            għoġbu jagħmlek Omm il-Knisja.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Illum it-twelid tal-Verġni glorjuża Marija, bint Abraham, imnissla mit-tribu’ ta’ Ġuda, u fergħa sabiħa miz-zokk ta’ David.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Illum it-twelid tal-Verġni glorjuża Marija, bint Abraham, imnissla mit-tribu’ ta’ Ġuda, u fergħa sabiħa miz-zokk ta’ David.

 

Ant. 2  Id-dinja mtliet bid-dawl fit-twelid tal-Verġni mqaddsa, għax hi l-Omm hienja li, bħal għerq qaddis, tatna frott imbierek.

 

       Kantiku                                      Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Id-dinja mtliet bid-dawl fit-twelid tal-Verġni mqaddsa, għax hi l-Omm hienja li, bħal għerq qaddis, tatna frott imbierek.

 

Ant. 3  Niċċelebraw b’ferħ kbir it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, biex tidħol għalina quddiem Sidna Ġesu’ Kristu.

 

 

 

 

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Niċċelebraw b’ferħ kbir it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, biex tidħol għalina quddiem Sidna Ġesu’ Kristu.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        Iż 11: 1-3a

 

Għad toħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu: fuq jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.

V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għażilha.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Verġni Omm Alla, it-Twelid tiegħek ħabbar il-ferħ lid-dinja kollha: għax minnek tnisslet ix-xemx tal-ġustizzja, Kristu Alla tagħna, li neħħa s-saħta minn fuqna u xerred il-barka, qered il-mewt u tana l-ħajja ta’ dejjem.   

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Verġni Omm Alla, it-Twelid tiegħek ħabbar il-ferħ lid-dinja kollha: għax minnek tnisslet ix-xemx tal-ġustizzja, Kristu Alla tagħna, li neħħa s-saħta minn fuqna u xerred il-barka, qered il-mewt u tana l-ħajja ta’ dejjem.   

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Salvatur tad-dinja, bil-grazzja qawwija tal-fidwa tiegħek int ħarist minn qabel lil

Ommok minn kull tebgħa ta’ dnub:

-         żommna safja u mbiegħda mid-dnub.

Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed

qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu:

-         agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.

Verb etern, int għallimt lil Ommok tagħżel għaliha s-sehem it-tajjeb:

-         agħtina li nagħmlu bħalha, billi nfittxu l-ikel li jsaħħaħna għall-ħajja ta’ dejjem.

Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-

ġisem:

-         agħtina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.

Sid is-sema u l-art, int qegħidt lil Marija sultana fil-leminija tiegħek:

-         agħmel li jkun jistħoqqilna nissieħbu magħha fil-glorja.

 

Missierna, eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

Talba

 

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

It-Talb ta’ nofs il-jum

 

 

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

 

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

           

F’din is-siegħa, nofs il-għodwa,

            nerfgħu qlubna ’l fuq lejn Alla,

            u bil-qima nagħtuh glorja,

            għax hu ħelu t-tifħir tiegħu.

 

            Nitolbuh biex jibagħtilna

            lill-Ispirtu jgħammar fina,

            kif, bħal issa, darba niżel

            f’nar ta’ mħabba fuq l-appostli.

 

            Hekk ried jagħlaq b’dan il-għaġeb

            l-għemil sħiħ tal-fidwa tagħna,

            ħa jmexxina ħfief għall-premju

            li ħejjielna sa minn dejjem.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Ant. Illum it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li bil-ġieh kbir ta’ ħajjitha dawlet il-Knejjes kollha.

 

Salm 119 (120)

Ix-xewqa tal-paċi

 

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

 

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *

u hu weġibni.

 

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *

u mill-ilsna qarrieqa.

X'se tieħu b'dan, u x'se jiswielek, *

ilsien qarrieq?

Vleġeġ misnuna ta' wieħed b'saħħtu, *

u ġamar tal-ġummar.

Imsejken jien, li ngħix barrani f'Mesek; *

li ngħammar fl-għerejjex ta' Kedar!

Ili ngħix biżżejjed *

ma' dawk li jobogħdu s-sliem.

Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *

insibhom lesti għall-ġlied.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 120 (121)

Il-Mulej iħares il-poplu

 

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

 

Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; *

mnejn se tiġini l-għajnuna?

Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *

ma jongħosx dak li jħarsek.

Ara, la jongħos u lanqas jorqod *

dak li jħares lil Iżrael.

 

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *

anqas il-qamar billejl.

 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *

hu jħarislek ħajtek.

Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *

minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 128

Il-poplu fil-hemm iġedded it-tama

 

Il-Knisja tgħid x’qiegħda ġġarrab (S. Wistin)

 

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *

- ħa jgħid hekk Iżrael -

ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *

            imma ma rnexxilhomx jegħelbuni.

Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *

            raddiet twal bis-swat għamluli.

Imma ġust hu l-Mulej, *

            u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

 

Ħa jinfixlu u jmorru lura *

            dawk kollha li jobgħodu ‘l Sijon.

Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, *

            li jinxef qabel ma jikber,

li bih il-ħassad ma jimliex idu, *

            anqas ħadd jorbtu f’qatet quddiemu.

 

U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †

            “Il-Barka ta’ Alla fuqkom!  *

            Inberkukom f’isem il-Mulej!”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Illum it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li bil-ġieh kbir ta’ ħajjitha dawlet il-Knejjes kollha.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      Għan 6: 10

 

Min hija din li tielgħa bħaż-żerniq, sabiħa bħall-qamar, tiddi bħax-xemx, tal-biża’ bħal eżerċtu lest għat-taqbida?

 

V. Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R. Hieni min iħarisha.

Talba

 

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. Bi Kristu Sidna. Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

F’Nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

F’dan  il-ħin li jistedinna

            biex nistrieħu ftit mill-ħidma

            b’qalbna mħeġġa nfaħħru ’l Sidna

            li ma stmerrx imut għalina.

 

            Hu l-Ħaruf li offra ruħu

            lil Missieru bħala vittma,

            biex jifdna u jerġa’ jtina

            bis-salib il-ġieh li tlifna.

 

            Inroddulu ħajr għall-grazzja

            tas-salib, li d-dija tiegħu

            tfiet ix-xemx fuq il-Kalvarju,

            iżda mliet bid-dawl lil ruħna.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Ant. Tiddi Marija, minn nisel is-slaten; minn qalbna u ruħna nitolbu b’qima kbira l-għajnuna tat-talb tagħha.

 

 

 

 

 

Salm 122 (123)

Il-Mulej it-tama tal-poplu

 

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

 

Lejk nerfa' għajnejja, *

int li tgħammar fis-smewwiet.

 

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *

bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;

hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *

sa ma jkollu ħniena minna.

 

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *

għax mitmugħa sax-xaba' bit-tagħjir.

Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *

biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 123 (124)

Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

 

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

 

Li ma kienx il-Mulej magħna *

            – ħa jgħid hekk Iżrael –

li ma kienx il-Mulej magħna, *

meta qamu għalina n-nies,

ħajjin kienu jibilgħuna, *

meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

 

L-ilma kien jgħarraqna, *

il-wied kien jgħaddi minn fuqna;

minn fuqna kien jgħaddi *

mewġ ta' ilma qawwi.

Imbierek il-Mulej, *

li ma telaqniex priża għal snienhom.

Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *

Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

 

L-għajnuna tagħna f'isem il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 124 (125)

Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

 

ls-sliem fuq Iżrael ta Alla (Gal 6,16).

 

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta' Sijon, *

li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.

Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *

hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,

minn issa u għal dejjem.

Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena

fuq l-art, wirt il-ġusti, *

biex ma jiġrix li l-ġusti

jmiddu jdejhom għall-ħażen.

 

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *

u lil dawk ta' qalbhom safja.

Imma 'l dawk li jgħawwġu triqthom †

jitlaqhom il-Mulej ma' dawk li jagħmlu l-ħażen.

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Tiddi Marija, minn nisel is-slaten; minn qalbna u ruħna nitolbu b’qima kbira l-għajnuna tat-talb tagħha.

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      Ġudit 13: 18-19

 

Imbierek il-Mulej Alla, li ħalaq is-sema u l-art, għax hu illum kabbarlek ismek, hekk li l-bnedmin qatt ma jieqfu jfaħħruk, imma jibqgħu dejjem jiftakru fil-qawwa tal-Mulej.

 

V. Hieni l-ġuf tal-Verġni Marija.

R. Li ġiebet fid-dinja ’l Bin il-Missier etern.

 

Talba

 

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. Bi Kristu Sidna. Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Nilqgħu l-grazzja u nħeġġu qalbna

            b’dak in-nar li tkebbes f’Pietru

            xħin kien tielgħa lejn it-tempju

            tal-Mulej, għat-talb tat-tlieta.

 

 

            U noqogħdu, b’tama kbira

            bħall-magħtub, fil-bieb tal-ħniena,

            biex nittallbu minn għand Alla

            kull għajnuna li naħtieġu.

 

            Aħna wkoll, bil-fidi fl-isem

            ta’ Ġesu’, naqilgħu s-saħħa,

            hekk li l-passi dgħajfa tagħna

            jitqawwew fit-triq tas-sema.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Ant. B’qalbna u ruħna nfaħħru u nagħtu glorja lil Kristu f’din il-festa qaddisa ta’ Marija, l-Omm kbira ta’ Alla. 

 

Salm 125 (126)

Ferħ u hena fil-Mulej

 

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

 

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imjassra ta' Sijon, *

konna qisna mitlufa f'ħolma;

mbagħad bid-daħk imtela fommna, *

u bl-għajat ta' ferħ ilsienna.

Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *

"Kbir f'għemilu l-Mulej magħhom!"

Kbir f'għemilu l-Mulej magħna! *

U aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Biddel, Mulej, xortina, *

bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *

jaħsdu bl-għana ta' ferħ.

 

Huma u sejrin, imorru jibku, *

jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.

Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b'għana ta' ferħ, *

iġorru l-qatet f'idejhom.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 130

Tama sħiħa fil-Mulej

 

Tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli (Mt 11, 29).

 

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *

            anqas ma ntrefgħu għajnejja;

jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *

            jew wara ħwejjeġ ogħla minni.

 

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ, *

            bħal tarbija f’ħoġor ommha;

bħal tarbija miftuma, *

            hekk hi ruħi ġewwa fija.

 

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *

            minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 127 (128)

Is-sliem tad-dar fil-Mulej

 

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

 

Hieni kull min jibża' mill-Mulej, *

kull min jimxi fit-triqat tiegħu!

Mix-xogħol ta' idejk inti tiekol; *

hieni int, u riżqek tajjeb!

Martek tkun bħal dielja għammiela *

            fl-irkejjen ta' darek;

uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *

madwar il-mejda tiegħek.

 

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *

li jibża' mill-Mulej!

Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *

Jalla tara l-ġid ta' Ġerusalemm tul ħajtek kollha!

Jalla tara wlied uliedek! *

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. B’qalbna u ruħna nfaħħru u nagħtu glorja lil Kristu f’din il-festa qaddisa ta’ Marija, l-Omm kbira ta’ Alla.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                          Apok 21: 3

 

Din hi l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom.

 

V. Imbierka inti fost in-nisa.

R. U mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

Talba

 

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. Bi Kristu Sidna. Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Verġni, Omm qaddisa t’Alla,

            ġieh tad-dinja: bik, Marija

            minn ilsiera ġejna ħielsa,

            bik ulied id-dawl nissejħu.

           

            Bint is-slaten, fergħa sbejħa

            minn dar David, nislek għoli:

            imma mżejna b’ġieh wisq ogħla,

            għax int Omm ir-Re tal-glorja!

 

            Ej’ qaċċatna miz-zokk niexef

            u fil-ġdid il-ħaj laqqamna,

            biex nimtlew bil-frott u nsiru

            saltna u qassisin għal Alla.

 

            Bit-talb qawwi tiegħek, ħollna

            mill-irbit qadim tal-ħtija,

            u, bil-merti tiegħek, naslu

            bla tfixkil fil-ferħ tas-sema.

 

            Qima u sebħ lit-tliet Persuni,

            Alla wieħed, li tjubitu

            sawwab fuqek, Verġni, u fawrek

bit-teżor tad-doni tiegħu.  Ammen.

 

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Min-nisel ta’ Ġesse twieldet il-Verġni Marija, li saret għamara tal-Ispirtu ta’ Alla l-Għoli.

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *      

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

 

Ant. 1  Min-nisel ta’ Ġesse twieldet il-Verġni Marija, li saret għamara tal-Ispirtu ta’ Alla l-Għoli.           

 

Ant. 2  Illum it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li Alla xeħet għajnejh fuq il-ġmiel tagħha u ġie jżurha fiċ-ċokon tagħha.

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Illum it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li Alla xeħet għajnejh fuq il-ġmiel tagħha u ġie jżurha fiċ-ċokon tagħha.

 

Ant. 3 Barka u ġieh lill-Verġni mqaddsa Marija, Omm Alla, li llum qegħdin niċċelebraw it-twelid tagħha, biex bit-talb tagħha tidħol għalina quddiem il-Mulej.

       Kantiku                                   Ef 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Barka u ġieh lill-Verġni mqaddsa Marija, Omm Alla, li llum qegħdin niċċelebraw it-twelid tagħha, biex bit-talb tagħha tidħol għalina quddiem il-Mulej.

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Rum 9: 4-5

 

Tal-Iżraelin hija l-adozzjoni u s-sebh, u l-pattijiet u l-liġi, u l-liturġija u l-wegħdiet; tagħhom huma l-patrijarki; u kien minnhom li, skont il-ġisem, ħareġ Kristu, li hu fuq kollox, Alla mbierek għal dejjem.  Ammen.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; * Il-Mulej miegħek. Sliem.

V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej miegħek. Glorja. Sliem.           

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Inġeddu bil-qima t-tifkira tat-twelid tal-Verġni glorjuża Marija, li l-Mulej xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tagħha, u mat-tħabbira tal-Anġlu nisslet il-Feddej tad-dinja.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Inġeddu bil-qima t-tifkira tat-twelid tal-Verġni glorjuża Marija, li l-Mulej xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tagħha, u mat-tħabbira tal-Anġlu nisslet il-Feddej tad-dinja.

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:

-         agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.

Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:

-         bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.

Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawmien tiegħu

            mlejtha bil-ferħ:

-         għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.

Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila

            tiegħek:

-         bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

 

 

Talba

 

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

15 TA’ SETTEMBRU

 

Tifkira (O) ta

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJATAD-DULURI

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant.  Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.


Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant.  Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.


Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
*
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

            Wieqfa kienet, imbikkija,

l-Omm ħdejn Binha, fit-tbatija,

fuq salib imdendel.

 

Ta’ din l-Omm il-qalb maqsuma

f’dak l-imrar, bl-uġigħ mitmuma,

nifed sejf in-niket.

 

Kemm tbatija f’qalb muġugħa,

liema dwejjaq li jifnuha

ħasset l-Omm imbierka.

 

X’weġgħa ġarrbet u x’kefrija

meta ratu fit-tbatija

l-Omm lil Binha, Alla!

 

Qalb kull bniedem tħoss għaliha

Lil Omm Kristu, u tibkiha

Xħin taraha f’dil-ħasra.

            Min ma jħossx id-dwejjaq tagħha

            xħin ta’ Kristu l-Omm jilmaħha

                        fin-niket ma’ Binha!   

 

            Għad-dnubiet ta’ ġensu ħati

            lil Ġesu’ hi ratu jbati

                        taħt is-swat bla ħniena.

 

            Rat lil Binha u baqgħet miegħu

            f’dak l-imrar tal-mewta tiegħu

                        waqt li ħarġet ruħu.

 

            O Ġesu’, meta ssejjaħli,

            tkun l-Omm tiegħek li tiftaħli

                        għall-premju ta’ dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

V.  Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R.  Hieni min iħarisha.

 

LEZZJONI 1                                                                                        Galatin 3: 22-4: 7

 

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin. .                                    

 

Aħna wlied Alla u werrieta tiegħu bil-fidi

 

Ħuti: L-Iskrittura xeħtet kollox taħt id-dnub, ħalli l-wegħda, bis-saħħa tal-fidi f’Ġesu’ Kristu, tingħata lil dawk li jemmnu.

           

Qabel ma ġiet il-fidi, aħna konna miżmumin priġunieri taħt il-ħarsien tal-liġi, sa ma tiġi l-fidi li kellha tkun rivelata.  Il-liġi, mela, kienet tmexxina qisna tfal lejn Kristu, biex inkunu iġġustifikati permezz tal-fidi.  Issa li l-fidi ġiet, ma naħtiġux aktar min imexxina.  Għax intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz tal-fidi fi Kristu Ġesu’.

           

Intom, li intom mgħammda fi Kristu, ilbistu ‘l Kristu.  Issa ma hemmx iżjed Lhudi u anqas Grieg, ma hemmx ilsir u anqas ħieles, ma hemmx raġel u anqas mara; għax intom ilkoll ħaġa waħda fi Kristu Ġesu’.  Imma jekk intom ta’ Kristu, intom ukoll nisel Abraham, werrieta skont il-wegħda.

           

Irrid ngħid li, sakemm idum iż-żmien li fih il-werriet ikun għadu tifel, dan ma jkunx aħjar minn ilsir, għad li hu sid il-ġid kollu; iżda jkun taħt il-ħarsien tat-tuturi u tal-amministraturi, sa ma jasal iż-żmien magħżul mill-missier.  Hekk ukoll aħna: meta konna tfal, konna lsiera taħt l-elementi tad-dinja.  Iżda meta, waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied!

           

U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: Abba, Missier!  U hekk mintix iżjed ilsir, iżda iben: u jekk iben, werriet ukoll permezz ta’ Alla.

 

RESPONSORJU                                      ara Galatin 4: 4-5; Efesin 2: 4; Rumani 8: 3     

 

R. Waslet il-milja taż-żminijiet, u Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja, imwieled minn Verġni, imwieled taħt il-liġi, * Biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi.

V. Bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb. * Biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi.

 

LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mid-Diskorsi ta’ San Bernard, abbati.

 

L-omm wieqfa ħdejn is-salib

 

Il-martirju tal-Verġni jissemma kemm fil-profezija ta’ Xmun u kemm fl-istess rakkont tal-passjoni tal-Mulej. Dan, qal ix-xwejjaħ qaddis għat-tfajjel Ġesu’, se jkun sinjal li jmeruh, u int, qal imbagħad lil Marija, sejf jinfidlek ruħek.

           

Tassew, Omm imbierka, is-sejf nifidlek ruħek!  Kieku ma nifidlikx ruħek, ma kienx jinfed lill-ġisem ta’ Ibnek.  Għax wara li miet Ġesu’, l-Iben tiegħek, - ta’ kulħadd, imma tiegħek b’mod speċjali, - il-lanza ħarxa ma missitlux ruħu; nifditlu biss ġenbu, għax anqas wara li miet ma ħelsuhielu għalkemm ma setgħux jagħmlulu ħsara iktar.  Imma lilek, iva, nifditlek ruħek.  Ruħ Ġesu’ ma kinitx iżjed fih, imma tiegħek ma setgħetx toħroġ.  In-niket li nifidlek lil ruħek kien hekk kbir li nistgħu bir-raġun kollu nsejħulek iżjed minn martri, ladarba l-qawwa tan-niket kienet tisboq kull tbatija tal-ġisem.

           

Forsi ma kinitx taqta’ aktar minn sejf dik il-kelma li nifditlek tassew ruħek, kelma li tinfed sa fejn jinfirdu minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu: Mara, hawn hu ibnek? X’bidla din!  Ingħatalek Ġwanni minflok Ġesu’, l-ilsir minflok is-Sid, id-dixxiplu minflok l-Imgħallem, bin Żebedew minflok Bin Alla, bniedem sempliċi minflok Alla veru!  Kif jista’ jkun li kelma bħal din ma tinfidlikx il-qalb l-iżjed ħelwa tiegħek meta aħna, imqar jekk biss niftakru fiha, inħossuha taqsmilna qalbna, avolja qalb iebsa daqs il-ħadid u ż-żonqor?

           

Xejn tistagħġbu, ħuti, meta ngħidu li Marija hi martri fir-ruħ.  Jistagħġeb dak il-bniedem li ma jiftakarx jekk qattx sema’ lil Pawlu jċanfar lill-pagani talli kienu bla mħabba u jqisilhom dan bħala wieħed mill-akbar dnubiet tagħhom.  Iżda l-qalb ta’ Marija xejn ma kienet hekk, u jalla anqas aħna l-qaddejja żgħar tagħha ma nkunu hekk.

           

Imma wieħed għandu mnejn jistaqsi: ‘’Mela ma kinitx taf li kellu jmut?’’  Bla dubju!  ‘’Ma kinitx tistenna li malajr jqum mill-imwiet?’’  B’fiduċja kbira!  ‘’Allura tibki għax sallbuh?’’  U ħafna wkoll!  Din kif inhi, ħabib, jew minn fejn ġibtu dan il-għerf, biex tistagħġeb iżjed bit-tbatija ta’ Marija milli bit-tbatija ta’ Binha?  Jekk dak ukoll seta’ jmut bħala bniedem, din ma setgħetx issofri miegħu l-mewt f’qalbha?  Dak miet bi mħabba li ħadd ma kellu akbar minnha; din mietet bi mħabba li warajha ma kienx hemm oħra bħalha.

 

RESPONSORJU                                                                                                      

 

R. Meta waslu f’post igħidulu l-Qorriegħa, hemmhekk salbu lil Ġesu’* Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ ommu.

V. U s-sejf tan-niket nifed lir-ruħ imbierka tagħha. * Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ ommu.

Talba

 

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu: agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Omm u għajn ta’ mħabba għalija,

            ġ'għalni nħoss dik it-tbatija,

                        biex jien nibki miegħek.

 

            Kebbes f’qalbi nar l-imħabba,

            la tħalliha qatt tittabba’

                        imħabbti għal Kristu.

 

            Omm qaddisa, isma’ talbi:

            dawk il-pjagi q’għedli f’qalbi

                        t’Ibnek Ġesu’ msallab.

 

            Aqsam miegħi dit-tbatija

            għal Ġesu’, li mħabba fija

                        xerred demmu kollu.

 

            Ħdejn Ġesu’ nibki dnubieti,

            fis-salib nara ħtijieti

                        sakemm ngħix dil-ħajja.

 

            Kemm nixtieqni nibqa’ miegħek

            mas-salib, u fid-dmugħ tiegħek

                        nissieħeb minn qalbi.

 

            Meta jmut dal-ġisem fqajjar,

            agħmel int li jien nittajjar

                        lejn is-sebħ tal-ġenna.  Ammen.

 

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Mulej Ġesu’, miegħek tingħaqad ruħi.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Mulej Ġesu’, miegħek tingħaqad ruħi.

 

Ant. 2 Nifirħu, għax qegħdin nissieħbu fit-tbatijiet ta’ Kristu.

 

 

       Kantiku                                      Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2 Nifirħu, għax qegħdin nissieħbu fit-tbatijiet ta’ Kristu.

 

Ant. 3 Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu bid-demm ta’ Kristu.

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

            u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu bid-demm ta’ Kristu.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        Kol 1: 24-25

 

Jien issa ferħan bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f’ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu għall-ġisem tiegħu, li hu l-Knisja. Ta’ din il-Knisja jiena sirt ministru, skont ma tani Alla nagħmel għalikom, jiġifieri li nxandar il-kelma ta’ Alla.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. O Verġni mqaddsa Marija, * Bik ħadna s-salvazzjoni. O Verġni.

V. Mill-pjagi ta’ Kristu. * Bik ħadna s-salvazzjoni. Glorja. O Verġni.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Ifraħ, Omm tad-duluri, għax, wara l-ħafna sofferenzi tiegħek, Alla żejnek bil-kuruna tal-glorja tas-sema, u qiegħdek fuq it-tron maġenb Ibnek bħala Sultana tal-ħlejjaq kollha.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *         

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Ifraħ, Omm tad-duluri, għax, wara l-ħafna sofferenzi tiegħek, Alla żejnek bil-kuruna tal-glorja tas-sema, u qiegħdek fuq it-tron maġenb Ibnek bħala Sultana tal-ħlejjaq kollha.

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:

-         agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.

Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:

-         eħlisna mit-taħsir tad-dnub.

Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:

-         bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..

Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:

-         agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu; agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

It-Talb ta’ nofs il-jum

 

Salmodija Komplementari … imma jekk jaħbat il-Ħadd, jingħadu s-salmi tal-Ħadd tal-I ġimgħa …

 

 

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

 

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

 

 

INNU

 

Spirtu s-Santu, li int Alla

wieħed mal-Missier u l-Iben,

ejja xxerred ġewwa fina,

ħalli bik ilkoll timliena.

 

Bi kliem fommna, b’qalbna w ruħna,

nerfgħu lejk it-tifħir tagħna;

int kebbisna b’nar imħabbtek,

u nxerduh fl-oħrajn madwarna.

 

Kun id-dawl li jtina l-għarfa

tal-Missier u l-Iben tiegħu;

żomm qawwija l-fidi tagħna

fik, l-Ispirtu li ġej minnhom.  Ammen.

 

Ant. Għolejt bħal ċedru fuq il-Lebanon, Verġni Marija, bħal ċipressa fuq il-muntanja Ħermon.

 

Salm 119 (120)

Ix-xewqa tal-paċi

 

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

 

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *

u hu weġibni.

 

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *

u mill-ilsna qarrieqa.

X'se tieħu b'dan, u x'se jiswielek, *

ilsien qarrieq?

Vleġeġ misnuna ta' wieħed b'saħħtu, *

u ġamar tal-ġummar.

Imsejken jien, li ngħix barrani f'Mesek; *

li ngħammar fl-għerejjex ta' Kedar!

Ili ngħix biżżejjed *

ma' dawk li jobogħdu s-sliem.

Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *

insibhom lesti għall-ġlied.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 120 (121)

Il-Mulej iħares il-poplu

 

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

 

Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; *

mnejn se tiġini l-għajnuna?

Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *

ma jongħosx dak li jħarsek.

Ara, la jongħos u lanqas jorqod *

dak li jħares lil Iżrael.

 

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *

anqas il-qamar billejl.

 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *

hu jħarislek ħajtek.

Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *

minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

 

 

 

Salm 128

Il-poplu fil-hemm iġedded it-tama

 

Il-Knisja tgħid x’qiegħda ġġarrab (S. Wistin)

 

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *

- ħa jgħid hekk Iżrael -

ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *

            imma ma rnexxilhomx jegħelbuni.

Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *

            raddiet twal bis-swat għamluli.

Imma ġust hu l-Mulej, *

            u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

 

Ħa jinfixlu u jmorru lura *

            dawk kollha li jobgħodu ‘l Sijon.

Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, *

            li jinxef qabel ma jikber,

li bih il-ħassad ma jimliex idu, *

            anqas ħadd jorbtu f’qatet quddiemu.

 

U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †

            “Il-Barka ta’ Alla fuqkom!  *

            Inberkukom f’isem il-Mulej!”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Għolejt bħal ċedru fuq il-Lebanon, Verġni Marija, bħal ċipressa fuq il-muntanja Ħermon.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                          Ġudit 13: 22. 23b (Vg)

 

Bierkek il-Mulej bil-qawwa tiegħu, għax bik ġieb fix-xejn l-għedewwa tagħna.  Imbierka int, binti, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

 

V. Marija ġiet imtellgħa fis-sema: jifirħu l-anġli.

R. Ifaħħru u jbierku lill-Mulej.

Talba

 

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu: agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna.  Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

F’Nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Mexxej qawwi, Alla veru,

Inti kollox tqassam sewwa:

jisbaħ jum, tagħnih bid-dija;

f’nofsu żżejnu b’dawl iħeġġeġ.

 

Iżda itfi l-għadab fina,

taffi s-sħana ta’ kull deni,

agħti s-saħħa ‘l min hu dgħajjef,

ġib is-sliem tassew fi qlubna.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen.

 

Ant. Bil-ħaqq kollu nistqarruk b’Sultana tas-sema, Marija, li minnek, bħal mill-għamara tiegħu, ħareġ Kristu, ix-Xemx tal-ġustizzja.

 

Salm 122 (123)

Il-Mulej it-tama tal-poplu

 

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

 

Lejk nerfa' għajnejja, *

int li tgħammar fis-smewwiet.

 

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *

bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;

hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *

sa ma jkollu ħniena minna.

 

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *

għax mitmugħa sax-xaba' bit-tagħjir.

Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *

biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 123 (124)

Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

 

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

 

Li ma kienx il-Mulej magħna *

            – ħa jgħid hekk Iżrael –

li ma kienx il-Mulej magħna, *

meta qamu għalina n-nies,

ħajjin kienu jibilgħuna, *

meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

 

L-ilma kien jgħarraqna, *

il-wied kien jgħaddi minn fuqna;

minn fuqna kien jgħaddi *

mewġ ta' ilma qawwi.

Imbierek il-Mulej, *

li ma telaqniex priża għal snienhom.

Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *

Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

 

L-għajnuna tagħna f'isem il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 124 (125)

Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

 

ls-sliem fuq Iżrael ta Alla (Gal 6,16).

 

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta' Sijon, *

li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.

Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *

hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,

minn issa u għal dejjem.

Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena

fuq l-art, wirt il-ġusti, *

biex ma jiġrix li l-ġusti

jmiddu jdejhom għall-ħażen.

 

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *

u lil dawk ta' qalbhom safja.

Imma 'l dawk li jgħawwġu triqthom †

jitlaqhom il-Mulej ma' dawk li jagħmlu l-ħażen.

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Bil-ħaqq kollu nistqarruk b’Sultana tas-sema, Marija, li minnek, bħal mill-għamara tiegħu, ħareġ Kristu, ix-Xemx tal-ġustizzja.

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                          Apok 12: 1

 

Deher sinjal kbir fis-sema: mara liebsa x-xemx bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.

 

V. L-Omm qaddisa ta’ Alla ġiet imtellgħa fil-għoli.

R. Fuq il-qtajja’ tal-anġli fis-saltna tas-sema.

 

Talba

 

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu: agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna.  Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Alla, int, li fik innifsek

m’hemmx tibdil lill-ħlejjaq trieġi:

lil kull siegħa tal-ġurnata

tqis id-dawl li jkun imissha.

 

Ibagħtilna lejla tajba,

fejn il-ħajja qatt ma tonqos,

imma tersaq lejn il-glorja,

li tkun ħlas ta’ mewt qaddisa.

 

Isma’ talbna, Missier twajjeb,

w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,

li ta’ dejjem hi saltnatkom

mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen.

 

Ant. L-Omm qaddisa ta’ Alla ġiet imtellgħa fil-għoli fuq il-qtajja’ tal-anġli fis-saltna tas-sema.

 

Salm 125 (126)

Ferħ u hena fil-Mulej

 

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

 

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imjassra ta' Sijon, *

konna qisna mitlufa f'ħolma;

mbagħad bid-daħk imtela fommna, *

u bl-għajat ta' ferħ ilsienna.

Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *

"Kbir f'għemilu l-Mulej magħhom!"

Kbir f'għemilu l-Mulej magħna! *

U aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Biddel, Mulej, xortina, *

bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *

jaħsdu bl-għana ta' ferħ.

 

Huma u sejrin, imorru jibku, *

jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.

Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b'għana ta' ferħ, *

iġorru l-qatet f'idejhom.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

 

 

 

Salm 130

Tama sħiħa fil-Mulej

 

Tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli (Mt 11, 29).

 

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *

            anqas ma ntrefgħu għajnejja;

jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *

            jew wara ħwejjeġ ogħla minni.

 

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ, *

            bħal tarbija f’ħoġor ommha;

bħal tarbija miftuma, *

            hekk hi ruħi ġewwa fija.

 

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *

            minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 127 (128)

Is-sliem tad-dar fil-Mulej

 

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

 

Hieni kull min jibża' mill-Mulej, *

kull min jimxi fit-triqat tiegħu!

Mix-xogħol ta' idejk inti tiekol; *

hieni int, u riżqek tajjeb!

Martek tkun bħal dielja għammiela *

            fl-irkejjen ta' darek;

uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *

madwar il-mejda tiegħek.

 

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *

li jibża' mill-Mulej!

Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *

Jalla tara l-ġid ta' Ġerusalemm tul ħajtek kollha!

Jalla tara wlied uliedek! *

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. L-Omm qaddisa ta’ Alla ġiet imtellgħa fil-għoli fuq il-qtajja’ tal-anġli fis-saltna tas-sema.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  2 Kor 5: 1

 

Aħna nafu li, jekk it-tinda li għandna fl-art tintemm, Alla tana dar għal dejjem fis-sema, dar li ma għamluhiex l-idejn tal-bnedmin.

 

V. Marija Verġni ġiet imtellgħa fil-għoli tas-smewwiet.

R. Fejn is-Sultan tas-slaten qiegħed fuq it-tron tiegħu, imdawwar bil-kwiekeb.

 

Talba

 

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu: agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna.  Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

 

 

INNU

 

Verġni mbierka, Omm qalbiena,

            uri miegħi din il-ħniena,

                        biex inħoss l-indiema.

 

            Mewt Ġesu’ q’għedli quddiemi,

            fuq il-pjagi jkun biss kliemi

                        u l-Passjoni tiegħu.

 

            Ġ’għalni nħoss il-pjagi fija,

            is-salib u kull tbatija,

                        u nissaffa b’Demmu.

 

            Verġni mbierka, ieqaf miegħi

            f’Jum il-ħaqq, biex fit-tmiem tiegħi

                        fin-nar qatt nintilef.

 

            Meta jmut dal-ġisem fqajjar,

            agħmel int li jien nittajjar

                        lejn is-sebh tal-ġenna.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Kristu hu s-sliem tagħna; bil-mewt tiegħu fuq is-salib reġa’ ħabbibna ma’ Alla.

           

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *      

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Kristu hu s-sliem tagħna; bil-mewt tiegħu fuq is-salib reġa’ ħabbibna ma’ Alla.

 

Ant. 2 Nersqu lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, u lejn Ġesu’, il-medjatur tal-patt il-ġdid.

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Nersqu lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, u lejn Ġesu’, il-medjatur tal-patt il-ġdid.

 

Ant. 3 Fi Kristu għandna l-fidwa bid-demm tiegħu.

 

Kantiku                                          Ef 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa         

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Fi Kristu għandna l-fidwa bid-demm tiegħu.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      2 Tim 2: 10-12a

 

Kollox nieħu bis-sabar għall-imħabba ta’ dawk li huma magħżulin, biex huma wkoll jiksbu s-salvazzjoni, li hi ta’ sebh għal dejjem fi Kristu Ġesu’. Din hi kelma ta’ min joqgħod fuqha: jekk aħna mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll; jekk insofru bis-sabar, għand insaltnu miegħu wkoll.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Is-Sultana tas-sema u Sidt id-dinja kienet wieqfa * Ħdejn is-salib tal-Mulej.  Is-Sultana.

V. Stħaqqilha l-glorja tal-martirju li, bla ma mietet, ġarrbet * Ħdejn is-salib tal-Mulej.  Is-Sultana. Glorja. Is-Sultana.         

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Kif Ġesu’ lemaħ lil ommu wieqfa ħdejn is-salib, u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: Mara, hawn u ibnek. Imbagħad qal lid-dixxiplu: Hawn hi ommok.

 

 

 

 

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Kif Ġesu’ lemaħ lil ommu wieqfa ħdejn is-salib, u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: Mara, hawn u ibnek. Imbagħad qal lid-dixxiplu: Hawn hi ommok.

 

 

 

 

 

 

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla

            tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:

-         ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.

Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-

     imnikktin, aħfer lill-midinbin:

-         agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.

Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:

-         ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.

Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:

-         agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu: agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

 

7 TA’ OTTUBRU

 

Tifkira (0) ta

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAR-RUŻARJU

 

Din it-tifkira riedha ssir il-Papa S. Piju V fl-anniversarju ta’ meta l-flotta tal-insara ħarġet rebbieħa fuq il-għadu f’Lepanto (1571), rebħa li l-insara dejjem kienu jafuha lil Omm Alla, li tathom l-għajnuna wara li daru lejha bit-talba tar-Rużarju. Iċ-ċelebrazzjoni tal-lum tħeġġeġ lil kulħadd għall-meditazzjoni tal-misteri ta’ Kristu, f’għaqda ma’ Marija, li ssieħbet b’mod speċjali mal-Iben ta’ Alla fl-inkarnazzjoni, fil-passjoni u fil-qawmien glorjuż tiegħu mill-imwiet.

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.


Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.


Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
*
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

 

INNU

 

F’ġuf Marija niżel igħammar

            dak li s-sema, l-art u l-baħar

            ixandruh u jagħtuh qima,

            għax hu Alla li ħalaqhom.

 

            Ħdan il-Verġni, mimli grazzja,

            jilqa’ fih lis-Sid il-Għoli,

            li jaqduh ix-xemx u l-qamar,

            l-univers bil-ħlejjaq tiegħu.

 

            Hienja l-Omm, li ġewwa ċ-ċokon

            tal-ġuf safi tagħha niżel

            il-ħallieq, li xejn ma jesgħu,

            u f’qiegħ idu jżomm id-dinja.

 

            Hienja dik li emmnet l-anġlu

            u, bil-qawwa tal-Ispirtu,

            ġiebet fostna ’l Alla bniedem,

            il-mixtieq tal-ġnus mill-qedem.

 

            Glorja lilek, Kristu Sidna,

            Bin Marija, Omm u Verġni;

            mal-Missier u mal-Ispirtu,

            ġieh jintraddlek, issa u dejjem.  Ammen.

SALMODIJA

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

V.  Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R.  Hieni min iħarisha.

 

LEZZJONI 1                                                                                                             

 

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija.                                              Iżaija 7,10-14; 11,1-9  

 

Għimmanu-El, Sultan is-sliem

 

F’dak  iż-żmien: Il-Mulej issokta jkellem lil Aħaż u qallu: “Itlob sinjal għalik minn għand il-Mulej, Alla tiegħek, f’qiegħ l-art jew fil-għoli tas-smewwiet.”  U Aħaż wieġeb: “Ma nitlobx: ma rridx nittanta lill-Mulej.”

           

U l-profeta Iżaija wieġeb: “Isimgħu, mela, dar David: mhux biżżejjed għalikom li tkiddu lill-bnedmin biex issa se tkiddu lil Alla tiegħi?  Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess: Arawha, ix-xebba ssir omm u jkollha iben u ssemmih Għimmanu-El-għax Alla magħna.”

           

Għad taħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu: fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej.

           

Ma jiġġudikax skont ma jidher fil-għajnejn, u ma jagħtix sentenza skont ma jisma’, iżda jiġġudika l-imsejknin skont il-ġustizzja, u jagħti sentenza skont is-sewwa lill-fqajrin tal-art.  Isawwat l-art bix-xettru ta’ fommu, u b’nifs xofftejh jolqot lill-ħażin.  Il-ħżiem ta’ ġenbejh tkun il-ġustizzja, u l-fedeltal-ħżiem ta’ qaddu.

           

Il-lupu jibda jgħix mal-ħaruf, il-leopard mal-gidi, u jirgħu flimkien il-għoġol u l-ferħ tal-ljun, tfajjel żagħżugħ isuqhom.  Il-baqra u l-ors jirgħu flimkien, u l-frieħ tagħhom flimkien jistrieħu.  L-iljun bħal gendus jiekol it-tiben.  It-tarbija tal-ħalib titliegħeb fil-ħofra tas-serp, u t-tifel miftum idaħħal idu fil-bejta tal-lifgħa.  Ma jagħmlux aktar deni u anqas ħsara fuq il-muntanja qaddisa kollha tiegħi, għax mimlija hi l-art bil-għarfien tal-Mulej bħalma hu miksi bl-ilmijiet.

      

RESPONSORJU                                                                              Iżaija 7: 14; 9: 6-7

 

R. Ix-xebba ssir omm u jkollha iben; * U jsemmuh Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan.

V. Joqgħod għal dejjem fuq it-tron ta’ David u s-saltna tiegħu. * U jsemmuh.

 

LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mid-Diskorsi ta’ San Bernard, abbati

 

Jeħtieġ naħsbu fil-misteri tas-salvazzjoni

 

Dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. Il-Għajn tal-Għerf, il-Verb tal-Missier fil-għoli tas-smewwiet!  Dan il-Verb, bik, o Verġni mqaddsa, sar bniedem, biex hu, li jgħid: Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija, jista’ jgħid ukoll : ‘’Għax jien ħriġt mill-Missier u ġejt fid-dinja.’’

           

Fil-bidu kien il-Verb. L-għajn ġa qed tfawwar, għalkemm għandha biss fiha nfisha.  U l-Verb kien ma’ Alla, jgħammar f’dawl li ħadd ma jista’ jersaq lejh, għax mill-bidu l-Mulej qal: Jiena naf li l-pjani li ħsibt għalikom huma pjani ta’ ġid u mhux ta’ ħsara.  Iżda ħsibijietek huma moħbija fik, u x’taħseb ma nafux; għax minn qatt għaraf il-Mulej?  Min qatt kien il-kunsillier tiegħu?

           

Il-pjan ta’ ġid sar egħmil ta’ ġid: Il-Verb sar bniedem u għammar fostna: igħammar bil-fidi fi qlubna, igħammar fil-memorja tagħna, igħammar fil-ħsieb tagħna.  Għax kif jistal-bniedem jaħseb fuq Alla, jekk qabel ma jsawwarx xbieha tiegħu f’qalbu?  Lil Alla ħadd ma jista’ jifhmu, ħadd ma jista’ jersaq lejh, ħadd ma jista jarah, u ħadd ma jista’ jaħsbu ; iżda hu ried li nagħarfuh, narawh u naħsbu fuqu.

           

Kif? tistaqsi.  Qiegħed f’maxtura, mistrieħ f’ħdan verġni, jitkellem minn fuq għolja, jishar fit-talb, imdendel mis-salib, bl-isfura tal-mewt fuqu, ħieles fost il-mejtin, isaltan fuq is-setgħat tal-infern, imqajjem fit-tielet jum, juri lill-Appostli l-marka tal-imsiemer, sinjal tar-rebħa tiegħu, u fl-aħħarnett quddiemhom tielgħa fis-smewwiet.

           

Kif ma naħsbux fuq dan kollu bit-tjieba u l-qdusija?  Kull darba li naħseb fuq dan kollu, inkun naħseb fuq Alla, għax f’dan kollu jien insib lil Alla tiegħi.  Hu għerf taħseb fuq dan kollu; hu għaqal tiftakar fil-fwieħa ta’ dan il-ward li fetaħ fil-virga saċerdotali, fwieħa li Marija rċeviet bil-kotra mis-sema u xerdet fuqna.

 

 

 

 

RESPONSORJU                                                                                                      

 

R. Verġni Marija, ma hemmx oħra bħalek fost il-bniet ta’ Ġerusalemm!  Inti omm is-Sultan tas-slaten, int sidt l-anġli, inti s-sultana tas-sema! * Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

V. Is-sliem għalik, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. * Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

 

Talba

 

Sawwab f’ruħna, Mulej, il-grazzja tiegħek biex aħna li, bit-tħabbira tal-Anġlu, għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, għat-talb tal-Verġni Mqaddsa Marija, bil-passjoni u l-mewt tiegħu, naslu fis-sebħ tal-qawmien mill-imwiet.  B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Infaħħruk bil-qalb, Omma Verġni,

għall-ferħiet li kellek f’ħajtek,

            għad-duluri li ridt tilqa’,

            u għall-glorji kbar li stħaqqlek.

 

            Sliem għalik, bil-ferħ mimlija

            fit-tnissil qaddis, fiż-żjara,

            fit-twelid, fl-offerta t’Ibnek,

            u fit-tempju meta sibtu.

 

 

            Sliem għalik, li nfejt bin-niket

            fl-agunija u s-swat bla ħniena,

            fix-xewk iebes u l-mewt ħarxa

            ta’ Ġesu’, Omm twajba martri.

 

            Sliem għalik, Sultana hienja

            fir-rebħiet ta’ Kristu Ibnek,

            fin-nirien li bagħat bl-Ispirtu,

            u fil-ġieh u d-dawl tas-saltna.

 

            Ersqu, popli, ejjew aqtgħu

            minn dil-ġabra ta’ misteri

            ward ifuħ: insġuh f’kuruna

            lil Marija, Omm l-imħabba.

 

            Glorja lilek, Kristu Sidna,

            Bin Marija, Omm u Verġni:

            mal-Missier u mal-Ispirtu,

            ġieh jintraddlek, issa u dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Minn Marija twieled Ġesu’ li jsejħulu l-Messija.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Minn Marija twieled Ġesu’ li jsejħulu l-Messija.

 

Ant. 2  Flimkien miegħek, Omm tagħna, aħna nbierku lill-Mulej, li fis-siegħa ta’ mewtu ħalliena f’idejk bħala wliedu.

 

       Kantiku                                      Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Flimkien miegħek, Omm tagħna, aħna nbierku lill-Mulej, li fis-siegħa ta’ mewtu ħalliena f’idejk bħala wliedu.

Ant. 3  Il-Mulej għolla lil Marija Verġni fuq il-qtajja’ tal-anġli, u qegħdilha fuq rasha kuruna ta’ tnax-il kewkba.

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Il-Mulej għolla lil Marija Verġni fuq il-qtajja’ tal-anġli, u qegħdilha fuq rasha kuruna ta’ tnax-il kewkba.

 

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        ara Iż 61: 10

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; * Il-Mulej miegħek. Sliem.

V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej miegħek. Glorja. Sliem.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Omm Qaddisa u Verġni bla mittiefsa, Sultana glorjuża tad-dinja, agħti l-għajnuna tiegħek lil dawk kollha li jiċċelebraw din il-festa mbierka tiegħek.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Omm Qaddisa u Verġni bla mittiefsa, Sultana glorjuża tad-dinja, agħti l-għajnuna tiegħek lil dawk kollha li jiċċelebraw din il-festa mbierka tiegħek.

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Salvatur tad-dinja, bil-grazzja qawwija tal-fidwa tiegħek int ħarist minn qabel lil      

Ommok minn kull tebgħa ta’ dnub:

-         żommna safja u mbiegħda mid-dnub.

Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed

qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu:

-         agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.

Verb etern, int għallimt lil Ommok tagħżel għaliha s-sehem it-tajjeb:

-         agħtina li nagħmlu bħalha, billi nfittxu l-ikel li jsaħħaħna għall-ħajja ta’ dejjem.

Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-

ġisem:

-         agħtina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.

Sid is-sema u l-art, int qegħidt lil Marija sultana fil-leminija tiegħek:

-         agħmel li jkun jistħoqqilna nissieħbu magħha fil-glorja.

 

Missierna, eċċ.

Talba

 

Sawwab f’ruħna, Mulej, il-grazzja tiegħek biex aħna li, bit-tħabbira tal-Anġlu, għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, għat-talb tal-Verġni Mqaddsa Marija, bil-passjoni u l-mewt tiegħu, naslu fis-sebħ tal-qawmien mill-imwiet.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Infaħħruk bil-qalb, Omma Verġni,

għall-ferħiet li kellek f’ħajtek,

            għad-duluri li ridt tilqa’,

            u għall-glorji kbar li stħaqqlek.

 

            Sliem għalik, bil-ferħ mimlija

            fit-tnissil qaddis, fiż-żjara,

            fit-twelid, fl-offerta t’Ibnek,

            u fit-tempju meta sibtu.

 

            Sliem għalik, li nfejt bin-niket

            fl-agunija u s-swat bla ħniena,

            fix-xewk iebes u l-mewt ħarxa

            ta’ Ġesu’, Omm twajba martri.

 

            Sliem għalik, Sultana hienja

            fir-rebħiet ta’ Kristu Ibnek,

            fin-nirien li bagħat bl-Ispirtu,

            u fil-ġieh u d-dawl tas-saltna.

            Ersqu, popli, ejjew aqtgħu

            minn dil-ġabra ta’ misteri

            ward ifuħ: insġuh f’kuruna

            lil Marija, Omm l-imħabba.

 

            Glorja lilek, Kristu Sidna,

            Bin Marija, Omm u Verġni:

            mal-Missier u mal-Ispirtu,

            ġieh jintraddlek, issa u dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  L-anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija, u hi nisslet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. 

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *      

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  L-anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija, u hi nisslet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. 

 

Ant. 2  Wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ kien hemm ommu.

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ kien hemm ommu.

 

Ant. 3 Ifraħ, Omm Verġni, għax Kristu rxoxta mill-qabar, hallelujah.

 

       Kantiku                                   Ef 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Ifraħ, Omm Verġni, għax Kristu rxoxta mill-qabar, hallelujah.

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Gal 4: 4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; * Il-Mulej miegħek. Sliem.

V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej miegħek. Glorja. Sliem.           

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Marija baqgħet tgħożż f’qalba dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom fuqhom bejnha u bejn ruħha.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Marija baqgħet tgħożż f’qalba dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom fuqhom bejnha u bejn ruħha.

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:

-         agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.

Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:

-         bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.

Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawmien tiegħu

            mlejtha bil-ferħ:

-         għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.

Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila

            tiegħek:

-         bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

Talba

 

Sawwab f’ruħna, Mulej, il-grazzja tiegħek biex aħna li, bit-tħabbira tal-Anġlu, għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, għat-talb tal-Verġni Mqaddsa Marija, bil-passjoni u l-mewt tiegħu, naslu fis-sebħ tal-qawmien mill-imwiet.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

21 TA’ NOVEMBRU

 

Tifkira (O) ta

IL-PREŻENTAZJONI TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

 

F’dan il-jum tal-konsagrazzjoni (543) tal-knisja ta’ S. Marija l-Ġdida, mibnija qrib it-tempju ta’ Ġerusalemm, aħna u l-insara Orjentali niċċelebraw il-“konsagrazzjoni” ta’ Marija lil Alla, li sa minn ċkunitha tatu lilha nfisha kollha kemm hi, imqanqla mill-Ispirtu s-Santu, li mlieha bil-grazzja tiegħu sa fit-tnissil tagħha bla tebgħa.

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.


Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.


Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
*
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

            Insellmulek, omm tal-ħniena,

            omm it-tama u omm il-maħfra,

            omm ta’ Alla u omm tal-grazzja,

            omm mimlija ferħ u hena.

                        O Marija!

 

            Wied il-ġilji ta’ kull tjieba,

            kollok għaxqa fi ħlewwietek,

            omm qaddisa, ħenn għalina

            fit-taħbit u n-niket tagħna.

                        O Marija!

 

            Il-Missier ta’ dejjem ħalqek,

            il-Verb Ibnu għamlek ommu,

            u l-Ispirtu tak in-nisel:

lilhom ġieh, tifħir u glorja.

            O Marija!  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

 

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakobb.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

V.  Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R.  Hieni min iħarisha.

 

 

 

 

 

LEZZJONI 1                                                                                              Galatin 3: 22-4: 7

 

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin. .                                    

 

Aħna wlied Alla u werrieta tiegħu bil-fidi

 

Ħuti: L-Iskrittura xeħtet kollox taħt id-dnub, ħalli l-wegħda, bis-saħħa tal-fidi f’Ġesu’ Kristu, tingħata lil dawk li jemmnu.

           

Qabel ma ġiet il-fidi, aħna konna miżmumin priġunieri taħt il-ħarsien tal-liġi, sa ma tiġi l-fidi li kellha tkun rivelata.  Il-liġi, mela, kienet tmexxina qisna tfal lejn Kristu, biex inkunu iġġustifikati permezz tal-fidi.  Issa li l-fidi ġiet, ma naħtiġux aktar min imexxina.  Għax intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz tal-fidi fi Kristu Ġesu’.

           

Intom, li intom mgħammda fi Kristu, ilbistu ‘l Kristu.  Issa ma hemmx iżjed Lhudi u anqas Grieg, ma hemmx ilsir u anqas ħieles, ma hemmx raġel u anqas mara; għax intom ilkoll ħaġa waħda fi Kristu Ġesu’.  Imma jekk intom ta’ Kristu, intom ukoll nisel Abraham, werrieta skont il-wegħda.

           

Irrid ngħid li, sakemm idum iż-żmien li fih il-werriet ikun għadu tifel, dan ma jkunx aħjar minn ilsir, għad li hu sid il-ġid kollu; iżda jkun taħt il-ħarsien tat-tuturi u tal-amministraturi, sa ma jasal iż-żmien magħżul mill-missier.  Hekk ukoll aħna: meta konna tfal, konna lsiera taħt l-elementi tad-dinja.  Iżda meta, waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied!

           

U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: Abba, Missier!  U hekk mintix iżjed ilsir, iżda iben: u jekk iben, werriet ukoll permezz ta’ Alla.

 

RESPONSORJU                                      ara Galatin 4: 4-5; Efesin 2: 4; Rumani 8: 3     

 

R. Waslet il-milja taż-żminijiet, u Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja, imwieled minn Verġni, imwieled taħt il-liġi, * Biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi.

V. Bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb. * Biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi.

 

 

LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mill-Ittri tal-isqof SantU Wistin

 

Emmnet bil-fidi, nisslet bil-fidi

 

Nitlobkom tisimgħu sewwa x’qal Kristu Sidna meta midd idu lejn id-dixxiplu tiegħu: Dawn, ara, huma ommi u ħuti; kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li bagħatni, dak huwa ħija, u oħti, u ommi. Forsi l-Veġni Marija ma għamiltx ir-rieda tal-Missier?  Hija emmnet bil-fidi, nisslet bil-fidi, kienet magħżula biex minnha jitwildilna s-salvatur fost il-bnedmin, Kristu ħalaqha qabel ma hija nisslet lilu.  Iva, il-Verġni mqaddsa għamlitha r-rieda tal-Missier, u għamlitha sewwa, u għalhekk għal Marija hi ħaġa aqwa li kienet waħda mid-dixxipli ta’ Kristu milli omm Kristu; hu ferħ akbar għaliha li kienet waħda mid-dixxipli ta’ Kristu milli omm Kristu. Għalhekk Marija kienet hienja, għax qabel ma tat l-Imgħallem lid-dinja, hija ġibitu fil-ġuf.

           

Araw iniex ngħid sewwa.  Il-Mulej kien għaddej, b’ħafna nies warajh, u kien qed jagħmel ħafna għeġunijiet, meta waħda mara qaltlu: Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt! Il-Mulej ried juriha li l-hena ma għandniex norbtuh mal-ġisem; x’weġibha?  Qalilha: Imma tassew, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha.  Mela għalhekk kienet hienja Marija, għax semgħet il-kelma ta’ Alla u ħarsitha; aktar ħarset il-verita’ f’moħħha milli l-ġisem fil-ġuf.  Kristu hu l-verita’, Kristu hu ġisem; Kristu l-verita’ fil-moħħ ta’ Marija, Kristu l-ġisem fil-ġuf ta’ Marija; aqwa dak li hemm fil-moħħ minn dak li hemm fil-ġuf.

           

Marija hi qaddisa, Marija hi hienja, iżda aħjar il-Knisja mill-Verġni Marija.  Għaliex?  Għax Marija hi biċċa mill-Knisja, membru qaddis, tgħaddi lill-membri l-oħra, hi wisq ‘il fuq mill-membri l-oħra, iżda b’danakollu hi membru tal-ġisem kollu.  Jekk hi biss membru tal-ġisem kollu, mela l-ġisem aqwa mill-membru tal-ġisem kollu, mela l-ġisem aqwa mill-membru.  Il-Mulej hu r-ras, imma r-ras u l-ġisem hu Kristu sħiħ.  Xi rrid ngħid?  Għandna ras divina, għandna lil Alla b’ras.

           

Mela żommu sewwa f’moħħkom, egħżież tiegħi: intom ukoll membri ta’ Kristu, intom ukoll il-ġisem ta’ Kristu.  U araw kif intom hekk, għax qal: Dawn huma ommi u ħuti. Kif tkunu omm Kristu?  Kull min jisma’, u kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.  Qis tajjeb, qiegħed nifhem aħwa subien u bniet: għax wieħed hu l-wirt, u għalhekk Kristu, fil-ħniena tiegħu, għalkemm hu Iben waħdieni, ma riedx jibqa’ waħdu, imma riedna nkunu werrieta tal-Missier, u werrieta flimkien miegħu.

 

RESPONSORJU                                                                             Iż 61: 10; Lq 1: 46-47

 

R.  Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, * Għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

V.  Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-salvatur tiegħi. * Għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

 

Talba

 

Mulej, qegħdin nagħtu ġieh lill-Verġni Mqaddsa Marija aħna u niċċelebraw it-tifkira glorjuża tagħha; bit-talb tagħha, agħmel li aħna wkoll nieħdu bħalha mill-milja tal-grazzja tiegħek.  B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            O Marija, bint maħbuba

tas-Sultan w għarusa tiegħu,

il-għerf t’Alla sa minn dejjem

għoġbu jagħżlek fost in-nisa.

 

 

Tfajla safja u mingħajr tebgħa,

int għal Alla dar għażiża:

fuqek bagħat l-Ispirtu tiegħu

biex ifawrek bil-qdusija.

 

Sinjal għoli tal-imħabba,

mera ċar tal-ġid u t-tjieba,

int l-awrora tad-dawl veru,

l-arka mqaddsa ta’ Bin Alla.

 

O Marija, l-għeżeż ġawhra,

l-isbaħ kewkba ta’ did-dinja,

għinna ngħixu ħajja safja,

bħala tempji tal-Ispirtu.

 

Qima u sebħ lit-tliet Persuni,

Alla wieħed, li tjubitu

sawwab fuqek, Verġni, u fawrek

bit-teżor tad-doni tiegħu.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

       Kantiku                                      Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                           Iżaija 61: 10

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

RESPONSORJU QASIR

 

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.

V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għażilha.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Hienja int, Marija, għax int emmint li jseħħ kull ma bagħat igħidlek il-Mulej, hallelujah.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija  Hienja int, Marija, għax int emmint li jseħħ kull ma bagħat igħidlek il-Mulej, hallelujah.

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:

-         agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.

Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:

-         eħlisna mit-taħsir tad-dnub.

Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:

-         bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..

Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:

-         agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

Mulej, qegħdin nagħtu ġieh lill-Verġni Mqaddsa Marija aħna u niċċelebraw it-tifkira glorjuża tagħha; bit-talb tagħha, agħmel li aħna wkoll nieħdu bħalha mill-milja tal-grazzja tiegħek.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

 

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,

Omm qaddisa u kbira t’Alla,

dejjem Verġni bla mittiefsa,

bieb il-hena u ferħ tas-sema.

 

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima

Gabrijiel qed isemmagħlek,

ibdel fiha l-isem t’Eva,

ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

 

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,

ġib id-dawl lill-għomja kollha,

biegħed minna l-ħażen tagħna,

niżżel fuqna l-ġid mis-sema.

 

Uri li tassew int Ommna,

wassal talbna quddiem Alla,

li fi ħnientu twieled minnek

biex isir għalina bniedem.

 

Verġni fost kulħadd magħżula,

ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,

itlob ’l Ibnek biex jagħtina

maħfra, safa u spirtu ħlejju.

 

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,

żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,

sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra

ta’ Ġesu’ għal dejjem miegħek.

 

Lill-Missier it-tifħir tagħna,

ġeh u setgħa ’l Kristu Sidna,

lill-Ispirtu s-Santu l-qima,

sebħ lit-Tlieta, Alla wieħed.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. 

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.  

 

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek.

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek. 

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. 

Kantiku                                          Efesin 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. 

 

 

 

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        Galatin 4: 4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R.  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja: * Il-Mulej miegħek.  Sliem.

V.  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej

miegħek. Glorja. Sliem.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Omm qaddisa ta’ Alla, Marija, dejjem Verġni, tempju tal-Mulej, santwarju tal-Ispirtu s-Santu, ħadd daqsek ma għoġob lil Sidna Ġesu’ Kristu.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija  Omm qaddisa ta’ Alla, Marija, dejjem Verġni, tempju tal-Mulej, santwarju tal-Ispirtu s-Santu, ħadd daqsek ma għoġob lil Sidna Ġesu’ Kristu.

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla

            tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:

-         ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.

Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-

            imnikktin, aħfer lill-midinbin:

-         agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.

Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:

-         ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.

Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:

-         agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

Talba

 

Mulej, qegħdin nagħtu ġieh lill-Verġni mqaddsa Marija aħna u niċċelebraw it-tifkira glorjuża tagħha; bit-talb tagħha, agħmel li aħna wkoll nieħdu bħalha mill-milja tal-grazzja tiegħek.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

8 TA’ DIĊEMBRU

 

Solennita’ ta

IT-TNISSIL BLA TEBGĦA TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

 

L-I Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Bieb tas-sema, li ġo qalbek

            tiftaħ kenn għall-verġni kollha,

            int, Omm Alla u dejjem Verġni,

            tama tagħna u ferħ tal-ġenna.

 

            O ħamiema bajda u safja,

            ġilju qalb l-għollieq tal-ħajja,

            bik mill-għerq ir-rimja ħarġet

            għall-fejqan tal-ġerħa tagħna.

 

            Reġġa’ lura, torri qawwi,

ħbit il-għadu u biegħdu minna:

            bid-dawl tiegħek, kewkba tiddi,

            ġewwa l-port mixtieq wassalna.

 

            Minn kull deni ta’ qerq oħroġna,

            żommna mbiegħda minn kull sikka

            fost il-mewġ qalil, w iftħilna

            triq is-sliem qabel nintilfu.

 

            Lejk induru, int li b’riġlek

            ras is-serp għaffiġt, għax waħdek

tnissilt safja u kont meħlusa

minn kull tebgħa u nifs ta’ ħtija.

Agħmel int li nsebbħu f’kollox

lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

u ’l-Ispirtu, li bil-grazzja

hekk imlewk li ħadd mhu bħalek.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Imnissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha.

 

Salm 112

 

Faħħru, qaddejja tal-Mulej, *

faħħru isem il-Mulej.

Ikun imbierek isem il-Mulej, *

minn issa u għal dejjem.

 

Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha *

            ikun imfaħħar isem il-Mulej!

Għoli fuq il-ġnus kollha l-Mulej, *

            ogħla mis-smewwiet hu sebħu.

Min hu bħal Mulej, Alla tagħna,

            li qiegħed fil-għoli? *

            Hu li jħares ’l isfel, lejn is-smewwiet

                        u lejn l-art.

 

Hu li jqajjem mit-trab l-imsejken, *

            u jerfa’ mill-miżbla l-fqajjar,

biex mal-kbarat iqiegħdu, *

            mal-kbarat tal-poplu tiegħu.

Il-mara bla wlied iqegħedha f’darha, *

jagħmilha omm ferħana b’uliedha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Imnissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha.

 

Ant. 2 Il-Mulej libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni.

Salm 147

 

Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; *

faħħar ‘l Alla tiegħek, Sijon!

 

Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, *

u jbierek ġewwa fik ‘l uliedek.

Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, *

u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.

Hu jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu;  *

bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.

 

Jibgħat is-silġ bħas-suf; *

ixerred bħar-rmied il-ġlata,

Jitfa’ s-silġ bħall-frak tal-ħobż; *

u jagħqad l-ilma bil-kesħa tiegħu.

Isemma’ kelmtu, u jinħall is-silġ, *       

jonfoħ ir-riħ tiegħu, u jiġri l-ilma!

 

Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb, *

il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.

Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; *

lil ħadd ma għarraf id-digrieti tiegħu.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Il-Mulej libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni.

 

Ant. 3 Sliem għalik, Marija mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.

           

Kantiku                                        Ef 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Sliem għalik, Marija mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      Rum 8: 29. 30

 

Lil dawk li Alla għarafhom mill-bidu, ippredestinhom ukoll biex jieħdu sura xbieha ta’ Ibnu: lil dawk li ippredestinhom, sejħilhom ukoll; lil dawk li sejħilhom, iġġustifikahom ukoll.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Ngħollik bit-tifħir, Alla tiegħi, * Għaliex għoġbok teħlisni.  Ngħollik.

V. U ma ferraħx l-għedewwa tiegħi bija. * Għaliex għoġbok teħlisni.  Glorja. 

Ngħollik.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Kull nisel isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel miegħi

ħwejjeġ kbar, hallelujah.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Kull nisel isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel miegħi

ħwejjeġ kbar, hallelujah.

 

 

 

 

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:

-         agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.

Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:

-         bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.

Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawwmien tiegħu

            mlejtha bil-ferħ:

-         għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.

Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila

            tiegħek:

-         bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.


Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
*
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.


Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.


Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
*
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

 

 

 

 

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

INNU

 

            Lilek b’qalb ferħana nxandru,

            Omm qaddisa u safja t’Alla:

            fi tjubitek ilqa’ l-innu

            ta’ tifħir li llum ninsġulek.

 

            Aħna wlied Adam il-ħatja,

            fit-tniġġis tad-dnub nitnisslu:

            inti waħdek, Verġni mbierka,

            qatt ma sfajt imtebbgħa bħalna.

 

            B’riġlek sħaqt ir-ras imkabbra

            tax-xitan għajjur għalina:

            waħdek dhert fil-glorja kollha

            bħal Adam kif ħalqu Alla.

 

            Inti l-ġieh tan-nisel tagħna,

            li neħħejt il-għajb ta’ Eva:

            taħt għajnejk ħanina, żommna

            mill-waqgħat fit-triq lejn Ibnek.

 

            Bl-id setgħana tiegħek rażżan

            lis-serp ħajjen u l-ħbit tiegħu,

            ħalli bik, Omm twajba, niksbu

            fis-smewwiet il-ferħ ta’ dejjem.

 

            Agħmel int li nsebbħu f’kollox

lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

            u ’l-Ispirtu, li bil-grazzja

            hekk imlewk li ħadd mhu bħalek.  Ammen.

 

 

 

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Fit-Tnissil tagħha Marija kellha barka minn għand il-Mulej, u sabet il-ħniena ta’ Alla, is-Salvatur tagħha.

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Fit-Tnissil tagħha Marija kellha barka minn għand il-Mulej, u sabet il-ħniena ta’ Alla, is-Salvatur tagħha.

 

Ant. 2 Alla sa minn kmieni ta l-għajnuna lil Marija: il-Għoli qaddes il-għamara tiegħu.

 

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla sa minn kmieni ta l-għajnuna lil Marija: il-Għoli qaddes il-għamara tiegħu.

 

Ant. 3  O belt ta’ Alla, ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek: il-Mulej bniek fuq il-għoljiet imqaddsa.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  O belt ta’ Alla, ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek: il-Mulej bniek fuq il-għoljiet imqaddsa.

 

V.  Alla li jista’ kollox ħażżimni bil-qawwa.

R.  Mexxieni fi triqti bla tebgħa.

 

LEZZJONI 1                                                                                                Rum 5: 12-21

 

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani

 

Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja

 

Ħuti: Bħalma kien permezz ta’ bniedem wieħed li fid-dinja daħal id-dnub u, permezz tad-dnub, il-mewt, u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha, għax kollha dinbu - Għax sakemm kienet għadha ma waslitx il-liġi, id-dnub kien ġa fid-dinja; imma d-dnub ma kienx meqjus, ladarba liġi ma kienx hemm.  Madankollu l-mewt saltnet ukoll minn Adam sa Mose’, imqar fuq dawk li ma waqgħux fid-dnub li fih kien waqa’ Adam, li kien xbieha ta’ dak li kellu jiġi.  Imma d-don mhuwiex bħall-ħtija.  Għax jekk permezz ta’ ħtija waħda mietet il-kotra, aktar u aktar il-grazzja ta’ Alla u d-don mogħti bil-grazzja ta’ bniedem wieħed, li hu Ġesu’ Kristu, xterdu bil-bosta fuq il-kotra.  U d-don anqas ma hu bħall-frott ta’ dak il-wieħed li dineb. Għax tassew, il-ġudizzju mogħti fuq dnub wieħed wassal sal-kundanna, iżda d-don mogħti wara ħafna dnubiet iwassal għall-ġustifikazzjoni.

           

Għax jekk minħabba l-ħtija ta’ wieħed saltnet il-mewt permezz ta’ dak il-wieħed, aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja u d-don tal-ġustifikazzjoni għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed, li hu Ġesu’ Kristu.  Mela bħalma bil-ħtija ta’ wieħed waslet il-kundanna fuq il-bnedmin kollha, hekk wkoll bl-opri tal-ġustizzja ta’ wieħed waslet lill-bnedmin kollha l-ġustifikazzjoni li tagħti l-ħajja.  Għax kif bid-diżubbidjenza ta’ bniedem wieħed il-ħafna saru midinbin, hekk ukoll bl-ubbidjenza ta’ wieħed il-ħafna jsiru ġusti.

           

Il-liġi ġiet biex joktru d-dnubiet; iżda fejn kotor id-dnub kotrot fuq li kotrot il-grazzja, biex bħalma saltan id-dnub permezz tal-mewt, hekk issa l-grazzja ssaltan permezz tal-ġustifikazzjoni għall-ħajja ta’ dejjem b’Ġesu’ Kristu Sidna.

 

 

RESPONSORJU                                           Rum 5,15; Lq 1,30; ara Salm 114,8; 17, 19

 

R. Permezz ta’ bniedem wieħed fid-dinja daħal id-dnub, u bih il-bnedmin kollha dinbu. * Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla.

V. Il-Mulej mill-mewt ħelisli ‘l ħajti, waqaf miegħi kontra l-għedewwa. * Tibżax.

 

LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mill-Ittri tal-isqof Sant’Anselmu

 

O Verġni, il-barka tiegħek hi barka għal kulħadd

 

Is-sema, il-kwiekeb, l-art u l-baħar, il-jum u l-lejl, dak kollu li hu taħt is-setgħa tal-bniedem jew jiswa għall-ġid tiegħu, kollox juri l-ferħ li bis-saħħa tiegħek, Sidtna Marija, b’xi mod reġa’ ħa l-ħajja mill-ġdid u ngħatatlu grazzja ġdida liema bħalha, u ntraddlu lura wkoll il-ġieh li kien tilef.  Għax kollox kien qisu mejjet.  Fil-bidu tagħhom il-ħwejjeġ maħluqa kellhom id-dinjita’ li jaqdu lill-bniedem biex permezz tagħhom stess iħaddem sewwa s-setgħa tiegħu, jew iservuh għall-ġid tiegħu, u hekk il-bniedem ifaħħar ‘l Alla; għalhekk issawru fil-bidu.  Iżda mbagħad tilfu din id-dinjita’, waqgħu fil-jasar u tneżżgħu minn ġmielhom, għax il-bniedem beda jinqeda ħażin bihom biex iservi l-idoli; ma kienx għalhekk li ssawru fil-bidu.  Imma issa jifirħu, għax donnhom ħadu ħajja ġdida u reġgħu kisbu d-dinjita’ li kellhom; għal darb’oħra qegħdin jaqdu lill-bniedem biex iħaddem tajjeb is-setgħa tiegħu, u għandhom il-ġieh li jservuh fil-ġid, biex hekk il-bniedem ifaħħar ‘l Alla.

           

U jekk qabel lil Alla kienu biss iħossuh bħala s-Sid li jmexxihom mill-għoli tiegħu bla ma jidher, issa dan Alla nnifsu, dak stess li ħalaqhom, deher fosthom jinqeda bihom u jqaddishom.  Dan il-ġid kollu xtered bis-saħħa tal-frott imbierek tal-ġuf imbierek ta’ Marija l-Verġni mbierka.

           

Għax bil-milja tal-grazzja tiegħek, o Marija, dawk li kienu marbuta f’art l-imwiet ħelsu u mtlew bil-ferħ; u dawk li huma fid-dinja qegħdin iġarrbu l-hena tat-tiġdid tagħhom.  Għax permezz ta’ Ibnek il-glorjuż, o Verġni glorjuża, il-ġusti kollha, li ħallew id-dinja qabel ma hu ħa l-mewt biex jagħtina l-ħajja, ferħu għax raw il-ktajjen tal-jasar tagħhom jitqaċċtu, u l-anġli faru bil-hena meta raw il-belt nofsha mġarrfa tagħhom mibnija mill-ġdid.

           

O mara, mimlija fuq li mimlija bil-grazzja, daqshekk, iva, reġa’ ssaħħaħ il-ħolqien kollu meta fuqu xterdet il-grazzja li mliet lilek u faret minnek.  O Verġni mbierka fuq li mbierka, il-barka tiegħek hi barka għal kulħadd, għax bik jitbierek mhux biss il-ħolqien mill-Ħallieq, iżda wkoll il-Ħallieq mill-ħolqien!

           

Alla minn ġo qalbu nissel lil Ibnu l-waħdieni u daqsu, ħabbu bħalma ħabb lilu nnifsu, u tah lil Marija: u minn Marija għamel għalih iben li kien l-istess wieħed, mhux ieħor; b’hekk wieħed, mhux ieħor; b’hekk wieħed hu l-iben naturali tat-tnejn, ta’ Alla u ta’ Marija.  Il-ħolqien kollu ħareġ minn idejn Alla, u Alla twieled minn Marija.  Alla ħalaq kollox, u Marija nislet ‘l Alla.  Alla għamel kollox, u hu għamel lilu nnifsu minn Marija; u b’hekk ġedded kull ma kien għamel.  Dak li bis-setgħa tiegħu għamel il-ħlejjaq kollha mix-xejn, wara li tħassru ma riedx iġeddidhom mingħajr Marija.

           

Għalhekk Alla hu missier il-ħolqien, Marija omm il-ħolqien il-ġdid.  Alla hu missier it-tqegħid ta’ kollox, Marija omm it-twaqqif mill-ġdid ta’ kollox.  Alla nissel lil dak li bih sar kollox, Marija wildet lil dak li bih ġie salvat kollox.  Alla nissel lil dak li mingħajru ebda ħaġa ma teżisti, Marija wildet lil dak li mingħajru ebda ħaġa ma hi sewwa.

           

Tassew il-Mulej miegħek, Marija, int li, bil-grazzja li tak hu, il-ħlejjaq kollha saru tant midjuna lejk talli reġgħu ngħaqdu miegħu.

 

RESPONSORJU                                                                    Salm 33: 4; 85: 13; Lq 1: 48

                                                                 

R. Xandru l-kobor tal-Mulej miegħi: * Għax kbira hi t-tjieba tal-Mulej miegħi.

V. Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli hienja. * Għax.

 

 

 

Lilek, O Alla, infaħħru

 

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b'Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta
' dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha,

lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini
*
            ixandruk bla heda:

Qaddis,
* Qaddis, * Qaddis *
            il-Mulej Alla tal-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija
*
            bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar
*
            il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar
*
            il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru * 

il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha
* il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta
' kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu,
* id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.  
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem,
*
            ma stmerrejtx tinżel f'ġuf ta' Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
*
            u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta
' Alla, *
            fis-sebħ tal-Missier.

Ahna nemmnu * 

li int għad terġa' tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
*
            li inti fdejt b'demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek
*
            fil-glorja ta' dejjem.

 

(+) Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
            bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom,
*
            erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-iehor
* aħna nberkuk:
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
  

u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum
*
            inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej,
* ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek,
*
            kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn:
*
            ma jkolli qatt għax ninfixel.

 

(+) Din l-aħħar taqsima tal-innu tista’ titħalla barra.

 

Talba

 

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek.  B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Minn qiegħ qalbna toħroġ għanja

ta’ tifħir għalik, Omm Alla,

            biex infakkru kif jixraqlek

            l-ewwel waqt tas-sbiħ ta’ ħajtek.

 

            Verġni mqaddsa, ġieh tad-dinja

            bint id-dawl li kien minn dejjem,

            Ibnek ħarsek minn kull tebgħa

            sa mill-ewwel bidu tiegħek.

 

            Minn Adam ilkoll nitnisslu

            fit-tinġis tal-ewwel ħtija:

            inti waħdek, wara Kristu,

            qatt ma kont bil-għajb mimsusa.

 

            Ras is-serp li qarraq bina

            tgħaffġet sħiħ mal-art taħt riġlek,

            bħalma t-tfajjel David xejjen

            ġgant ta’ saħħa barranija.

 

            Dħalt fid-dinja bħal ħamiema

            ġewjda u mingħajr semm ta’ ħtija,

            bis-sinjal tal-ħniena t’Alla,

            rimja ġdida t’għerq il-grazzja.

 

            Agħmel int li nsebbħu f’kollox

lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

            u ’l-Ispirtu, li bil-grazzja

            hekk imlewk li ħadd mhu bħalek.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1  Omm safja u tal-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ’l Alla fid-dinja.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Omm safja u tal-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ’l Alla fid-dinja.

 

Ant. 2  Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

 

 

 

 

                   Kantiku                                     Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

 

Ant. 3  Iġbidna warajk, Xebba bla tebgħa, ejja niġru; il-fwejjaħ tiegħek fihom riħa li tgħaxxaq.

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Iġbidna warajk, Xebba bla tebgħa, ejja niġru; il-fwejjaħ tiegħek fihom riħa li tgħaxxaq.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                            Iż 43: 1

 

Dan jgħid il-Mulej, il-ħallieq tiegħek, Ġakob, dak li sawrek, Iżrael: Tibżax, għax jiena fdejtek, sejjaħtlek b’ismek, inti tiegħi.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Alla li jista’ kollox, * Ħażżimni bil-qawwa. Alla.

V. Mexxieni fi triqti bla tebgħa * Ħażżimni bil-qawwa. Glorja. Alla.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Il-Mulej Alla qal lis-serp: Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha; hi tgħaffiġlek rasek, hallelujah.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Il-Mulej Alla qal lis-serp: Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha; hi tgħaffiġlek rasek, hallelujah.

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Salvatur tad-dinja, bil-grazzja qawwija tal-fidwa tiegħek int ħarist minn qabel lil

Ommok minn kull tebgħa ta’ dnub:

-         żommna safja u mbiegħda mid-dnub.

Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed

qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu:

-         agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.

Verb etern, int għallimt lil Ommok tagħżel għaliha s-sehem it-tajjeb:

-         agħtina li nagħmlu bħalha, billi nfittxu l-ikel li jsaħħaħna għall-ħajja ta’ dejjem.

Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-

ġisem:

-         agħtina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.

Sid is-sema u l-art, int qegħidt lil Marija sultana fil-leminija tiegħek:

-         agħmel li jkun jistħoqqilna nissieħbu magħha fil-glorja.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ridt li l-imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

It-Talb ta’ nofs il-jum

 

Salmi komplementari … minflok is-salm 121 jista’ jingħad is-salm 128 u minflok is-salm 126 jista’ jingħad is-salm 130.

 

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

 

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

 

F’din is-siegħa, nofs il-għodwa,

            nerfgħu qlubna ’l fuq lejn Alla,

            u bil-qima nagħtuh glorja,

            għax hu ħelu t-tifħir tiegħu.

 

            Nitolbuh biex jibagħtilna

            lill-Ispirtu jgħammar fina,

            kif, bħal issa, darba niżel

            f’nar ta’ mħabba fuq l-appostli.

 

            Hekk ried jagħlaq b’dan il-għaġeb

            l-għemil sħiħ tal-fidwa tagħna,

            ħa jmexxina ħfief għall-premju

            li ħejjielna sa minn dejjem.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Ant. Ħaj il-Mulej! Hu wera mħabbtu miegħi.

 

Salm 119 (120)

Ix-xewqa tal-paċi

 

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

 

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *

u hu weġibni.

 

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *

u mill-ilsna qarrieqa.

X'se tieħu b'dan, u x'se jiswielek, *

ilsien qarrieq?

Vleġeġ misnuna ta' wieħed b'saħħtu, *

u ġamar tal-ġummar.

Imsejken jien, li ngħix barrani f'Mesek; *

li ngħammar fl-għerejjex ta' Kedar!

Ili ngħix biżżejjed *

ma' dawk li jobogħdu s-sliem.

Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *

insibhom lesti għall-ġlied.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 120 (121)

Il-Mulej iħares il-poplu

 

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

 

Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; *

mnejn se tiġini l-għajnuna?

Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *

ma jongħosx dak li jħarsek.

Ara, la jongħos u lanqas jorqod *

dak li jħares lil Iżrael.

 

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *

anqas il-qamar billejl.

 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *

hu jħarislek ħajtek.

Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *

minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

Salm 128

Il-poplu fil-hemm iġedded it-tama

 

Il-Knisja tgħid x’qiegħda ġġarrab (S. Wistin)

 

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *

- ħa jgħid hekk Iżrael -

ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *

            imma ma rnexxilhomx jegħelbuni.

Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *

            raddiet twal bis-swat għamluli.

Imma ġust hu l-Mulej, *

            u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

 

Ħa jinfixlu u jmorru lura *

            dawk kollha li jobgħodu ‘l Sijon.

Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, *

            li jinxef qabel ma jikber,

li bih il-ħassad ma jimliex idu, *

            anqas ħadd jorbtu f’qatet quddiemu.

 

U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †

            “Il-Barka ta’ Alla fuqkom!  *

            Inberkukom f’isem il-Mulej!”

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Ħaj il-Mulej! Hu wera mħabbtu miegħi.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                                  Ef 1: 4

 

Alla għażilna fi Kristu, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba.

 

V. Illum it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija.

R. Li għaffġet ras is-serp bir-riġel safi tagħha.

 

Talba

 

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek.  Bi Kristu Sidna. Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

F’Nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

F’dan  il-ħin li jistedinna

            biex nistrieħu ftit mill-ħidma

            b’qalbna mħeġġa nfaħħru ’l Sidna

            li ma stmerrx imut għalina.

 

            Hu l-Ħaruf li offra ruħu

            lil Missieru bħala vittma,

            biex jifdna u jerġa’ jtina

            bis-salib il-ġieh li tlifna.

 

            Inroddulu ħajr għall-grazzja

            tas-salib, li d-dija tiegħu

            tfiet ix-xemx fuq il-Kalvarju,

            iżda mliet bid-dawl lil ruħna.

 

           

Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Ant. Fik il-Mulej sab il-għaxqa tiegħu, thenna bik Alla tiegħek.

 

Salm 122 (123)

Il-Mulej it-tama tal-poplu

 

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

 

Lejk nerfa' għajnejja, *

int li tgħammar fis-smewwiet.

 

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *

bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;

hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *

sa ma jkollu ħniena minna.

 

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *

għax mitmugħa sax-xaba' bit-tagħjir.

Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *

biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 123 (124)

Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

 

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

 

Li ma kienx il-Mulej magħna *

            – ħa jgħid hekk Iżrael –

li ma kienx il-Mulej magħna, *

meta qamu għalina n-nies,

ħajjin kienu jibilgħuna, *

meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

 

L-ilma kien jgħarraqna, *

il-wied kien jgħaddi minn fuqna;

minn fuqna kien jgħaddi *

mewġ ta' ilma qawwi.

 

Imbierek il-Mulej, *

li ma telaqniex priża għal snienhom.

Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *

Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

 

L-għajnuna tagħna f'isem il-Mulej, *

li għamel is-sema u l-art.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 124 (125)

Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

 

ls-sliem fuq Iżrael ta Alla (Gal 6,16).

 

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta' Sijon, *

li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.

Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *

hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,

minn issa u għal dejjem.

Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena

fuq l-art, wirt il-ġusti, *

biex ma jiġrix li l-ġusti

jmiddu jdejhom għall-ħażen.

 

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *

u lil dawk ta' qalbhom safja.

Imma 'l dawk li jgħawwġu triqthom †

jitlaqhom il-Mulej ma' dawk li jagħmlu l-ħażen.

Sliem għal Iżrael!

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Fik il-Mulej sab il-għaxqa tiegħu, thenna bik Alla tiegħek.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                         Ef 1: 11-12a

 

Fi Kristu aħna wkoll konna magħżula, iddestinati minn qabel, skont il-pjan imfassal minn qabel minn min imexxi kollox skont il-fehma tar-rieda tiegħu, sabiex inkunu għat-tifħir tiegħu.

 

V. Ngħanni bil-ferħ b’ruħi u ġismi.

R. Lil Alla l-ħaj. 

 

Talba

 

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek.  Bi Kristu Sidna. Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Nilqgħu l-grazzja u nħeġġu qalbna

            b’dak in-nar li tkebbes f’Pietru

            xħin kien tielgħa lejn it-tempju

            tal-Mulej, għat-talb tat-tlieta.

 

            U noqogħdu, b’tama kbira

            bħall-magħtub, fil-bieb tal-ħniena,

            biex nittallbu minn għand Alla

            kull għajnuna li naħtieġu.

 

            Aħna wkoll, bil-fidi fl-isem

            ta’ Ġesu’, naqilgħu s-saħħa,

            hekk li l-passi dgħajfa tagħna

            jitqawwew fit-triq tas-sema.

 

            Glorja lill-Missier, lill-Iben,

            lill-Ispirtu s-Santu, Alla:

            bħalma msebbaħ kien mill-bidu,

            hekk jissebbaħ issa u dejjem.  Ammen.

 

Ant. Alla sawwarni fis-sewwa, qabadni minn idi u ħarisni.

 

Salm 125 (126)

Ferħ u hena fil-Mulej

 

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

 

Meta l-Mulej reġġa' lura l-imjassra ta' Sijon, *

konna qisna mitlufa f'ħolma;

mbagħad bid-daħk imtela fommna, *

u bl-għajat ta' ferħ ilsienna.

Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *

"Kbir f'għemilu l-Mulej magħhom!"

Kbir f'għemilu l-Mulej magħna! *

U aħna bil-ferħ imtlejna.

 

Biddel, Mulej, xortina, *

bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *

jaħsdu bl-għana ta' ferħ.

 

Huma u sejrin, imorru jibku, *

jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.

Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b'għana ta' ferħ, *

iġorru l-qatet f'idejhom.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 130

Tama sħiħa fil-Mulej

 

Tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli (Mt 11, 29).

 

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *

            anqas ma ntrefgħu għajnejja;

jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *

            jew wara ħwejjeġ ogħla minni.

 

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ, *

            bħal tarbija f’ħoġor ommha;

bħal tarbija miftuma, *

            hekk hi ruħi ġewwa fija.

 

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *

            minn issa u għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Salm 127 (128)

Is-sliem tad-dar fil-Mulej

 

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

 

Hieni kull min jibża' mill-Mulej, *

kull min jimxi fit-triqat tiegħu!

Mix-xogħol ta' idejk inti tiekol; *

hieni int, u riżqek tajjeb!

Martek tkun bħal dielja għammiela *

            fl-irkejjen ta' darek;

uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *

madwar il-mejda tiegħek.

 

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *

li jibża' mill-Mulej!

Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *

Jalla tara l-ġid ta' Ġerusalemm tul ħajtek kollha!

Jalla tara wlied uliedek! *

Sliem għal Iżrael!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. Alla sawwarni fis-sewwa, qabadni minn idi u ħarisni.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                         Ef 5: 25-27

 

Kristu ħabb il-Knisja u ta lilu nnifsu għaliha, biex iqaddisha, u hekk ikun jista’ jressaqha quddiemu sabiħa l-Knisja, bla ebda tebgħa jew tikmixa u xejn minn dan, biex tkun qaddisa u mingħajr tebgħa.

 

V. It-Tnissil tiegħek bla tebgħa, Verġni Omm Alla.

R. Ħabbar il-ferħ lid-dinja kollha.

 

Talba

 

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek.  Bi Kristu Sidna. Ammen.

 

Inbierku l-Mulej

R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Bieb tas-sema, li ġo qalbek

            tiftaħ kenn għall-verġni kollha,

            int, Omm Alla u dejjem Verġni,

            tama tagħna u ferħ tal-ġenna.

 

            O ħamiema bajda u safja,

            ġilju qalb l-għollieq tal-ħajja,

            bik mill-għerq ir-rimja ħarġet

            għall-fejqan tal-ġerħa tagħna.

 

            Reġġa’ lura, torri qawwi,

ħbit il-għadu u biegħdu minna:

            bid-dawl tiegħek, kewkba tiddi,

            ġewwa l-port mixtieq wassalna.

 

            Minn kull deni ta’ qerq oħroġna,

            żommna mbiegħda minn kull sikka

            fost il-mewġ qalil, w iftħilna

            triq is-sliem qabel nintilfu.

 

            Lejk induru, int li b’riġlek

            ras is-serp għaffiġt, għax waħdek

tnissilt safja u kont meħlusa

minn kull tebgħa u nifs ta’ ħtija.

 

Agħmel int li nsebbħu f’kollox

lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

u ’l-Ispirtu, li bil-grazzja

hekk imlewk li ħadd mhu bħalek.  Ammen.

SALMODIJA

 

Ant. 1 Int kollok ġmiel, Marija: ma ttebbajtx bid-dnub tan-nisel.

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

           

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Int kollok ġmiel, Marija: ma ttebbajtx bid-dnub tan-nisel.           

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalemm, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalemm, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

Ant. 3 Ilbiesek ta’ bjuda li tgħammex, bħas-silġ, u wiċċek bħax-xemx.

 

Kantiku                                          Ef 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Ilbiesek ta’ bjuda li tgħammex, bħas-silġ, u wiċċek bħax-xemx.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                      Rum 5: 20-21

 

Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja, biex bħal ma saltan id-dnub permezz tal-mewt, hekk issa l-grazzja ssaltan permezz tal-ġustifikazzjoni għall-ħajja ta’ dejjem b’Ġesu’ Kristu Sidna.

 

 

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Minn dan jien nagħraf * Li int kuntent bija. Minn dan.

V. Li l-għadu ma jifraħx minħabba fija. * Li int kuntent bija. Glorja. Minn dan.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek: imbierka inti fost in-nisa, mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, hallelujah.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek: imbierka inti fost in-nisa, mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, hallelujah.

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:

-         agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.

Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:

-         bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.

Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawmien tiegħu

            mlejtha bil-ferħ:

-         għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.

Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila

            tiegħek:

-         bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek.  B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

 

Is-Sibt fuq it-2 Ħadd wara Għid il-Ħamsin

 

Tifkira ta

IL-QALB BLA TEBGĦA TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

 

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

 

V. Mulej, iftaħli xufftejja.

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

 

 

Salm 94

 

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

 

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
            ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b
'għana ta' radd il-ħajr, *
            ngħannulu b
'għajat ta ferħ.  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

 

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
            sultan kbir fuq l-allat kollha,
F
'idejh huma l-qigħan tal-art, *
            tiegħu huma l-qċaċet ta
'l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
*
            tiegħu l-art, għax b
'idejh saret.   

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, *
            għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna    
Għaliex hu Alla tagħna,
*
            u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
                        u n-nagħaġ tiegħu.

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.


Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
*
            “La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bhal dak inhar f'Massah, fid-deżert,
            meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
            għalkemm raw dak li jien għamilt.  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.


Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
*
            u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
            u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
*
            Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”  

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.


Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
*
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
            u jibqa
' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.

 

Ant.  Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

 

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra tal-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

L-Uffiċċju tal-qari

 

 

INNU

 

F’ġuf Marija niżel igħammar

            dak li s-sema, l-art u l-baħar

            ixandruh u jagħtuh qima,

            għax hu Alla li ħalaqhom.

 

            Ħdan il-Verġni, mimli grazzja,

            jilqa’ fih lis-Sid il-Għoli,

            li jaqduh ix-xemx u l-qamar,

            l-univers bil-ħlejjaq tiegħu.

 

            Hienja l-Omm, li ġewwa ċ-ċokon

            tal-ġuf safi tagħha niżel

            il-ħallieq, li xejn ma jesgħu,

            u f’qiegħ idu jżomm id-dinja.

 

            Hienja dik li emmnet l-anġlu

            u, bil-qawwa tal-Ispirtu,

            ġiebet fostna ’l Alla bniedem,

            il-mixtieq tal-ġnus mill-qedem.

 

            Glorja lilek, Kristu Sidna,

            Bin Marija, Omm u Verġni;

            mal-Missier u mal-Ispirtu,

            ġieh jintraddlek, issa u dejjem.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

 

Salm 23

 

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

 

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *

u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. 

Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *

u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

                        il-Mulej qawwi fit-taqbida.

 

Intrefgħu, bibien,

                        infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

            ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

            Hu l-Mulej tal-eżerċti:

                        dan hu s-Sultan tal-glorja!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Salm 45

 

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *

            għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.

Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *

jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;

anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *

jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

 

Hemm xmara li s-swieqi tagħha

jferrħu l-belt ta’ Alla, *

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *

igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.

Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *

iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *

            għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;

            l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *

            jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:

“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *

            għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

 

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *

fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

Salm 86

 

Il-Mulej bena ‘l Sijon *

fuq l-għoljiet imqaddsa;

hu jħobb il-bibien tagħha *

aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

 

O belt ta’ Alla, *

ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:

“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *

ma’ dawk li jagħrfuni.

Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *

dawn twieldu hemm!”

 

U għal Sijon jingħad: *

“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!

U Alla l-Għoli nnifsu *

iwettaqha f’postha.”

 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *

“Dan twieled hemm!”

U jgħannu, huma u jiżfnu, *

dawk kollha li jgħammru fik.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

 

V.  Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.

R.  Hieni min iħarisha.

 

L-ewwel lezzjoni tkun tas-Sibt tal-ġimgħa li tmiss ...

 

 

 

LEZZJONI II                          

                                                                        

Qari mid-Diskorsi tal-isqof San Lawrenz Ġustinjani

 

Marija kienet iżżomm dan kollu f’qalbha

 

Marija qrat, semgħet u rat, u baqgħet iżżomm sewwa f’qalbha kull ma saret taf, u kienet toqgħod taħseb fuqu bejnha u bejn ruħha.  Min jaf kemm kienet titqawwa fil-fidi, tikber fil-merti, tissaħħaħ fil-għerf, u titħeġġeġ dejjem iżjed bin-nar tal-imħabba!  Aktar ma kienet tiftakar u taħseb fil-misteri tas-sema, aktar kienet timtela bil-ferħ, titwettaq bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, timxi lejn Alla, u tħares l-umilta’ tagħha.  Dan hi l-ġid li tagħmel il-grazzja ta’ Alla: hija tgħolli ħafna lil min hu ċkejken ħafna, u tbiddlu minn glorja għal glorja.  

 

Tassew imbierka r-ruħ tal-Verġni: l-Ispirtu s-Santu għammar fiha, u għallimha toqgħod dejjem għal dak kollu li l-Verb ta’ Alla ried minnha.  Ma kinitx tagħmel dak li tħoss hi jew li jidhrilha hi, imma kienet iġġib ruħha minn barra skont mal-Gherf kien inebbahha temmen minn ġewwa. 

 

Għax kien xieraq li l-Għerf ta’ Alla, hu u jibni l-Knisja bħala d-dar tiegħu biex igħammar fiha, jinqeda b’Marija santissma u jagħmilha eżempju ħaj tal-ħarsien tal-liġi, tas-safa tar-ruħ, tal-ħajja umli, u tal-offerta spiritwali.

           

Ruħ nisranija, kun ixbah lilha.  Biex int tisaffa fl-ispirtu, biex iseħħlek titnaddaf mit-tiġis tal-ħtija, idħol fit-tempju ta’ qalbek.  Alla hemmhekk iħares iżjed lejn is-sentimenti tagħna milli lejn dak li nagħmlu. 

 

U għalhekk, sew jekk nieqfu mitlufa f’Alla bil-qawwa ta’ ħsibijietna, sew jekk inkunu f’sensina u nfittxu li nikbru fil-virtu’ jew naħdmu għall-ġid tal-proxxmu, dan kollu ma nagħmluhx għal ħaġa oħra ħlief għax inħossu l-imħabba ta’ Kristu ssuqna.  Din hi tassew offerta safja u spiritwali li togħġob: ma ssirx f’tempju maħdum bl-idejn, imma fit-tempju ta’ qalbna, fejn Kristu l-Mulej iħobb jidħol.

 

RESPONSORJU

                                                              

R. Verġni qaddisa u bla tebgħa, int jistħoqqlok l-ogħla tifħir, * Għax ġibt fil-ġuf lil dak li anqas is-smewwiet ma jesgħuh.

V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Għax ġibt.

Talba

 

O Alla, int ħejjet għamara xierqa lill-Ispirtu s-Santu fil-Qalb tal-Verġni mqaddsa Marija: fil-ħniena tiegħek, agħmel li, bit-talb tagħha, jistħoqqilna nkunu tempju tal-glorja tiegħek. B’Ibnek.

 

Inbierku l-Mulej.

R.  Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

            Sidt glorjuża li fil-għoli

fuq il-kwiekeb ġejt imtellgħa,

            nagħtuk ġieh, għax int, b’ħalibek

            safi, sqejt lil dak li ħalqek.

 

            B’Ibnek sewwejtilna l-ħsara

            li d-dnub t’Eva ġibed fuqna;

            bi tjubitek ftaħt mogħdija

            biex l-imsejkna jidħlu s-sema.

 

            Inti l-bieb tas-Sultan Għoli,

            bieb li minnu d-dawl feġġ fuqna;

            ħa jifirħu l-ġnus mifdija,

            għax bik, Verġni, sabu l-ħajja.

 

            Agħmel int li nsebbħu f’kollox

lill-Missier, lil Kristu Ibnek,

u ’l-Ispirtu, li bħal b’libsa

ta’ ġmiel kbir żejnuk bil-grazzja.  Ammen.

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Salm 62 (63): 2-9

Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

 

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

 

Alla, Alla tiegħi int; *

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

għalik imxennaq jiena, *

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1  Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

 

       Kantiku                                      Dan 3: 57-88.56

Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

 

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

 

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

 

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

 

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

 

 

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

faħħruh u għolluh għal dejjem.

 

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

 

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

 

Ant. 2  Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

 

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

Salm 149

Il-hena tal-qaddisin

 

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *

u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *

u jagħtu l-kastig lill-popli,

jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *

bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3  Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                           Iżaija 61: 10

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.

V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għażilha.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Qalbi u ġismi jifirħu f’Alla l-ħaj.

 

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

 

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

li jagħtina

li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *

bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

 

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; *

għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *

bil-maħfra ta’ dnubiethom,

ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,

ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Qalbi u ġismi jifirħu f’Alla l-ħaj.

 

PREĊI

 

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:

            Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.

Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:

-         agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.

Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:

-         eħlisna mit-taħsir tad-dnub.

Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:

-         bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..

Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:

-         agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ħejjet għamara xierqa lill-Ispirtu s-Santu fil-Qalb tal-Verġni mqaddsa Marija: fil-ħniena tiegħek, agħmel li, bit-talb tagħha, jistħoqqilna nkunu tempju tal-glorja tiegħek. B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

 

It-II Għasar

 

V. O Alla, ejja eħlisni.

R. Mulej, fittex għinni.

Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

 

INNU

 

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,

Omm qaddisa u kbira t’Alla,

dejjem Verġni bla mittiefsa,

bieb il-hena u ferħ tas-sema.

 

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima

Gabrijiel qed isemmagħlek,

ibdel fiha l-isem t’Eva,

ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

 

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,

ġib id-dawl lill-għomja kollha,

biegħed minna l-ħażen tagħna,

niżżel fuqna l-ġid mis-sema.

 

 

 

Uri li tassew int Ommna,

wassal talbna quddiem Alla,

li fi ħnientu twieled minnek

biex isir għalina bniedem.

 

Verġni fost kulħadd magħżula,

ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,

itlob ’l Ibnek biex jagħtina

maħfra, safa u spirtu ħlejju.

 

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,

żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,

sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra

ta’ Ġesu’ għal dejjem miegħek.

 

Lill-Missier it-tifħir tagħna,

ġeh u setgħa ’l Kristu Sidna,

lill-Ispirtu s-Santu l-qima,

sebħ lit-Tlieta, Alla wieħed.  Ammen.

 

SALMODIJA

 

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 121 (122)

Ġerusalemm, il-belt qaddisa

 

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

 

Fraħt meta qaluli: *

"Sejrin f'dar il-Mulej!"

Diġà qegħdin riġlejna *

fi bwiebek, Ġerusalemm!

 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *

magħquda ħaġa waħda.

Lejha t-tribujiet jitilgħu, *

it-tribù tal-Mulej,

biex, skont il-liġi ta' Iżrael, *

ifaħħru isem il-Mulej.

Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *

it-tronijiet tad-dar ta' David.

 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *

"Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *

u l-ġid fil-palazzi tiegħek!" 

Minħabba ħuti u ħbiebi, *

ħallini ngħidlek: "Is-sliem għalik!"

Minħabba f'dar il-Mulej, Alla tagħna, *

nixtieq illi jkollok il-ġid.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

 

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *

għalxejn jitħabtu l-bennejja.

Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *

għalxejn jishar l-għassies.

 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †

jew li ddumu ma tistrieħu

u li tieklu ħobż it-tbatija; *

għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *

ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.

Bħal vleġeġ f'id il-ġellied, *

hekk huma wlied iż-żgħożija.

 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *

            Ma jinfixilx meta jiltaqa'

mal-għedewwa f'bieb il-belt.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

Kantiku                                          Efesin 1: 3-10

 

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *

li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,

fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih,

sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi

permezz ta’ Ġesù Kristu, *

skont ma għoġob lir-rieda tiegħu,

 

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

 

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

il-maħfra tad-dnubiet,

 

skont l-għana tal-grazzja tiegħu, *

li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu,

skont il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

 

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *

kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

 

LEZZJONI QASIRA                                                                                        Galatin 4: 4-5

 

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

 

RESPONSORJU QASIR

 

R.  Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja: * Il-Mulej miegħek.  Sliem.

V.  Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej

miegħek. Glorja. Sliem.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Qalbi tifraħ fil-Mulej, għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar.

 

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Aha, s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *

Iva, minn issa 'l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja.

Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *

qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *

fuq dawk li jibżgħu minnu.

 

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *

u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull gid lil min hu bil-ġuħ, *

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.

 

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *

għax ftakar fil-ħniena tiegħu

-bħalma wiegħed lil missirijietna- *

b'rizq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja.  Kif kien mill-bidu.

 

Ant. tal-kant. ta’ Marija Qalbi tifraħ fil-Mulej, għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar.

 

PREĊI

 

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.

            Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:

Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.

Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna. 

O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla

            tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:

-         ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.

Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-

            imnikktin, aħfer lill-midinbin:

-         agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.

Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:

-         ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.

 

Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:

-         agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.

Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:

-         agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

 

Missierna, eċċ.

 

Talba

 

O Alla, int ħejjet għamara xierqa lill-Ispirtu s-Santu fil-Qalb tal-Verġni mqaddsa Marija: fil-ħniena tiegħek, agħmel li, bit-talb tagħha, jistħoqqilna nkunu tempju tal-glorja tiegħek. B’Ibnek.

 

Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

R. Ammen.

 

ANTIFONI TAL-IMBIERKA VERĠNI MARIJA

 

Avvent

 

Alma Redemptoris Mater

 

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,

int bieb illi jagħti għas-sema,

int kewkba tal-baħar, Marija!

Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,

għajnuna tal-poplu l-maħtur,

li b’għaġeb nissilt ’il min ħalqek

fis-siegħa li lqajt it-tislima

li tak Gabrijel, u bqajt xebba,

kif qabel, hekk wara t-tnissil.

Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

Alma Redemptoris Mater, quae pervia caeli
porta manes, et stella maris, succurre cadenti,
surgere qui curat, populo: tu quae genuisti,
natura mirante, tuum sanctum Genitorem,
Virgo prius ac posterius, Gabrielis ab ore,
sumens illud Ave, peccatorum miserere.

 

 

Randan

 

Ave, Regina caelorum,

 

Is-sliem, o Sultana

tas-sema, Sidt l-anġli;

int l-għerq u l-bieb safi

mnejn ġie dawl id-dinja.

O Verġni glorjuża,

ta’ ġmiel u sbuħija,

is-sliem għalik! Itlob

lil Kristu għalina.

 

Ave, Regina caelorum,
Ave, Domina Angelorum:
Salve, radix, salve, porta
Ex qua mundo lux est orta:

Gaude, Virgo gloriosa,
Super omnes speciosa,
Vale, o valde decora,
Et pro nobis Christum exora.

 

 

 

 

Għid

 

Regina Caeli

 

Sultana tas-sema, ifraħ, hallelujah,

għax dak li stħaqqlek tkun Ommu, hallelujah,

qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal, hallelujah:

itlob ’l Alla għalina, hallelujah.

Ifraħ u tenna, O Verġni Marija, hallelujah,

Għax il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet, hallelujah.

 

Regina caeli, laetare, alleluia.
Quia quem meruisti portare, alleluia.
Resurrexit, sicut dixit, alleluia.
Ora pro nobis Deum, alleluia.

Gaude et laetare, Virgo Maria, alleluia.
Quia surrexit Dominus vere, alleluia.

 

Salve, Regina

 

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;

ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.

Lilek ingħajtu,

għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.

Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu

f’dan il-wied tad-dmugħ.

 

Ejja, mela, avukata tagħna,

dawwar lejna

dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena;

u wrina, wara dan it-turufnament,

lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.

O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

Salve Regina, mater misericordiae,

Vita, dulcedo, et spes nostra, salve.

Ad te clamamus, exsules filii Hevae;

Ad te suspiramus, gementes et flentes

in hac lacrymarum valle.

 

Eia ergo advocata nostra,

illos tuos misericordes oculos ad nos converte.

Et Jesum, benedictum fructum ventris tui,

nobis post hoc exsilium ostende.
O
Clemens, o pia, o dulcis Virgo Maria.

 

 

 

 

RINGRAZZJAMENT GĦALL-‘IVA’ TA’ MARIJA

 

Għar-rwol ta’ Marija fl-istorja tas-salvazzjoni, wieħed jista’ jixtieq jirringrazzja u jfaħħar lil Alla bil-meditazzjoni li ġejja: kantiċi, qari mill-vanġelu, l-innu ta’ tifħir, u talba. Dan ir-ringrazzjament jista’ jingħad fi kwalunkwe ħin. Jista’ jingħad fil-bidu, bħala riflessjoni fuq il-misteru tal-miġja ta’ Kristu għan-nazzjonijiet kollha.

 

Ant. Ifraħ, Verġni Marija, int li stħaqqlek iġġib lil Kristu, il-ħallieq tas-sema u l-art; għax tajt lid-dinja s-Salvatur.

 

          Kantiku I                                Iżaija 61:10- -62:3

Il-profeta jifraħ b’Ġerusalemm il-ġdida

 

Il-Belt Qaddisa, Ġerusalemm il-ġdida, rajtha ... mhejjija bħala għarusa mżejna għall-għarus tagħha (Apokalissi 21:2)

 

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, *

taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi.

Għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, *

bil-mantar tal-ġustizzja għattieni,
bħal għarus imżejjen b’kuruna, *         

bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

Bħalma l-art tnibbet l-inbiet, *

bħalma l-ġnien inibbet il-miżrugħ fih,
hekk il-Mulej inibbet il-ġustizzja *

u t-tifħir quddiem kollha kemm huma l-ġnus.

 

Minħabba f’Sijon ma nehdiex, *

minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx.
Bħal dija għad tfeġġ il-ġustizzja tagħha, *

bħal torċa għad taqbad is-salvazzjoni tagħha.
Il-ġustizzja tiegħek għad jarawha l-ġnus, *

u s-sebħ tiegħek jarawh is-slaten kollha.
B’isem ġdid għad isejħulek, *

isem li għad jagħżlu fomm il-Mulej.
Għad tkun kuruna ta’ ġmiel f’id il-Mulej, *

u dijadema ta’ sultan f’id Alla tiegħek.

 

          Kantiku II                               Iżaija 62:4-7

Il-glorja ta’ Ġerusalemm il-ġdida

 

Din hi l-għamara ta' Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom (Apokalissi 21:3)

 

Ma jgħidulekx aktar “il-mitluqa”, *

anqas lil artek ma jsejħulha aktar “l-imħarbta”.
Lilek għad isejħulek “għaxqti fiha”, *

u lil artek għad isejħulha “għarusa”;
għax l-għaxqa tal-Mulej fik; *

u artek għad titgħarras.

Bħalma għarus jitgħarras xebba, *

hekk jitgħarrsek il-Bennej tiegħek;
u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu, *

hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek.

Fuq swarek, Ġerusalemm, qegħedt l-għassiesa: *

            lejl u nhar qatt ma jisktu.

Intom li tfaħħru l-Mulej, ma hemmx mistrieħ għalikom;

            u lilu tħalluhx jistrieħ *

sa ma jerġa' jwaqqaf lil Ġerusalemm,

u jagħmilha l-foħrija tal-art.

 

          Kantiku III                              Sirak 39:17-21

Kemm tkabbru l-għemejjel tiegħek, Mulej!

 

Niżżi ħajr lil Alla, li jxerred ma’ kullimkien permezz tagħna l-fwieħa tat-tagħrif tiegħu (2 Korintin 2:14)

 

Isimgħuni, ulied qaddisa, *

            u armu bħal ward imħawwel ħdejn l-ilma ġieri;

xerrdu l-fwieħa bħal lubien, *   

            u warrdu bħal ġilji.

 

Għollu leħenkom u għannu għalenija, *

            u bierku l-Mulej għall-għemejjel kollha tiegħu.

Agħtu ġieħ lill-ismu,

u xandru t-tifħir tiegħu, *

b'għana ta’ fommkom, bl-arpa u ċ-ċetra.

Dan għidu b’għajjat ta’ ferħ: *

            "L-għemejjel kollha tal-Mulej tajbin ħafna!’’

 

Ant. Ifraħ, Verġni Marija, int li stħaqqlek iġġib lil Kristu, il-ħallieq tas-sema u l-art; għax tajt lid-dinja s-Salvatur.

 

Evanġelu mill-Komun tal-Imbierka Verġni Marija tal-Lezzjonarju tal-Quddiesa. 

 

 

 

 

                                                                                                                        Luqa 1:26-38

Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa 

 

Inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben.

 

Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f'belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu." Iżda Marija qalet lill-anġlu: "Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?" Wieġeb l-anġlu u qalilha: "L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir." Mbagħad qalet Marija: "Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek?" U l-anġlu telaq minn quddiemha.

  

Luqa 1:39-47 

Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa

 

Imbierka inti li emmint

 

F'dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f'belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f'għajta kbira u qalet: "Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? Għax ara, malli smajt f'widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej?" Mbagħad qalet Marija:

"Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-Salvatur tiegħi."

 

Luqa 2:15-19 

Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa

 

Marija baqgħet tgħożż f'qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom

bejnha u bejn ruħha

 

Meta mbagħad l-anġli ħallewhom u telgħu s-sema, ir-rgħajja bdew jgħidu lil xulxin: "Ejjew immorru Betlehem ħa naraw x'ġara kif għarrafna l-Mulej." Marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u 'l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f'maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b'kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa' mistagħġeb b'dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f'qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha.

 

Luqa 2:27-35 

Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa

 

U inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek

 

Xmun mar fit-tempju, mqanqal mill-Ispirtu, u xħin il-ġenituri daħlu bit-tarbija Ġesù biex jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi, huwa laqgħu fuq dirgħajh, bierek lil Alla u qal:

"Issa, o Sid, tista' tħalli l-qaddej tiegħek imur

fis-sliem, skont kelmtek,

għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek,

li int ħejjejt għall-popli kollha,

dawl biex idawwal il-ġnus,

u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael."

Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b'dak li kien qiegħed jingħad fuqu. Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: "Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta' ħafna f'Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, (u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek) biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta' ħafna."

 

Luqa 11:27-28 

Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa

 

Hieni l-ġuf li ġiebek

 

Huwa u jgħid dan, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: "Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt?" Iżda hu qalilha: "Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta' Alla u jħarsuha."

 

Ġwanni 19:25-27 

Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa

 

Mara, hawn hu ibnek. Hawn hi ommok

 

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesu’ lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek,” Mbagħad qal lid-dixxplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.”

 

QARI

Qari mid-Diskorsi tal-isqof Sant Tumas ta Villanova

 

Ejjew inpoġġu lilna nfusna taħt il-protezzjoni ta’ Marija

           

X’ferħ, x’kuntentizza hemm fis-sema! Ir-rimja mill-għerq ta’ Ġesse, miżgħruha żmien ilu, fi żmien il-patrijarki, illum spuntat u bdiet tikber, u għandha tagħti Fjura li hija ddestinata biex tfejjaq id-dinja, Fjura li fwieħitha tqajjem il-mejtin, li t-togħmitha tfejjaq il-morda u sbuħietha tgħaxxaq l-anġli – Fjura bajda u ħamra li l-anġli jixxenqu li jaraw.

 

Kif jgħid Benard: “Ifraħ, missier Adam, imma ifraħ aktar int, omm Eva, ifirħu, intom li kontu l-ġenituri u wkoll il-qerrieda ta’ kulħadd, u agħar, qerrieda qabel ma kontu ġenituri. Għalhekk it-tnejn li intom għandkom titfarġu minħabba bintkom, u x’bint wkoll! X’kien, Adam, dak li għidt? Kienet il-mara li tatni mill-frott tas-siġra, u għalhekk jiena kilt. Issa llum ġiet mogħtija lilek mara b’mara, mara prudenti għal waħda belha’, umli għal waħda mkabbra, waħda li għandha toffrilek togħma ta’ ħajja minflok is-siġra tal-mewt, u tipproduċi l-ħlewwiet tal-frotta eterna minflok il-qrusa ta’ dak l-ikel valenuż. Verġni li tiġi ammirata u li l-aktar li jistħoqqilha unur! Mara li tiġi meqjuma b’mod uniku, sabiha fuq kull mara, is-salvatriċi tal-ġenituri tagħha u donatriċi tal-ħajja għad-dixxendenti tagħha.”

 

Għalhekk, ħa ninxteħtu f’riġlejn din is-Sibilla qaddisa, u nferrgħu talbna bi spirtu ferrieħi, u nkantaw tifħir filwaqt li qlubna jiżfnu bil-ferħ: ħa npoġġu lilna nfusna taħt il-ħarsien tagħha, u b’leħen għoli ngħidu: Għalhekk, int Avukata tagħna, Sinjura tagħna, għaxqa tagħna, għalhekk dawwar lejna l-għajnejn tiegħek tal-ħniena, u wara dan l-eżilju wrina ’l Ġesu`, il-frott imbierek ta’ ġufek. Huwa lilu li aħna nfittxu, lilu nixtiequ, lejh inħaffu; nixtiequh bil-ħerqa kollha ta’ qalbna. Huwa int, Verġni, li għandek tiddereġina, inti għandek tmexxina lejh, tigwidana ’l fejn huwa jsaltan, u turihulna, inkurunat bil-glorja u l-unur, imdawwar bl-anġli, mqiegħed fuq l-għola tron fuq l-id il-leminija tal-Missier, jirrenja miegħu, u  jmexxi d-dinja kollha flimkien miegħu.

 

Għal żmien twil kont mistagħġeb u ġejt konfuż biex nifhem il-għala l-evanġelisti kellhom jitkellmu għal tant tul dwar Ġwanni l-Battista u l-appostli l-oħra u madankollu qalulna ftit wisq dwar il-Verġni Marija, li fil-ħajja u d-distinzjoni tissuperahom ilkoll. Konfuż, kif qed ngħid, biex nifhem dan, kull ma nista’ naħseb huwa li l-Ispirtu s-Santu għoġbu li jsir hekk.

 

Kienet mill-providenza tal-Ispirtu s-Santu li l-evanġelisti żammew lilhom infushom siekta, għaliex il-glorja tal-Verġni, kif naqraw fis-salmi, kienet kollha ġewwinija, u tabilħaqq, aktar setgħet tiġi kkonsidrata milli deskritta. It-tifsira ġenerali ta’ ħajjitha: li Ġesu` twieled minnha, huwa biżżejjed biex tgħidilna l-istorja tagħha. X’hemm xi tfittex aktar fil-Verġni? Huwa biżżejjed għalik li hi hija l-Omm t’Alla. Xi ġmiel, nistaqsi jien, x’virtu`, x’perfezzjoni, xi grazzja, xi glorja ma tappartjenix lill-Omm Alla?

 

L-Ispirtu s-Santu ma ddeskrivihiex bi kliem, imma ħalla f’idejk biex iġġibha f’moħħok, b’hekk inti tkun tista’ tifhem li fiha ma kienet nieqsa ebda grazzja, perfezzjoni, jew glorja li setgħet tiġi immaġinata f’moħħ ta’ bniedem kast, jew aktar preċiż li hija, fil-fatt, tissupera kull komprensjoni. Għalhekk, la darba hija kienet perfetta b’mod sħiħ, ma kienetx tkun ħaġa ġusta li tiddeskriviha f’biċċiet, minħabba l-biża’ li inti tista’ taħseb li hija seta’ jonqosha dak li ma ġiex deskritt. Li biss tgħid li l-Verġni Marija hija l-Omm t’Alla jissupera kull ma jista’ jinagħad taħt Alla.

 

X’mara meraviljuża, li tkun l-omm tal-Kreatur tagħha stess! X’għaġeb distint għall-mara, li jkollha Iben ugwali għal Alla. Il-Missier iħobb lil Ibnu; l-Omm tifraħ f’Binha. Il-Missier jgħid lil Ibnu: Sa minn qabel is-sebħ bħan-nida jien nissiltek; l-Omm tgħid lil Binha: Mill-ġuf, jien, verġni, ġibtek fid-dinja. Hija tinsab mistagħġba bil-glorja tagħha stess, l-anqas hi ma tista’ tifhem il-kobor tagħha, għaliex minħabba l-istess fatt li ġiet magħmulha l-Omm tal-Kreatur hija saret bl-għola dritt l-għalliema u s-Sultana tal-ħolqien kollu. Tassew Marija, huwa, li Hu s-setagħni, għamel miegħek ħwejjeġ kbar; tassew, għaliex huwa għamlek ommu stess, il-ġenerazzjonijiet kollha jsejħulek hienja.

 

QARI

Mill-omelija tal-Beatu Xmun ta’ Casci, saċerdot

 

Preżenti fl-Ispirtu fit-tħabbira

 

Immaġina b’liema reverenza waqaf l-anġlu quddiem din il-glorjuża tfajla tal-villaġġ, meta jaf li hija kellha tkun l-Omm tal-Iben t’Alla. Ara u kkontempla kif umilment u modestament hija semgħet u tat risposta lill-anġlu li kien ġie bħala ambaxxatur u kien jistenna t-tweġiba tagħha.

 

X’kont tagħmel kieku kont fil-bieb ta’ din il-kamra jew ċella u tisma’ dan id-djalogu qaddis u pjaċevoli bejn din it-tfajla mbierka u l-anġlu? Ma kenitx qalbek tinqasam ħelu ħelu b’ferħ kbir u b’konsolazzjoni bla qies? Iebsa aktar mill-ġebel u l-ħadid hija l-qalb li ma tinqasamx waqt li taqra jew tisma’ jew taħseb dwar il-kliem li l-Verġni qalet lill-anġlu u l-anġlu lill-Verġni. Ma kontx tgħolli leħnek umilment imma b’ħeġġa u b’qalbek kollha: “Madonna ħelwa, l-akbar twajba fost in-nisa, nitolbok, ikkonsenta malajr għal dan li qed jgħidlek l-anġlu, ħalli b’hekk Ibnek ikun jista’ jeħlisna mid-dannazzjoni li fiha tefgħuna l-ewwel ġenituri!”

 

X’kont tgħid u tagħmel, ruħ Nisranija, meta tisma’ l-Verġni Marija tgħid lill-anġlu: “Jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek”? F’dak il-mument, il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu ffurmat u ġġenerat immedjatament il-ġisem ta’ Kristu mid-demm pur tal-Verġni, u r-ruħ ġdida imliet dak il-ġisem, u d-divinita’ ngħaqdet inseparabilment ma dik ir-ruħ u dak il-ġisem.

 

Aħna għalhekk għandna nemmnu b’ċertezza li Kristu huwa veru Alla u veru bniedem, l-Iben ta’ Marija li kienet verġni qabel, matul u wara t-twelid. Dawk li ma jemmnux dan jiġu kkundannati, sakemm ma jikkonvertux għall-fidi vera.

 

QARI

Minn omelija ta’ Bażilju ta’ Seleucia, isqof

 

L-Omm ta’ Alla tiżboq il-martri kollha

 

Imwieled mill-Verġni Omm Alla, l-kreatur u l-Mulej ta’ kulħadd ħa n-natura umana tagħna, għaliex hu kellu tassew ġisem u ruħ anke jekk ma kellux x’jaqsam mal-ħażen tagħna. Hu m’għamel l-ebda dnub, tgħid l-Iskrittura, u ebda qerq qatt ħareġ minn fommu. O ġuf imqaddes li fih Alla ġie milqugħ, li fih it-tifkira ta’ dnubietna ġiet imħassra, li fih Alla sar bniedem filwaqt li baqa’ Alla! Huwa qaghad fil-ġuf, għoġbu li jitwieled bl-istess mod tagħna. Iżda meta huwa ġie milqugħ f’dirgħajn ommu, huwa ma ħalliex ħdan Missieru. Alla mhuwiex maqsum filwaqt li Hu jwettaq r-rieda tiegħu, imma jsalva lid-dinja mingħajr ma jġarrab l-ebda qsim fih inniffsu. Meta Gabrijel ġie fil-preżenza tal-Verġni Omm Alla, huwa ħalla s-sema warajh, imma meta l-Verb t’Alla li jimla l-ħolqien kollu ħa l-laħam fiha, huwa ma ġiex isseparat mill-qtajjiet adoraturi tas-sema.

 

Hemm il-bżonn li nsemmu l-profeziji kollha li jħabbru t-twelid ta’ Kristu minn Omm Alla? Liema lsien jista’ jkantalha tifħir hekk xieraq lilha li permezz tagħha rċevejna dawn il-meravilji ta’ barkiet? B’liema fjuri ta’ tifħir nistghu ninsġu kuruna li tixirqilha, lilha li minnha spuntat il-warda ta’ Ġesse, li nkurunat ir-razza tagħna bil-glorja u l-unur? Liema rigali denji nistgħu nġibulha lilha li d-dinja kollha kemm hi mhijiex denja? Jekk Pawlu seta’ jgħid għall-qaddisin l-oħra li d-dinja ma kinitx denja tagħhom, xi ngħidu mela dwar Omm Alla li tiżboq il-martri kollha anke bħalma x-xemx tiżboq l-istillel?

 

O Verġni, l-anġli jifirħu bik! Minħabba fik, huma li żmien ilu tefgħu fl-eżilju r-razza tagħna, issa huma mibgħuta biex jgħaqqduna, u b’ferħ għalih Gabrijel huwa fdat bil-bxara tal-konċepiment tat-tarbija divina. Ifraħ l-aktar waħda favorita, ħalli l-wiċċek jiddi bil-ferħ. Inti se twelled il-ferħ tad-dinja kollha, li għandu jġib fit-tmiem is-saħta antika, jeqred il-qawwa tal-mewt u jagħti lil kulħadd it-tama tal-qawmien.

 

INNU, Te Deum.

 

TALBA TAL-GĦELUQ

 

Alla u Missier Sidna Ġesu’ Kristu, ħares lejn il-Verġni Marija, li l-eżistenza tagħha fuq din l-art kienet iddominata bi spirtu ta’ aċċettazzjoni ġeneruża. Agħti lilna wkoll id-doni tat-talb kontinwu u tas-silenzju, ħalli ħajjitna jkunu ttrasformati bil-preżenza tal-Ispirtu s-Santu. Nitolbuk dan, b’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

 

Ħa nfaħħru lill-Mulej.

U nirringrazzjawh.

TALB LILL-IMBIERKA VERĠNI MARIJA

 

It-Tislima tal-Anġlu

 

Is-“Sliem għalik Marija” (“Ave Maria”) hija bbażata fuq Luqa 1:28,42 u hija magħrufa bħala t-“Tisslima tal-Anġlu” sa mill-bidu.

 

Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, 

il-Mulej miegħek!

Imbierka inti fost in-nisa,

u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.

Qaddisa Marija, Omm Alla,

itlob għalina, midinbin,

issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna.

Ammen.

 

 

Talba antika lill-Verġni

 

Din it-talba, magħrufa mil-Latin bħala “Sub tuum praesidium” u misjuba l-ewwel f’papir Grieg, ċ. 300, hi l-eqdem talba lil Marija.

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,
Omm qaddisa ta’ Alla:
la twarrabx minn quddiemek
it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,
u eħlisna dejjem minn kull tiġrib
O Verġni glorjuża u mbierka.

 

 

 

Memorare

 

Il-“Memorare” huwa talba b’verżjoni tas-sittax-il seklu tal-ħmistax-il seklu. Claude Bernard (1588-1641) ippopolarizza l-ideja li l-“Memorare” kien miktub minn San Bernard.

 

Ftakar ja l-iżjed ħanina Omm Verġni Marija,

li qatt ma nstema’

li xi ħadd intefa’ taħt il-ħarsien tiegħek,

talbek l-għajnuna jew fittex li tidħol għalih

u inti ma smajtux.

 

Imqanqal minn dan il-ħsieb

għal għandek niġri,

ja Verġni Omm tiegħi:

għandek niġi, quddiemek noqgħod midneb u niedem,

ja Omm  l-Iben t’Alla magħmul bniedem. 

La tistmerx it-talb tiegħi, iżda ismagħni u weġibni.

Ammen.

 

 

Marija, għajnuna ta’ min jinsab fil-bżonn

 

Din it-talba kienet formalment l-antifona tal-Għasar tal-Magnifikat mill-Kommun tal-Imbierka Verġni Marija.

 

Qaddisa Marija,

għajnuna ta’ min jinsab fil-bżonn,

agħti l-qawwa lid-dghajfa,

farraġ lill-imnikta,

itlob għall-poplu t’Alla,

assisti lis-saċerdoti,

interċedi għar-reliġjużi.

Agħmel li kull min jirrikorri għall-għajnuna tiegħek

jesperjenza l-protezzjoni li qatt ma naqset tiegħek.

Ammen.

 

 

Talba lil Marija

 

Komposta mill-Papa Ġwanni Pawlu II fis-Sena Marjana

 

Omm is-Salvatur,

(f’din is-sena ddedikata lilek,)

b’ferħ kbir insejħulek imbierka.

 

Biex il-pjan providenzjali ta’ salvazzjoni jiġi mwettaq,

Alla l-Missier għażel lilek qabel il-ħolqien tad-dinja.

Inti emmint fl-imħabba tiegħu u obdejt kelmtu.

 

L-Iben ta’ Alla xtaqek bħala Ommu

meta huwa sar bniedem biex isalva lir-razza umana.

Inti lqajtu b’ubbidjenza immedjata u b’qalb sħiħa.

 

l-Ispirtu s-Santu ħabbek bħala l-għarusa mistika tiegħu

u mliek b’doni uniċi.

Inti ħallejt lilek innifsek titmexxa

bl-azzjonijiet moħbija u qawwija tiegħu.

 

F’lejliet it-tielet Millenju Nisrani,

aħna nafdawlek il-Knisja

li tagħrfek u tinvokak bħala l-Omm.

Fuq l-art, inti lill-Knisja ppreċedejtha fil-pellegrinaġġ tal-fidi:

sabbarha fid-diffikultajiet u l-provi tagħha,

u agħmilha dejjem sinjal u strument

ta’ għaqda intima’ ma’ Alla

u tal-għaqda tar-razza umana kollha.

 

Lilek, Omm l-Insara,

aħna nafdaw b’mod speċjali

l-popli li qed jiċċelebraw

(matul is-Sena Marjana)

is-sitt Ċentinarju jew il-Millenju

tal-aċċettazjoni tal-Vanġelu.

L-istorja twila tagħhom hi profondament immarkata b’devozzjoni lejk.

Dawwar lejhom il-ħarsa ta’ mħabba tiegħek;

agħti l-qawwa li qed isofru minħabba l-fidi tagħhom.

 

Lilek, Omm tal-familja umana u tan-nazzjonijiet,

aħna nafdaw b’kunfidenza l-umanita’ sħiħa,

bit-tamiet u l-biżat tagħha.

Tħallix li jonqosha d-dawl tal-għerf veru.

Igwida l-passi tagħha fit-triqat tal-paċi.

Ħalli lil kullħadd jiltaqa’ ma’ Kristu,

it-Triq u l-Verita’ u l-Ħajja.

 

Sostnina, O Verġni Marija, fil-vjaġġ tal-fidi tagħha

u agħqlalna l-grazzja tas-salvazzjoni eterna.

O Ħanina, O Pija, O Ħelwa Omm Alla u Ommna, Marija!

 

 

L-Angelus

 

L-użanza tal-għad tal-“Ave Marija” għal tlett darbiet fid-daqq tal-qniepen, tmur lura għat-tlettax-il seklu. L-użanza tal-lum hi li tgħid l-“Angelus” tliet darbiet: filgħodu, f’nofsinhar u filgħaxija.

 

 

L-Anġlu t’ Alla ħabbar lil Marija,

u hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu. Sliema u Qaddisa. 

 

“Hawn jiena l-qaddejja tal-Mulej:

Ikun minni skont kelmtek.” Sliema u Qaddisa

 

U l-Iben t’Alla sar bniedem

u għammar fostna. Sliema u Qaddisa

 

Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla,

biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

 

Nitolbu. 

Xerred, Mulej, fi qlubna l-grazzja tiegħek

biex aħna li bit-tħabbira tal-anġlu

għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem,

bil-passjoni u l-mewt tiegħu

naslu għas-sebħ tal-qawmien. 

Bi Kristu Sidna.

Ammen.

 

 

Regina Caeli

 

Mil-1743, din l-antifona tat-tnax-il seklu ħadet post l-Angelus fl-Istaġun tal-Għid.

 

Sultana tas-sema, ifraħ: Halleljah.

Għaliex dak li stħaqqlek tkun omm: Hallelujah.

Qam minn bejn l-imwiet kif kien qal: Hallelujah.

Itlob ‘l Alla għalina: Hallelujah.

 

 

Ifraħ u thenna, Verġni Marija: Hallelujah.

Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: Hallelujah.

 

Nitolbu.

O Alla, bil-qawmien mill-imwiet ta’ Ibnek Ġesù Kristu, Sidna,

għoġbok tferraħ id-dinja;

agħtina, nitolbuk, li b’Ommu l-Verġni Marija,

niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem.

Bi Kristu Sidna.

Ammen.

 

 

Il-Litanija tal-Imbierka Verġni Marija

 

Il-Litanija li ġejja hija parti mill-Ordni approvat m’ilux “Order of Crowning an Image of the Blessed Virgin Mary. Il-qalba tal-Litanija tinsab fl-ispjegazzjoni tagħha tal-Inkurunazzjoni ta’ Marija bħala Reġina.

 

Mulej, ħniena.

Kristu, ħniena.

Mulej, ħniena.

Kristu, ismagħna.

Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.

Missier Etern Alla.  

 

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb,Ħenn għalina”

Iben Alla, li fdejt id-dinja.  

Spirtu Qaddis Alla.

Trinità Qaddisa Alla wieħed.

 

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb,Itlob għalina”

Imqaddsa Marija.

Imqaddsa Omm Alla.

L-aktar miqjuma fost il-verġni.

Bint magħżula tal-Missier.

Omm Kristu r-Re.

Glorja tal-Ispirtu s-Santu.

Verġni, bint Sijon.

Verġni fqira w umli.

Verġni ġentili w ubbidjenti.

Qaddejja tal-Mulej.

Omm il-Mulej.

Għajnuna tar-Redentur.

Mimlija bil-grazzja.

Għajn ta’ sbuħija.

Mudell ta’ virtu’.

Frotta bnina tar-Redenzjoni.

Dixxiplu perfett ta’ Kristu.

Xbieha bla mittiefsa tal-Knisja.

Mara ttrasformata.

Mara liebsa x-xemx.

Mara inkurunata bil-kwiekeb.

Sinjura ġentili.

Sinjura tal-grazzja.

Sinjura tagħna.

Ferħ ta’ Iżrael.

Splendur tal-Knisja.

Il-kburija tar-razza umana.

Avukata tal-grazzja.

Ministru tal-qdusija.

Eroj tal-poplu t’Alla.

Reġina tal-imħabba.

Reġina tal-ħniena.

Reġina tal-paċi.

Reġina tal-anġli.

Reġina tal-patrijarki u l-profeti.

Reġina tal-appostli u l-martri.

Reġina tal-konfessuri u l-verġni.

Reġina tal-qaddisin kollha.

Reġina mnissla mingħajr dnub oriġinali.

Reġina mtellgħa s-sema.

Reġina tad-dinja kollha.

Reġina tas-sema.

Reġina tal-univers.

 

 

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Mulej.

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina.

 

Itlob għalina qaddisa Omm Alla:

Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

 

Nitolbu...

 

Alla tal-ħniena, isma’ t-talb tagħna li tajna ġieh lill-qaddejja tiegħek Marija bħala Omm u Reġina. Agħtina li bil-grazzja tiegħek naqdu lilek u lill-proxxmu tagħna f’din id-dinja sa ma niġu milqugħa fis-saltna eterna tiegħek.

 

Nitolbu dan bi Kristu Sidna. 

Ammen.

 

 

 

 

Il-Litanija ta’ Loreto

 

Fil-Litanija ta’ Loreto nsibu invokazzjonjiet li jmorru lura għat-tnax-il seklu. Ġiet dukumentata f’din il-forma preżenti (apparti minn xi ftit żidiet tal-papiet riċenti) f’Loreto fl-1558.

 

Mulej, ħniena.

Kristu, ħniena.

Mulej, ħniena.

Kristu, ismagħna.

Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.

Missier Etern Alla.  

 

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb,Ħenn għalina”

Iben Alla, li fdejt id-dinja.  

Spirtu Qaddis Alla.

Trinità Qaddisa Alla wieħed.

 

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb,Itlob għalina”

 

Imqaddsa Marija.

Imqaddsa Omm Alla.

Imqaddsa Xebba tax-xbejbiet.

 

Omm ta’ Kristu.

Omm il-Knisja.

Omm tal-grazzja ta’ Alla.

Omm l-iżjed safja.

Omm l-iżjed nadifa.

Omm u xebba.

Omm bla tebgħa.

Omm li tistħoqq l-imħabba.

Omm tal-għaġeb.

Omm tal-parir it-tajjeb.

Omm ta’ min ħalaqna.

Omm ta’ min salvana.

 

Xebba kollok għaqal.

Xebba li tistħoqq kull qima.

Xebba li tistħoqq kull foħrija.

Xebba kollok setgħa.

Xebba kollok ħniena.

Xebba dejjem marbuta m’Alla.

 

Mera tal-qdusija.

Tron tal-għerf.

Bidu tal-ferħ tagħna.

Għamara tal-Ispirtu s-Santu.

Għamara ta’ kull grazzja.

Għamara ta’ kull tjieba.

Warda mistika.

Torri ta’ David.

Torri tal-avorju.

Dar tad-deheb.

Arka tar-rabta l-ġdida.

Bieb tas-sema.

Kewkba ta’ filgħodu.

Saħħa tal-morda.

Kenn tal-midinbin.

Faraġ tal-imnikktin.

Għajnuna tal-insara.

 

Sultana tal-Anġli.

Sultana tal-Patrijarki.

Sultana tal-Profeti.

Sultana tal-Appostli.

Sultana tal-Martri.

Sultana tal-Konfessuri.

Sultana tal-Verġni.

Sultana tal-Qaddisin kollha.

Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa.

Sultana mtellgħa s-sema.

Sultana tar-Rużarju Mqaddes.

Sultana tal-familja.

Sultana tal-paċi.

 

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Malej.

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina.

 

Itlob għalina qaddisa Omm Alla:

Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

 

Nitolbu...

 

Agħmel, Mulej Alla tagħna,

li aħna l-qaddejja tiegħek inkunu dejjem qawwijin u sħaħ fir-ruħ u l-ġisem,

u li, bit-talb glorjuż tal-imqaddsa Marija dejjem Verġni,

neħilsu mid-dwejjaq ta’ issa u niksbu l-hena ta’ dejjem.

 

Bl-istess Kristu Sidna. 

Ammen.