ATT TA’ FIDI

 

Jiena nemmen b’fidi ferma illi hemm Alla wieħed, li jippremja t-tajbin u jikkastiga l-ħziena.  Jiena nemmen li dan Alla huwa wieħed fi tliet persuni ugwali, u realment distinti, li huma l-Misser, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu

Nemmen li l-Iben ta’ Alla sar bniedem u ħa l-ġisem fil-ġuf purissmu ta’ Marija Verġni bis-setgħa ta’ l-Ispirtu s-Santu.  Bħala bniedem miet fuq is-salib għal dnubietna u fit-tielet jum qam inn bejn l-imwiet.

Nemmen il-veritajiet l-oħra kollha, li temmen u tgħallem Ommna l-Knisja Mqaddsa Kattolika.

U dana kollu nemmnu għaliex Alla, veriità infallibli, irrivelah lill-istess Knisja Mqaddsa.