Animazzjoni – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent    (Sena A)

Dħul: 

Illum il-Knisja tiċċelebra r-Raba’ Ħadd tal-Avvent, f’din il-liturġija illum Ġesù jurina kif is-salvazzjoni hija għotja mingħand Alla. Nagħtu bidu għal dan is-sagriffiċju tal-quddiesa billi nqumu bilwieqfa u nkantaw flimkien.

 

Qari:

Fl-ewwel qari Isaija jurina kif ix-xebba se ssir omm li se twelled is-Salvatur, San Pawl jgħidilna li Ġesù Kristu, ġej min-nisel ta’ David, u huwa l-Iben ta’ Alla, fl-evanġelju illum nisimgħu t-tnissil ta’ Ġesù. Nisimgħu b’attenzjoni l-Kelma t’Alla.

 

Salm Responsorjali: Ħa jidħol il-Mulej, hu s-Sultan tal-glorja.

 

Offertorju:

Inressqu l-offerti tagħna bi spirtu ta’ ferħ u stennija għal Mulej li ġej, filwaqt li inkantaw flimkien.

 

Tqarbin:

Issa se nirċievu lil Ġesù, ejjew illum nitolbuh il-grazzja li nilqgħuh b’ferħ mhux biss fil-festa li ġejja tal-Milied, iżda kull meta xi ħadd minn ħutna ikollu bżonn l-għajnuna tagħna. Nersqu għat-tqarbin, filwaqt li nkantaw flimkien.