Animazzjoni – It-Tielet Ħadd tal-Avvent    (Sena A)

Dħul: 

Illum il-Knisja tiċċelebra t-Tielet Ħadd tal-Avvent, f’din il-liturġija l-Kelma ta’ Alla tistedina biex nistennew hienja u qawwijin fit-tama tat-twettiq tal-wegħda ta’ Alla. Nagħtu bidu għal dan is-sagriffiċju tal-quddiesa billi nqumu bilwieqfa u nkantaw flimkien.

 

Qari:

Fl-ewwel qari Isaija jurina li Alla ġej biex isalvana, fit-tieni qari San Ġakbu iqawwilna qalbna, għax il-miġja tal-Mulej hi fil-qrib, fl-evanġelu illum Ġesù jikkonferma li huwa l-Messija mistenni mil-poplu. Nisimgħu b’attenzjoni l-Kelma t’Alla.

 

Salm Responsorjali: Ejja Mulej, ħa ssalvana.

 

Offertorju:

Inressqu l-offerti tagħna bi spirtu ta’ fidi u ta’ stennija għal Mulej li ġej, filwaqt li inkantaw flimkien.

 

Tqarbin:

Issa se nirċievu lil Ġesù, ejjew illum lil Ġesù nitolbuh biex jiġi fina ħalli ssalvana. Nersqu għat-tqarbin, filwaqt li nkantaw flimkien.