Animazzjoni – It-Tieni Ħadd tal-Avvent    (Sena A)

Dħul: 

Iltajqna f’Jum il-Mulej, f’dan iż-żmien qaddis tal-Avvent biex nħejju ruħna b’mod sinċier għal miġja tiegħu, filwaqt li nitolbuh din il-grazzja tal-konverżjoni, nqumu bilwieqfa u nkantaw flimkien.

 

Qari:

Fl-ewwel qari Isaija jgħidilna kif il-Messija se jiġġudika l-imsejknin skont il-ġustizzja, San Pawl imbgħad jtenni kif Kristu se jsalva l-bnedmin kollha, fl-evanġelu nisimgħu lil Ġwanni l-Battista jistedina biex nindmu għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet. Nisimgħu b’attenzjoni l-Kelma t’Alla.

 

Salm Responsorjali: Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja.

 

Offertorju:

Ma’ dawn l-offerti noffru wkoll lil Mulej lil qalbna niedma, filwaqt li inkantaw flimkien.

 

Tqarbin:

Issa se nirċievu lil Ġesù, ejjew illum lil Ġesù nitolbuh il-grazzja tal-konverżjoni. Nersqu għat-tqarbin, filwaqt li nkantaw flimkien.