Animazzjoni – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent (Sena A)

Dħul: 

Illum il-Knisja tibda sena liturġika ġdida. Fil-liturġija tal-llum Ġesù qiegħed jgħidilna biex inkun lesti għal miġja tiegħu, għalhekk fil-bidu ta’ dan l-Avvent ejjew nilqgħu l-istedina tiegħu, filwaqt li nqumu bilwieqfa u nkantaw flimkien.

 

Qari:

Fl-ewwel qari Isaija jagħtina d-deskrizzjoni ta’ Sijon il-Ġdida, San Pawl imbgħad jtenni l-bżonn li nqumu min-ngħas tagħna, filwaqt li San Mattew jippreżentalna lil Ġesù iwwisina biex ikunu dejjem lesti għal meta l-Mulej isejħilna. Nisimgħu b’attenzjoni l-Kelma t’Alla.

 

Salm Responsorjali: Immorru ferħana f’dar il-Mulej!

 

Offertorju:

Waqt dan il-mument inressqu l-offerti tagħna, f’dan il-mument noffru wkoll din is-sena liturġika ġdida biex tkun okkażżjoni għalina biex niltaqgħu ma’ Ġesù, filwaqt li inkantaw flimkien.

 

Tqarbin:

Issa se nirċievu lil Ġesù, ejjew illum lil Ġesù nitolbuh ilibbisna bis-sentimenti tiegħu. Nersqu għat-tqarbin, filwaqt li nkantaw flimkien.