Tagħrif dwar ...

Segretarjat għal-Lajċi

Forum tal-Għaqdiet

Distretti, Unitajiet u Parroċċi

Viżta Pastorali

Fratellanzi f'Malta

 
 

Għaqdiet u Movimenti

Azzjoni Kattolika Maltija

Fergħa Ewkaristika

Fraternità Charles de Foucauld

Leġjun ta’ Marija

Mixja Neokatekumenali

Moviment Kariżmatiku

Moviment tal-Fokolari

MUSEUM - Irġiel - Nisa

Żgħażagħ Ħaddiema Nsara

 

Links Oħra

Arċidjoċesi ta’ Malta

Djoċesi ta’ Għawdex

Santa Sede

Discern, Istitut għar-Riċerka

Moviment ta' Kana

KDZ – Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ

 

 Interessanti

Uħud mill-videos tassew interessanti li sibna fuq YouTube.

Messallin Ferjali.

Liturġija tas-Sigħat.

Talb għas-Saċerdoti.

Evanġelju tal-Ġurnata.

Ir-Rużarju Mqaddes.

Is-Sejħa ta’ Alla għalik.

Katekeżi fuq is-Saċerdozju.

Mill-Belt tal-Vatikan.

Videos ta' Tagħlim bil-Malti.    

 

 

Riżorsi bil-Malti għal-Liturġija ta’ kuljum.Ê

Festi

L-Ewwel Sena

It-Tieni Sena

Ir-Randan

Żmien tal-Għid

Avvent u Milied

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                         email ...          arkivju ...          blog...

Ikklikkja fuq l-istampa ...ö

q RIŻORSI GĦAR-RANDAN

Sa mill-ewwel żminijiet tal-Kristjaneżmu, ir-Randan dejjem kien żmien pastoralment importanti fis-sena liturġika tal-Knisja.  Matulu l-insara jkunu mħeġga, aktar minn fi żminijiet oħra, sabiex jaqraw, jisemgħu u jirriflettu aktar dwar il-Kelma ta’ Alla, jersqu aktar spiss u b’akbar devozjoni lejn is-Sagramenti, jagħmlu penitenza u jkunu solidali aktar mis-soltu, ma’ persuni fil-bżonn.

Għal poplu Malti u Għawdxi, din is-sena r-Randan għandu tifsira mportanti oħra, għaliex huwa wkoll żmien ta’ tħejjija qabel il-miġja fostna tal-Papa Benedittu XVI. Qegħdin niċċelebraw ukoll l-1950 anniversarju mill-miġja providenzjali fosta ta’ San Pawl. 

Għalhekk qegħdin ikunu provduti għajnuniet u riżorsi pastorali li huma mibnija fuq katekeżi tal-Papa nnifsu u li bosta minnhom huma wkoll marbuta mat-tagħlim ta’ l-Appostlu Missierna. ...ð


q AKTAR RIŻORSI PASTORALI

Bl-għajnuna ta’ Alla u ta’ bosta persuni, dan is-sit qiegħed jkompli jinbena f'librerija ta’ riżorsi li jistgħu jkunu  ta’ għajnuna mhux biss fil-ħidma pastorali ta’ saċerdoti u lajċi, imma wkoll fil-mixja spiritwali ta’ individwi u gruppi.

Ma’ riżorsi oħra diġà eżistenti, qegħdin issa nżidu taqsima b’kitbiet minn Anna Marija Fenech, li fil-kitbiet varji 1i qed toffri għall-qarrejja tagħna hemm bosta temi ta’ interess, mhux biss għal matul dan iż-żmien tar-Randan, imma wkoll għal matul is-sena kollha. ...ð


q SEMINAR DWAR LAJĊI U SAĊERDOTI

Ftit jiem qabel tintemm is-sena ddedikata għas-saċerdoti, is-Segretarjat għal-Lajċi se jkun qed jorganizza seminar ta’ jumejn bit-tema, “Il-Lajk u s-Saċerdot – Kollaborazzjoni u Korresponsabiltà.”

Huwa maħsub li matul dan is-seminar jkunu esplorati metodi prattiċi li jistgħu jgħinu sabiex tikber dejjem aktar il-kollaborazzjoni u korresponsabiltà bejn lajċi u saċerdoti fil-ħidma pastorali tal-Knisja f’pajjiżna.

Is-seminar se jsir il-Ħamis u l-Ġimgħa, 3 u 4 ta’ Ġunju rispettivament.  Dettalji oħra jitħabbru aktar ‘il quddiem.


q BLOG ĠDID MIS-SEGRETARJAT GĦAL-LAJĊI

Flimkien ma’ dan is-sit uffiċjali, is-Segretarjat għal-Lajċi qed jipprovdi wkoll blog li joffri l-opportunità ta’ interattività billi kull min jixtieq jista’ jħalli l-kummenti tiegħu dwar suġgetti differenti. 

Tema li bla dubju se tkun importanti matul il-ġimgħat li ġejjin, titratta iż-żjara fostna tal-Papa Benedittu XVI f’April li ġej.  Nilqgħu bil-qalb kull kummenti u suġġerimenti dwar dan l-avveniment importanti għall-poplu tagħna. Dawn wara jkunu ppreżentati lill-kumitat organizzattiv.

Tista’ tidħol fil-blog jew billi tikklikkja fuq il-link permanenti li hemm taħt ir-ras ta’ din il-paġna, inkella minn hawn stess. ...ð

Il-Lectio Divina, laqgħa ma’ Ġesù Kristu esperjenza li biha jixtieq jibdlilna ħajjitna.

 

Il-Bibbja,

kollha bil-Malti fuq l-Internet.

Liturġija tas-Sigħat, tqaddes il-medda kollha tal-jum binhar u bilejl.

Xi dokumenti oħra tal-Papa Ġwanni Pawlu II  bil-Malti ...

Fides et Ratio, Enċiklika dwar ir-relazzjoni bejn il-Fidi u r-Raġuni... ð

Ecclesia de Eucharistia, Enċiklika, dwar l-Ewkaristija u l-Knisja...ð

Christifideles Laici, Eżortazzjoni dwar il-Missjoni u l-Vokazzjoni tal-Lajċi... ð

Dies Domini, Ittra Appostolika dwar Jum il-Ħadd... ð

Familiaris Consortio, Eżortazzjoni Appostolika fuq il-ħidma tal-familja nisranija fid-dinja.

Gratissimam Sane, Ittra tal-Papa lill-Familji ... ð

Ittra lin-Nisa, Fl-okkażżjoni tar-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa f’Beijing ...ð

L-Immigranti Rregolari, Messaġġ tal-Papa għal Jum l-Emigranti 1996...ð

Hemm ukoll bosta dokumenti oħra... ð

LIBRERIJA TA’ RIŻORSI ... Ê

 

 

 

 

 

 

 

 

 

r San Pawl: dedikazzjoni sħiħa għal Kristu, miftuħ għall-umanità.

r Il-laqgħa ma’ Kristu rxoxt biddlet ħajjet Pawlu.

r L-Appostli: kolaboraturi f’ferħ ġenwin.

r San Pawl u l-Appostli.

r Naġixxu skont il-verità tal-vanġelu.

San Pawl u l-figura storika ta’ Kristu.

r Il-Knisja: Assemblea msejħa minn Alla fid-dinja.

r Id-dnub oriġinali: Il-ħażen hu ferm inferjuri għas-sewwa.

r San Pawl: is-Salib jittrasforma r-realtà tal-qima.

r It-teoloġija tal-ittri lill-Kolossin u lill-Efesin.

r Il-qari tal-Iskrittura bħala kelma ta’ l-Ispirtu s-Santu.

r San Pawl u l-wirt spiritwali u straordinarju tiegħu.

Ikklikkja hawn. ...ð

RIŻORSI PASTORALI OĦRA ... Ê

Bibbja, Il-Kotba kollha tal-Iskrittura bil-Malti.

Doni tal-Ispirtu s-Santu, minn Dun Hector Scerri.

Kelma tal-Ħajja, mill-Moviment tal-Fokolarini.

Lectio Divina, stedina minn Alla lill-bniedem.

Liturġija tas-Sigħat, tqaddis tal-ħin b'tifħir lil Alla.

Ommna Marija, Ittra mill-Kumiat Madonna ta’ Fatima.

Preżentazzjonijiet Pastorali għall-Power Point.

San Pawl, minn P. Martin Micallef OFMCap.

Storja tal-Konċilji minn H. Agius Ordway.

Talb għal kuljum, MP3 - WMA -Podcast.

 

ID-DRITTIJIET TAL-FAMILJA

Id-“Dokument tad-Drittijiet tal-Familja” ħareġ bħala riżultat tat–talba mfassla mis-Sinodu ta’ l-Isqfijiet li sar f’Ruma fl-1980 dwar is-suġġett “Is-Sehem tal-Familja Nisranija fid-Dinja llum. L-għan tiegħu hu li jqiegħed  quddiem in-nies ta’ żmienna, kemm jekk dawn huma nsara u kemm jekk mhumiex, formulazzjoni sħiħa kemm jista’ jkun tad-drittijiet fundamentali li hemm fin-natura ta’ dik is-soċjetà naturali u universali li hi l-familja. ...ð

IL-LAJĊI OPPORTINITA' JEW PIŻ ?

Preżentazzjoni bil-Power Point dwar sehem il-lajċi fil-Knisja u fil-parroċċa, dwar il-ħtieġa immedjata ta’ formazzjoni soda u dejjiema, dwar bini ta’ komunità ta’ qadi u parroċċa ċentrata fuq ħajja Ewkaristika. ...ð

DWAR L-INDISSUBILITA’ TAŻ-ŻWIEĠ U DIVORZJU

Minn diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II lill-uffiċċjali tat-Tribunal Rota Rumana. ... ð

http://www.laikos.org

Il-Papa Benedittu XVI f'Malta ....

Ġabra ta’ tagħrif aġġornat u riżorsi pastorali b’rabta maż-żjara pastorali f’Malta tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI, is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ April 2010.

Ikklikkja hawn. ...ð

 

Blog mis-Segretarjat għal-Lajċi fejn tista’ tħalli il-kummenti u s-suġgerimenti tiegħek.

Ikklikkja hawn. ...ð

 

You Tube Channel b’tagħrif awdjo-viżiv dwar il-Q.T il-Papa  Benedittu XVI.

Ikklikkja hawn. ...ð

 

Ara links passati...ð